Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sister Aldegonda Farrugia

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li xi sala fl-isptar il-ġdid Mater Dei tissemma għal Sister Aldegonda Farrugia li kienet pijuniera fit-taħriġ tan-nurses u għal snin twal tat kontribut kbir fl-iskola tan-nurses ġewwa l-isptar San Luqa, apparti li kienet ukoll ward sister tant li s-sehem tagħha diġa' ġie rikonnoxxut mill-Gvern Malti billi ngħatat Ġih ir-Repubblika u anke mill-Universita' ta' Malta illi ngħatat MA Honoris Causa? Jaħseb il-Ministru li apparti jissemmew swali għal tobba jew speċjalisti għandu jsir sforz li jissemmew xi swali għal xi nurses li jkunu iddistingwew ruħhom u taw servizz twil (bħal Sr Aldegonda Farrugia) u dan bħala ġest li anke s-sehem u l-kontribut tan-nurses qed jiġi rikonoxxut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu ser tiġi kkunsidrata. Infakkar li diġa' hemm swali ġewwa l-Isptar San Luqa imsemmija wara nurses.

Qrati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti riferenzi tal-kawżi li dwarhom saret surroga mill-Eċċ. Tiegħu l-President tar-Repubblika wara rikużi mitluba matul il-presidenza ta' l-ex-Prim Imħallef Arrigo u l-ex-Prim Imħallef Said Pullicino?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemmx informazzjoni u statistika ta' din ix-xorta b'metodu komputerizzat għall-perijodu li għalih tirreferi l-mistoqsija.

Animal Welfare Act

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-membri fuq il-kunsill fuq l-Animal Welfare Act? Meta ġew maħtura? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħu s'issa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill fuq l-Animal Welfare

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-kunsill fuq l-Animal Welfare għandux policy fuq stray dogs? Jekk iva, x'inhi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 18270.

Universita' ta' Malta — Nurses/Midwives

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm iggradwaw nurses u midwives mill-Universita' ta' Malta minn meta l-kors ta' nurses beda jsir mill-universita? F'liema grad (diploma, B.Sc. MSC.PHD)?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SVPR

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm kienu l-ħaddiema li jaħdmu San Vincenz de Paule li mietu waqt li kienu għadhom fis-servizz mill-1990 sal-lum? Liema grad kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 8 impjegati li kienu jaħdmu San Vinċenz de Paul u mietu waqt li kienu għadhom fis-servizz mill-1990 sal-lum. Dawn kien b'dawn il-gradi: EN 1A Kitchen Hospital Auxiliary Hospital Auxiliary General Hand Casual Cleaner Motor Transport Diver (C) Nursing Officer Hospital Auxiliary (B)

Djar għall-anzjani

Question

Possibbli l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm sodod għall-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani u d-djar ta' l-anzjani tal-gvern? Teżisti informazzjoni kemm hemm sodod għall-anzjani għand il-privat, inklużi tal-knisja, u jekk iva kemm hu l-ammont?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan hu n-numru ta' sodod għall-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani u d-djar ta' l-anzjani tal-gvern. SVPR 1053 Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla 131 Dar ta' l-Anzjani ta' Floriana 47 Dar ta' l-Anzjani ta' Gżira 28 Dar ta' l-Anzjani ta' Msida 63 Dar ta' l-Anzjani ta' Mosta 65 Dar ta' l-Anzjani ta' Mtarfa 120 Dar ta' l-Anzjani ta' Żejtun 165 Casa Arkati 23 Villa Messina 56 Casa Serena 34 Total 1785 In-numru ta’ sodod għall-anzjani fid-djar liċenzjati għand il-privat, inkluż tal-knisja hu ta’ elf erbgħa mija u disgħa u erbgħin (1449).

St Luke's

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18007 u ġentilment jgħid kemm hu t-total ta' pazjenti li għamlu użu minn xi servizz fl-isptar San Luqa matul l-2005, kemm jekk bħala in-patients kif ukoll bħala out-patients?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta' pazjenti li għamlu użu minn xi servizzi fl-Isptar San Luqa matul l-2005 ma' jistax jingħata bħala numru wieħed. L-istatistika tinġabar bħala numru ta' persuni li għamlu użu mid-diversi tipi ta' servizzi li jvarjaw minn eżamijiet sempliċi għal interventi ta' operazzjoni maġġuri. Qed nagħti lista ta' wħud mis-servizzi u kemm pazjenti għamlu użu minnhom matul l-2005. Total No. Registered Registered In-patient admissions 44534 Registered Day cases 13723 Registered Out-patient Attendances 235419 Registered A&E Attendences 107213 Surgical Operation Episodes (includes Catheterisation Lab Interventions) 32000 Renal Dialysis Sessions 14486 Radiology Examinations 78740 Physiotherapy Sessions (includes In and Out Patient Sessions) 119373 Occupational Therapy Treatment Sessions 8160 Speech and Language Services Sessions 4530 Hyperbaric Unit 841

Introduzzjoni tal-Euro

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk meta tiġi ntrodotta l-munita Euro il-qisin tal-muniti f'ċenteżmi u 1 euro u 2 euros hux ser jkunu f'daqs eżatt bħal dawk diġa' fiċ-ċirkulazzjoni fil-pajjiżi stati Ewropej oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti ta’ l-euro maħruġa fil-pajjiżi euro huma stabbiliti mir-Regolament (KE) Numru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998. Għaldaqstant l-ispeċifikazzjonijiet għall-muniti taċ-ċenteżmi u dawk ta’ 1 euro u 2 euros maħruġa minn Malta għandhom ikunu l-istess bħal dawk tal-muniti euro diġa fiċ-ċirkulazzjoni.

MEPA — Awtorita' tad-Djar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17590 u jgħid kemm hemm talbiet lill-MEPA mill-Awtorita' tad-Djar li huma pendenti? Għal liema inħawi jikkonċernaw u għalfejn qed jintalab il-permess? Kemm ilhom li ġew sottomessi tali talbiet? Jista' jagħti n-numru ta' kull applikazzjoni f'kull każ? Possibbli il-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni se titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

St Luke's

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm hu t-total ta' pazjenti li għamlu użu minn xi servizz fl-isptar San Luqa matul l-2005, kemm jekk bħala in-patients kif ukoll bħala out-patients?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra ladarba tkun lesta.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Jista' il-Ministru jara li l-Awtorita' dwar it-Trasport tinvestiga x'jista' isir fi Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun, minħabba periklu li kontinwament huma esposti għalih ir-residenti ta' din it-triq minħabba l-ammont kbir ta' traffiku li jgħaddi bi speed eċċessiv minnha? Billi b'mod regolari qed jiġru inċidenti f'din it-triq fejn vetturi jibqgħu deħlin anke fil-faċċati tad-djar tan-nies, hemm ħsieb li jittieħdu xi passi min-naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jekk iva, x'inhuma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurrmat li fis-17 ta’ Frar, 2005 l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta rrakkomandat lil Kunsill Lokali taż-Żejtun li jsiru pinch points fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sabiex titjieb is-sigurtà ta’ din it-triq, pero' sal-lum ma rċevejna ebda proposta min-naħa tal-Kunsill Lokali. Madankollu l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta hejjiet proposta sabiex tiġi ndirizzata din il-problema. Għaldaqstant din il-proposta ser tiġi diskussa mall-Kunsill Lokali taż-Żejtun sabiex jiġi stabilit dak li għandu jsir.

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji ta' kemm biċċiet mill-art tal-Gżira Maltija għaddiet fil-poter ta' individwi b'pussess fuq tul ta' żmien mingħajr it-titolu rikjest bil-liġi? Kien hemm kawżi fil-qrati fejn il-qorti ordnat ir-ritorn ta' art meħuda minn individwi, okkupata għal żmien twil b'pussess lill-gvern? Kif tiġi reġistrata tali proprjeta' fir-reġistru pubbliku f'tali każi u kif jiġbor it-taxxa dovuta lill-errarju taħt il-provvediment ta' Kap 364 dwar taxxa fuq dokumenti u trasferimenti l-kummissarju tat-taxxi interni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minkejja li fir-Reġistru ta' l-Artijiet jiġu reġistrati, fost affarijiet oħra, artijiet li ġew akkwistati bi preskrizzjoni, ma huwiex possibli għal dan id-Dipartiment li joħroġ statistika permezz tat-titolu ta' akkwist (bħal ma hi l-preskrizzjoni). Wieħed irid iżomm f'moħħu li r-Reġistru huwa bbażat fuq sistema ta' GIS u l-mod prinċipali ta' kif wieħed jista' jagħmel riċerka hija billi wieħed jissottometti 'site plan' fit-termini ta' l-Avviż Legali Numru 43/94 fejn jiġi ndikat il-lok eżatt li dwaru qed tintalab l-informazzjoni. Wieħed jista' wkoll jirreferi għal xi Applikazzjoni speċifika tar-Reġistru ta' l-Artijiet jew għal ċertifikat ta' titolu speċifiku. L-imsemmi Reġistru ma jżommx informazzjoni dwar jekk kienx hemm kawżi fil-Qrati fejn il-Qorti ordnat ir-ritorn ta' art meħuda minn individwi okkupata għal żmien twil b'pussess lill-Gvern. Il-proprjeta' imsemmija fl-ewwel paragrafu t'hawn fuq tista' tiġi reġistrata fir-Reġistru Pubbliku billi l-individwu jagħmel dikjarazzjoni ġuramentata skond il-liġi u jieħu kopja tagħha għand Nutar Pubbliku sabiex dana jittransuntaha fl-atti tiegħu u mbagħad jinsinwa l-att fis-Sezzjoni tal-Preżentata tar-Reġistru Pubbliku. Wieħed irid jgħid madanakollu illi l-liġi ma tobbligax lill-individwu biex jagħmel l-imsemmija dikjarazzjoni u lanqas ma tobbligah imur quddiem Nutar sabiex dan jinsinwa t-transunt ta' tali dikjarazzjoni. Is-sentenzi msemmija fit-tieni paragrafu hawn fuq jistgħu ukoll jiġu insinwati minn Avukat, Nutar jew Prokuratur Legali fis-Sezzjoni tal-Preżentata tar-Reġistru Pubbliku u dana skond l-Artikolu 239 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. Ir-Reġistru ta' l-Artijiet ma jżommx informazzjoni dwar kif jiġbor it-taxxa dovuta skond Kap. 364 dwar taxxa fuq dokumenti u trasferimenti l-kummissarju tat-taxxi nterni u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat. Infurmat ukoll illi fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja ma jinżammux records ta' kemm kawżi ġew deċiżi fejn il-Qorti ordnat ir-ritorn ta' art meħuda minn individwi okkupata għal żmien twil b'pussess lill-Gvern.

Ħinijiet ta' l-Iskejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx ġiet ikkunsidrata l-idea li l-ħinijiet ta' l-iskola jinbidel imqar għat-tfal żgħar billi l-iskola tibda aktar tard filgħodu, ngħidu aħna fid-9.00 a.m., u tispiċċa ftit aktar tard wara nofsinhar u dan biex it-tfal (speċjalment dawk żgħar) ma jkollhomx għalfejn iqumu kmieni ħafna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħinijiet tal-ftuħ u l-għeluq ta' l-iskejjel ivarjaw minn skola għall-oħra. Tfal li jattendu l-Kindergarten ġeneralment jittieħdu l-iskola wara li jidħlu t-tfal li jattendu mill-ewwel sas-sitt sena. Pero' ser nara x'inhuma l-implikazzjonijiet tal-proposta ta' l-Onor. Kollega.

Żejtun — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx talba biex jinbidlu xi computers fl-għassa tal-pulizija taż-Żejtun? Billi jien informat li hemm computers pentium 1 li huma slow u printers antiki, possibbli jittieħdu passi biex jinxtraw computers u printers ġodda biex l-uffiċjali nkarigati jkollhom biex jaħdmu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-ġranet li ġejjin il-Korp tal-Pulizija ser jissuplixxi kompjuters ġodda lill-Ispetturi fid-Distretti, fl-uffiċini Distrettwali u f'diversi Taqsimiet oħra. It-tqassim ta' dawn il-kompjuters jagħmlu parti minn strateġija rigward l-użu ta' informatika fil-Korp tal-Pulizija. Dawn il-kompjuters ser jintużaw ukoll bħala parti minn proġett bi preparazzjoni għas-sħubija fix-Schengen.

Żejtun — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir air conditioning fl-għassa tal-pulizija taż-Żejtun? Hemm ħsieb li dan isir qabel is-sajf li ġej minħabba s-sħana esaġerata li jkun hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi preżentament il-parti l-kbira ta' l-Għases madwar Malta u Għawdex m'humiex attrezzati b'air conditioning. Ninsab infurmat ukoll illi huwa l-ħsieb tal-Korp tal-Pulizija illi jattrezza l-għases kollha bis-sistema ta' air conditioning, u għal raġunijiet ovvji, dan il-proċess mistenni li jsir gradwalment.

Żejtun — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinxtara photocopier għall-għassa tal-pulizija taż-Żejtun minħabba li biex isiru photocopies il-pulizija qed ikollhom imorru d-depot jew iħallsuhom minn buthom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għalkemm ma saret l-ebda talba mill-Għassa taż-Żejtun sabiex jiġu fornuti b'photocopier, il-Korp tal-Pulizija għandu l-ħsieb illi jixtri numru ta' photocopiers sabiex jattrezza d-Distretti kollha tal-Korp. Ninsab infurmat ukoll illi fil-fatt diġa' nbeda l-proċess sabiex jinxtraw dawn il-photocopiers.

Introduzzjoni tal-euro

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu, jew se jittieħdu, biex jiġi aċċertat li meta jiġi introdott il-euro f'Malta, il-ħwienet iżommu mar-rata stabilita biex ikun hemm l-inqas impatt possibbli fuq ir-rata ta' l-inflazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li dan il-qasam ser jiġi indirizzat fil-kuntest tal-abbozz ta’ liġi dwar l-addozzjoni ta’ l-euro. Qed jsiru diskussjonijiet kemm fi ħdan in-National Euro Changeover Committee (NECC) kif wkoll bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru tal-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni dwar l-aħjar mod kif jistgħu jiġu infurzat r-regolamenti dwar il-prezzijiet fl-euro.
Leg 10 PQ #17783 Sitting 365 2006-03-14 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Jista' il-Ministru jara li l-Awtorita' dwar it-Trasport tinvestiga x'jista' isir fi Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun, minħabba periklu li kontinwament huma esposti għalih ir-residenti ta' din it-triq minħabba l-ammont kbir ta' traffiku li jgħaddi bi speed eċċessiv minnha? Billi b'mod regolari qed jiġru inċidenti f'din it-triq fejn vetturi jibqgħu deħlin anke fil-faċċati tad-djar tan-nies, hemm ħsieb li jittieħdu xi passi min-naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jekk iva, x'inhuma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.