Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kanċellar ta' flights

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21840 u 21968 u jgħid x'inhi r-raġuni li meta individwu jibbukkja u jħallas flight imbagħad jikkanċella ma jeħux lura l-ammont kollu ta' taxxi mħallsa fuq it-ticket? Meta t-tour operators iżommu parti minn din it-taxxa din se tasal għand il-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari 21840.

Qorti ta' l-Appell Superjuri — Sentenzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi mogħtija mill-Qorti ta' l-Appell Superjuri u/jew sentenzi mill-Qorti Kostituzzjonali li fihom kien hemm xi divrenzja ta' opinjoni (dissenting opinion) minn wieħed mit-tlett ġudikanti? Liema kienu dawk id-deċiżjonijiet li dwarhom kien hemm tali divrenzja ta' opinjoni, jekk kien hemm? Jekk qatt ma kien hemm divrenzja ta' opinjoni, dan għandu jfisser li fis-sentenzi mogħtija mill-Qrati Superjuri hawn Malta, dejjem kien hemm qbil unanimu mill-ġudikanti?

Response (BORG, TONIO)

Il-Qrati kolleġjali - li huma l-Qorti Kostituzzjonali, l-Qorti ta' l-Appell fil-kompetenza tagħha Superjuri (żewġ sezzjonijiet) u l-Qorti ta' l-Appell Kriminali fil-kompetenza tagħha Superjuri - jagħtu dejjem sentenza waħda li tkun tirrifletti jew il-fehma tat-tliet imħallfin jew tal-maġġoranza tagħhom (ara l-Artikolu 217 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u l-Artikolu 498(3) tal-Kodiċi Kriminali).

Wied il-Għajn — Family Park

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-family park propost f'Wied il-Għajn li dwaru saret riferenza fl-ittra mill-MEPA liċ-chief executive officer tal-Wasteserv Malta Ltd u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bagħtet numru ta' konsultazzjonijet u qiegħda tistenna l-kummenti tagħhom qabel ma tkun tista’ tipproċedi bl-applikazzjoni.

Carbonated drinks fi flixken tal-plastic

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux permess li jidħlu Malta carbonated drinks (soft drinks) fi flixken tal-plastic? Jekk iva, hemm xi data minn meta dawn ma jkunux jistgħu jidħlu aktar? Jekk xi ħadd beħsiebu jimporta carbonated drinks minn Jannar tas-sena d-dieħla, jista' jimpurtahom f'kontenituri tal-plastic?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kontenituri ta' non-alcoholic, carbonated (soft drinks) huma rregolati b'Avviż Legali 158 ta’ l-1998, kif emendat b'Avviż Legali 11 ta’ l-2001, li fost ħwejjeġ oħrajn jesiġi li dawn ix-xarbiet ikunu fi fliexken tal-ħġieġ refillable. Dan jgħodd sa l-aħħar ta’ l-2007. Mill-ewwel ta' Jannar 2008, dawn ix-xarbiet ikunu rregolati b'Avviż Legali 98 ta’ l-2004 li jippermetti l-ibbottiljar ġo kontenituri tal-plastik taħt ċerti kundizzjonijet.

Wied il-Għajn — Triq it-Tiben

Question

Billi f'diversi interventi u talbiet li kont għamilt jien fil-Parlament biex issir Triq it-Tiben, Wied il-Għajn kont informat li kienet ġiet ippubblikata t-tender, jista' il-Ministru ġentilment jinformani fiex waslet it-tender biex issir din it-triq? Jista' jagħti indikazzjoni meta hu maħsub li jibda x-xogħol f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq hija skedata li ssir meta jigu allokati l-period contractsghal xoghlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq.

Korsijiet fl-Universita'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21868 u jikkonferma jekk hux veru li xi studenti li applikaw għal xi kors fl-universita' qed jiġu mitluba jimlew formola li tistaqsi l-applikant jekk ibatiex minn depression jew ansjeta'? Jekk hu veru, jaħseb il-Ministru li din hi diskriminazzjoni għax huwa fatt magħruf li hemm min ibati minn depression jew ansjeta' u xorta jista' ikun kapaċi jsegwi b'suċċess kors universitarju? Xi dritt għandha l-universita' li titlob informazzjoni personali bħal din u xi ħtieġa hemm li tintalab din l-informazzjoni daqstant personali u kunfidenzjali mill-univerista' lil min applika biex isegwi kors? Jista' jinformani jekk tirriżultalux din l-informazzjoni u jekk iva, x'passi ħa? Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikanti kollha għal xi kors offrut mill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa huma mitluba jimlew kwestjonarju Mediku konfidenzjali bl-għajnuna tat-tabib tal-familja. Din biex ikun aċċertat li huma kapaċi jaħdmu fis-settur tas-saħħa, kemm waqt, kif ukoll wara l-kors, meta huma meħtieġa ikunu f'kuntatt dirett ma' pazjenti vulnerabbli. Nikkonferma li waħda mill-mistoqsijiet fil-kwestjonarju tirrigwarda saħħa mentali. Informat ukoll li l-applikanti eligibbli skond ir-regolamenti meħtieġa jagħmlu test mediku qabel jirreġistraw għall-kors biex jiġi aċċertat li huma kapaċi għad-dmirijiet relatati ma' l-istudji proposti tagħhom. Ninsab aċċertat li kull informazzjoni tinżamm bl-akbar konfidenzjalita'. Ser inpoġġi kopja ta' l-ittra u kopja tal-kwestjonarju li tingħata lill-applikanti fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kanċellar ta' flights

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21840 u jgħid x'inhi r-raġuni li meta individwu jibbukkja u jħallas flight imbagħad jikkanċella ma jeħux lura l-ammont kollu ta' taxxi mħallsa fuq it-ticket? Meta t-tour operators iżommu parti minn din it-taxxa din se tasal għand il-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Korsijiet fl-Universita'

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux veru li xi studenti li applikaw għal xi kors fl-universita' qed jiġu mitluba jimlew formola li tistaqsi l-applikant jekk ibatiex minn depression jew ansjeta'? Jekk hu veru, jaħseb il-Ministru li din hi diskriminazzjoni għax huwa fatt magħruf li hemm min ibati minn depression jew ansjeta' u xorta jista' ikun kapaċi jsegwi b'suċċess kors universitarju? Xi dritt għandha l-universita' li titlob informazzjoni personali bħal din u xi ħtieġa hemm li tintalab din l-informazzjoni daqstant personali u kunfidenzjali mill-univerista' lil min applika biex isegwi kors? Jista' jinformani jekk tirriżultalux din l-informazzjoni u jekk iva, x'passi ħa? Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kanċellar ta' Flights

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta individwu jibbukkja u jħallas flight imbagħad jikkanċella ma jeħux lura l-ammont kollu ta' taxxi mħallsa fuq it-ticket? Meta t-tour operators iżommu parti minn din it-taxxa din se tasal għand il-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartimenta tas-Sanita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx azzjoni fuq il-complaint li saret lis-Sanita' li kopja tagħha qed tintbagħat separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21468, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li dan id-Dipartiment irċieva lment b'ittra, saru spezzjonijiet fis-17 ta' Awwissu u fit-13 ta' Settembru 2006 fil-postijiet indikati fl-istess ittra. Minn dawn l-ispezzjonijiet ma' rriżultax li kien ħiereġ xi duħħan iswed eċċessiv miċ-ċmieni tal-fran ikkonċernati. Irriżulta li jsir tindif regolari taċ-ċmieni wara li l-Ispettur tas-Saħħa ġie pprovdut bid-dokumentazzjoni neċessarja li tixhed dan. Nixtieq ninforma wkoll li ġie mwaqqaf kumitat bejn stakeholders konċernati sabiex isiru regolamenti ġodda rigward il-kontaminazzjoni ta' l-arja, sabiex b'hekk tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika. Dan il-kumitat għandu jippreżenta l-ewwel abbozz fil-futur qarib. Madankollu, ħadd ma jista joħloq inkonvenjent lil ebda persuna għaldaqstant ilmenti li jirċievi dan id-Dipartiment rigward ċmieni li jiġu rrapurtati li qed jikkawżaw inkonvenjent, qegħdin jiġu riferuti lill-Pulizija.

Infermiera

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk in-nurses li laħqu f'Lulju 2006 (Diploma Nursing Intake 2002) hux se jiġu impjegati u dan fid-dawl tan-nuqqas li hemm? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li jiġu mpjegati bejn wieħed u ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-nurses li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant diġa ġew impjegati.

Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20660, jista' il-Prim Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar minn kull imħallef u maġistrat li jippresjedi fuq xi qorti lill-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja sal-15 ta' Jannar, 2006 u jinkludi l-lista tal-kawżi pendenti skond Artiklu II ta' Kap 369?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Informazzjoni ser tintalab minn għand il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Konvenzjoni għal Protezzjoni tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali

Question

B'riferenza għar-risposti ta' mistoqsijiet parlamentari 20676 u 20827, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti tweġiba għall-aħħar parti ta' l-ewwel domanda?

Response (BORG, TONIO)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għat-traduzzjoni għall-Malti tal-Konvenzjoni dwar id-drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli 1, 4, 6, 7, 12 u 13. Niġbed l-attenzjoni ta' l-istess Onor. Interpellant li traduzzjoni għall-Malti ta' l-artikoli sostantivi tal-Konvenzjoni u tal-Protokolli 1, 4, 6 u 7 tagħha jinsabu fl-Ewwel Skeda tat-test Malti ta' l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, 1987, Kap. 319 tal-Liġijiet ta' Malta. Inoltre, fuq talba speċifika tiegħi xi żmien ilu, tlabt lit-Translation and Lawdrafting Unit sabiex jittraduċi għall-Malti il-Konvenzjoni u l-Protokolli sħaħ imsemmija mill-Onor. Interpellant sabiex tintbagħat lill-Kunsill ta' l-Ewropa biex titqiegħed fil-website tagħha ma' verżjonijiet lingwistiċi oħra ta' l-istess Konvenzjoni u Protokolli. Jien infurmat li t-traduzzjoni tlestiet u bħalissa qed tiġi skrutinata qabel tintbagħat lill-Kunsill ta' l-Ewropa bl-għan li semmejt.

Isla — Arloġġ

Question

B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari 18315, 19826, 20642 u 20788, peress li skond l-informazzjoni li ngħatat għall-aħħar domanda parlamentari, jiġifieri mistoqsija 20788, l-arloġġ ta' l-Isla jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura u dan skond l-Att dwar ir-Ristrutturar tat-Tarznari, jista' il-Ministru jirrimedja biex dan l-arloġġ, li ilu li għadda għand il-Gvern Malti żmien ġmielu, isir funzjonabbli u restawrat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f’dan l-istadju ser jiġi mqabbad Perit mis-Sezzjoni tar-Restawr biex iħejji rapport dwar il-kundizzjoni ta’ l-Arloġġ ta’ l-Isla.

Local Plans — Għoli ta' Bini

Question

B'riferenza għal-local plans li ġew ippubblikati dan l-aħħar, jista' il-Ministru ġentilment jgħid f'liema postijiet se jiġi permess bini aktar għoli u f'liema postijiet se jkun hemm restrizzjonijiet dwar għoli ta' bini?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din il-mistoqsija tista’ tingħata tweġiba ġenerali għax hemm ħafna dettalji li joħorgu mill-policies u l-mapep. Bħala regola ġenerali, kien hemm xi żieda fil-għoli fl-inħawi fejn hemm konċentrazzjoni ta' attivita’ turistika jew kummerċjali. Kien hemm ukoll reviżżjonijiet fil-għoli fi nħawi sensittivi bħal per eżempju zoni ta' konservazzjoni urbana, jew fil-każ t'Għawdex

Ħal Kirkop — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni tad-drenaġġ hijiex konxja li d-drenaġġ li qed jgħaddi fi Triq l-Imdina, Ħal Kirkop qiegħed jiġi mgħoddi fl-għelieqi tal-bdiewa u jekk dawn il-bdiewa jistgħux jitolbu kumpens għall-fatt li dan id-drenaġġ se jgħaddi mir-raba' privat tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li r-rotta u l-katusi li qed jitħaffru f’dawn l-għelieqi huma meħtieġa sabiex titjieb is-sistema tad-drenaġġ ta’ l-inħawi. Il-bdiewa ġew ikkonsultati fuq dan u se jieħdu kumpens mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma skond stimi li jsiru mid-Dipartiment tal-Agrikultura.

Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-ġudikatura lill-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja sal-15 ta' Jannar, 2006 u jinkludi l-lista tal-kawżi pendenti skond Artiklu II ta' Kap 369?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Artikolu 11 ta’ Kap 369 ma jsemmix rapport mill-ġudikatura iżda rapport minn kull imħallef u maġistrat li jippresiedi xi Qorti.

Isla — Arloġġ

Question

B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 18315, 19826 u 20642, peress li skond l-informazzjoni li ngħatat għall-aħħar domanda parlamentari dak l-arloġġ jaqa' taħt il-kontroll tal-ministeru responsabbli mill-artijiet tal-gvern, jista' il-Viċi Prim Ministru jirrimedja biex l-arloġġ ta' l-Isla jiġi restawrat u jerġa' isir funzjonabbli? Peress li dan l-arloġġ jinsab fl-Isla, ikunx pratikabbli li l-gvern jgħaddih lill-kunsill lokali ta' dak il-lokal biex jara li jinżamm kif suppost?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-arloġġ tal-Isla kien jifforma parti minn proprjeta' akbar li għaddiet lura lill-Gvern taħt l-Att Dwar ir-Ristrutturar tat-Tarznari. Il-Gvern għadu qed jikkunsidra xl-aħjar isir minn din il-proprjeta'. Peress li r-restawr ta' proprjeta' storika tal-Gvern jaqa' taħt ir-Responsabbilta' tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-parti tal-mistoqsija dwar ir-restawr tal-arloġġ lil dak il-Ministeru. Dwar il-possibilta' ta' devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali tal-lokal, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern tkun lesta tikkunsidra talba bħal din meta din issirilha.
Leg 10 PQ #20827 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Konvenzjoni għal Protezzjoni tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 20676, jista' il-Ministru jagħti tweġiba għall-aħħar parti tad-domanda?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitolbok tirreferi din il-mistoqsija lill Ministru konċernat u cioe` l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Qrati — Moħqrija ta' annimali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti matul l-2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u sa l-1 ta' Settembru, 2006 akkużati b'moħqrija jew maltrattament ta' annimali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006* 15 11 30 16 1 10 8 *sal-31 ta' Awissu 2006.