B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi 21025 u 24281, jista' l-Ministru jispjega jekk iż-żieda fl-għoli tal-bini ngħatatx fl-inħawi fejn hemm konċentrazzjoni ta' attivita' turistika jew kummerċjali għaliex Triq iż-Żonqor, Wied il-Għajn ma ngħatatx żieda ta' sular meta l-bqija ta' Wied il-Għajn ngħata żieda ta' sular?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li biċċa minn Triq iż-Żonqor ġiet indikata għal erba’ sulari. Il-parti rimanenti ġiet indikata għal tliet sulari u penthouse. Dan sar għaliex fil-parti tal-punent ta' Triq iż-Żonqor l-aċċess u l-qlib ta' l-art huwa wieħed aktar diffikultuż u għalhekk inħass li ma kienx idoneju li jiġi intensifikat l-iżvilupp f'dawn l-inħawi.
Jikkonsidra l-Ministru li fil-family park li se jsir Wied il-Għajn ikun inkluż ukoll football pitch minħabba l-fatt li f'Wied il-Għajn ma jeżisti ebda football pitch għat-tfal ta' dan il-lokal?
Dan il-pitch jista' ukoll jintuża fil-għodu minn persuni b'diżabilita' li jattendu l-adult training centre kif ukoll dawk fi djar residenzjali ta' l-aġenzija Support u tal-fondazzjoni Eden.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proposta għall-iżvilupp ta' dan il-proġett taħseb għal dawn il-faċilitajiet. Il-Ministeru ser jiżgura li jiġu nklużi wkoll fil-pjan finali li jkun approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta din is-sena se joħorġu s-sussidju tal-bdiewa li jipproduċu ċ-ċereali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li biex titħallas l-għajnuna li tingħata speċifikament għaċ-ċereali għad fadal li jiġu maħdumin l-aħjar kalkoli għall-benefiċju tal-bdiewa. Meta jkunu finalizzati dawn il-kalkoli l-Aġenzija tal-Pagamenti tkun tista’ tawtorizza l-ħlas.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 21025, jista' l-Ministru jispjega jekk iż-żieda fl-għoli ngħatat fl-inħawi fejn hemm konċentrazzjoni ta' attivita' turistika jew kummerċjali għaliex Triq Żonqor, Wied il-Għajn ma ngħatatx żieda ta' sular meta l-bqija ta' Wied il-Għajn ngħata żieda ta' sular?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24072 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilha, tista' l-Ministru ġentilment tgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu skemi ta' għajnuna lil min għandu d-dar Raħal Ġdid u jixtieq jirranġa l-gallarija ta' l-injam? Billi f'dan il-każ partikolari l-gallarija qed taqa' u dan jista' joħloq periklu anke lin-nies li jinzertaw għaddejjin minn taħtha, jekk is-sid jirranġaha jkun jista' japplika għas-sussidju jekk xi darba dan joħroġ għar-Raħal Ġdid? Hemm xi skemi ta' għajnuna jew sussidji għall-każijiet bħal dawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar għandha skemi li permezz tagħhom inkwilini fi proprjeta’ tal-Gvern jew privata kif ukoll sidien privati ta’ proprjeta’ jistgħu jibbenefikaw minn għotja ta’ flus biex jirranġaw jew jibdlu gallariji ta’ l-injam. Dawn l-iskemi jkopru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lil persuna konċernata li tmur it-taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ biex tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema relevanti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li xtrat jew bniet dgħajsa tistax taqlibha għall-PTF billi dan jixtieq imur jistad biha imma fuq bażi part-time?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ partijiet kummerċjali tar-Reġistru tad-Dgħajjes tas-Sajd huma magħluqa. Iż-żewġ kategoriji li qed nirreferu għalihom huma l-MFA u l-MFB fejn l-MFA hija Kategorija tas-Sajd Kummerċjali full-time waqt li MFB hija Kategorija tas-Sajd Kummerċjali part-time. Il-Fergħa tas-Sajd u ta’ l-Akwakultura tkun tista' tirreġistra dgħajjes tas-sajd f'dawn iż-żewġ kategoriji meta jkun hemm xi bastiment minnhom li jirtira. Dan ta’ l-aħħar ma jridx ikun ħa xi għajnuna pubblika. Id-de-reġistrazzjoni tal-bastimenti li ser jitneħħew u r-reġistrazzjoni tal-bastimenti l-ġodda jidhru f'avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, kif diġà sar fit-12 ta' Dicembru 2006.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23796 li tgħid: Possibbli l-awtorita' dwar it-trasport ġentilment tikkonsidra li ssir private road fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, Żejtun minħabba r-riskju kbir li qed iħabbtu wiċċhom magħhom ir-residenti ta' din it-triq minħabba l-ammont kbir ta' traffiku li jgħaddi minn din it-triq u inċidenti kontinwi uħud minnhom fatali li qed ikun hemm f'din il-bypass fejn lejl u nhar jgħaddu eluf ta' karozzi?
Hija nformata l-awtorita' dwar it-trasport li minbarra inċidenti tat-traffiku, inkluż inċident fatali b'mod regolari diversi familji qed jispiċċaw bil-parapetti tagħhom imkissra minn karozzi li jibqgħu deħlin waqt li familji oħrajn spiċċaw bil-vetturi tagħhom imkissra waqt li jkunu pparkjati quddiem il-bieb għax jidħlu fihom karozzi/trakkijiet li jkunu għaddejjin bi speed eċċessiv?
Billi hemm fejn issir private road biex ir-residenti jiġu separati mill-bypass, tistax din l-alternattiva tiġi kkonsidrata bis-serjeta'? Possibbli li l-awtorita' dwar it-trasport tagħmel żjara fuq il-post?
Billi qed jingħad li l-awtorita' dwar it-trasport beħsiebha tagħmel bicycle lane f'din it-triq, tista' tikkonsidra l-private road minflok għax jekk issir bicycle lane kif inhi t-triq fil-preżent il-problema tiġi agħar u r-riskju jikber mhux biss għar-residenti imma anke għal min jissogra jmur bil-bicycle tiegħu f'din it-triq?
Jimporta jekk l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsulta r-residenti ta' din it-triq qabel tieħu deċiżjoni għax fl-aħħar mill-aħħar huma n-nies li jafu l-aktar x'jeħtieġu li qegħdin f'riskju kontinwu?
Possibbli l-Ministru ġentilment jara li permezz ta' l-awtorita' dwar it-trasport ningħata t-tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha li għamilt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat rigward l-implementazzjoni ta’ service road tul din it-triq, li biex issir jkun meħtieġ li titwessa' t-triq eżistenti, madwar 6 metri wiesa u b’hekk ikollha tittieħed art agrikola kif ukoll bini li jmiss ma' din it-triq. Għalhekk din l-implementazzjoni ta’ din is-service road, teħtieġ ħafna xogħol għal preparazzjonijiet tal-pjanti, espropjazzjoni ta’ art u bini kif ukoll il-permessi meħtieġa mill-MEPA.
Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immanniġjar tat-Traffiku rriżulta li hemm
s
peed limits
fi Triq Anton Buttiġieġ. Ukoll hemm applikazzjoni mill-kumitat konġunt tar-reġjun għall-
speed camera
f’tali triq.
Kien hemm ħsieb li, flimkien mall-Kunsill Lokali, li jirrapreżenta r-residenti tal-lokal tiegħu, isir
upgradin
g
ta’ l-immanniġġjar tat-traffiku f’din it-triq iżda kien hemm xi riżervazzjonijiet min naħa tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu skemi ta' għajnuna lil min għandu d-dar Raħal Ġdid u jixtieq jirranġa l-gallarija ta' l-injam? Billi f'dan il-każ partikolari l-gallarija qed taqa' u dan jista' joħloq periklu anke lin-nies li jinzertaw għaddejjin minn taħtha, jekk is-sid jirranġaha jkun jista' japplika għas-sussidju jekk xi darba dan joħroġ għar-Raħal Ġdid? Hemm xi skemi ta' għajnuna jew sussidji għall-każijiet bħal dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m'għandhiex skema ta' sussidju għal tiswijiet ta' gallariji ta' l-injam ġewwa r-Raħal Ġdid. Minbarra mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), l-Awtorità tad-Djar għandha diversi skemi ta' sussidji għal tiswijiet u titjib ta' djar, fosthom għall-gallariji. U għalhekk għal aktar dettalji nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li kien hemm qtugħ ta' ilma għall-aktar minn okkażjoni waħda mingħajr ebda avviż fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-ewwel tas-sena kien hemm tliet okkazzjonijiet li l-provista tal-ilma fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn, kellha tingħalaq.
L-ewwel darba kienet fil-5 ta’ Frar, minħabba xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-mejn prinċipali li jitma’ l-Wied il-Għajn kollu. Dan il-qtugħ dam għal madwar 15-il siegħa u saret stqarrija għall-Istampa dwaru.
It-tieni u t-tielet drabi, li ġraw fit-12 u fil-21 ta’ Frar, ukoll kellhom isiru minħabba xogħol ta’ manutenzjoni tas-sistema tad-distribuzzjoni, iżda dawn id-drabi ġew effettwati biss ftit toroq (inkluż Triq il-Qaliet). Il-qtugħ dam ftit aktar minn siegħa u sitt sieghat rispettivament u ma sarux stqarrijiet minħabba li d-dewmien ma kienx kbir u li kienu effetwati biss ftit toroq.
Jista' l-Ministru, permezz ta' l-Enemalta, jgħid min hu responsabbli għad-dawl li hemm mal-baħar fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn għax dawn qegħdin f'sitwazzjoni ta' abbandun bi brazzi mkissra u bozoz ma jixgħelux u ilhom hekk għal żmien twil? Min hu responsabbli ta' dan l-istreet lighting li hemm max-xatt, il-kunsill lokali jew l-Enemalta?
Possibbli xi ħadd jiddeċiedi min hu responsabbli għax hu inaċċettabli li din it-triq titħalla fid-dlam għal xhur sħaħ mhux biss għar-residenti u n-nies li jużawha imma anke għat-turisti li ta' spiss iżuru dan il-post? Jistgħu jittieħdu passi biex dan l-ilment ma jaqax fuq widnejn torox u xi ħadd jieħu ħsieb jagħmel it-tiswijiet li hemm bżonn għax diversi lmenti oħra fuq l-istess triq sfortunatament ma swew għal xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali huwa responsabbli għad-dawl li hemm max-xatt fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn. L-Enemalta hija responsabbli li tbiddel il-bozoz maqtugħin biss, filwaqt li l-Kunsill Lokali huwa responsabbli fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ l-arbli. Sal-ġimgħa li għaddiet 85% tal-lampi kienu tajbin u l-arbli l-oħrajn iridu jissewwew jew jinbidlu għal kollox.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu vacancies mal-Heritage Malta għall-Arkeoloġisti billi hemm min hu gradwat u ppreparat akkademikament li jaħdem f'dan il-qasam iżda s'issa ma kienx hemm vacancies għall-Arkeoloġisti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi minn żmien għal żmien Heritage Malta toħroġ dawk il-vacancies meħtieġa biex tkun f'qagħda li tagħti l-aħjar servizz kemm lill-viżitaturi u kif ukoll lil dawk li jagħmlu użu mis-servizzi li toffri din l-aġenzija. Dawn il-vacancies jinħarġu wara li Heritage Malta teżamina u taġġorna s-servizzi li tagħti. Għalhekk mhux eskluż li fil-ġejjieni jinħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jimtlew vacancies ta' kuraturi jew gradi oħra li fihom jintalab li min japplika jrid ikollu degree fl-arkeologija.
Bl-ispiża tas-saħħa dejjem tikber, jikkonsidra l-Ministru li wara li pazjent jattendi għall-kura l-isptar jibda jingħata tagħrif dwar kemm tiswa l-kura jew eżamijiet mediċi li jkun irċieva mhux biex iħallas l-ammont iżda biex inqajmu aktar għarfien li s-servizzi tas-saħħa jiswew ħafna flus u mhux ta' min jabbuża minnhom?
Jikkonsidrax ukoll li kull item jew prodott fl-isptar jew fil-kliniċi jkun immarkat bil-prezz biex anke l-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa jkunu aktar konxji kemm jiswew dawk il-prodotti/items?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor. Interpellant ninfurmah li s-suġġeriment tiegħu ser jiġi studjat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23717, b'mod partikolari l-aħħar paragrafu fejn jintqal li m'hemm ebda kawża Kostituzzjonali pendenti għas-sentenza li ilha aktar minn ħames snin, jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jinnota l-Kawza V.Curmi vs PM li ilha għas-sentenza mill-1999?
Response (BORG, TONIO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23717 u partikolarment għall-aħħar paragrafu, ninsab infurmat illi l-kawża "Curmi vs Prim Ministru" ilha tiġi ddifferita għas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali, kif illum komposta, mis-7 t'April 2003.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23796 li tgħid: Possibbli l-awtorita' dwar it-trasport ġentilment tikkonsidra li ssir private road fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, Żejtun minħabba r-riskju kbir li qed iħabbtu wiċċhom magħhom ir-residenti ta' din it-triq minħabba l-ammont kbir ta' traffiku li jgħaddi minn din it-triq u inċidenti kontinwi uħud minnhom fatali li qed ikun hemm f'din il-bypass fejn lejl u nhar jgħaddu eluf ta' karozzi?
Hija nformata l-awtorita' dwar it-trasport li minbarra inċidenti tat-traffiku, inkluż inċident fatali b'mod regolari diversi familji qed jispiċċaw bil-parapetti tagħhom imkissra minn karozzi li jibqgħu deħlin waqt li familji oħrajn spiċċaw bil-vetturi tagħhom imkissra waqt li jkunu pparkjati quddiem il-bieb għax jidħlu fihom karozzi/trakkijiet li jkunu għaddejjin bi speed eċċessiv?
Billi hemm fejn issir private road biex ir-residenti jiġu separati mill-bypass, tistax din l-alternattiva tiġi kkonsidrata bis-serjeta'? Possibbli li l-awtorita' dwar it-trasport tagħmel żjara fuq il-post?
Billi qed jingħad li l-awtorita' dwar it-trasport beħsiebha tagħmel bicycle lane f'din it-triq, tista' tikkonsidra l-private road minflok għax jekk issir bicycle lane kif inhi t-triq fil-preżent il-problema tiġi agħar u r-riskju jikber mhux biss għar-residenti imma anke għal min jissogra jmur bil-bicycle tiegħu f'din it-triq?
Jimporta jekk l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsulta r-residenti ta' din it-triq qabel tieħu deċiżjoni għax fl-aħħar mill-aħħar huma n-nies li jafu l-aktar x'jeħtieġu li qegħdin f'riskju kontinwu?
Possibbli l-Ministru ġentilment jara li permezz ta' l-awtorita' dwar it-trasport ningħata t-tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha li għamilt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istatistika tal-attivitajiet tal-Qrati mhux qed tkun aġġornata u r-rapporti ilhom ma jiġu pubblikati sa mis-6 ta' Frar, 2004?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-istatistika ta' attivitajiet tal-Qorti li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija dwar in-numru ta' kawżi introdotti, pendenti u maqtugħa fil-Qrati u Tribunali Ċivili, ninsab infurmat illi tali statistika hija aġġornata kull xahar u l-aħħar statistika li wieħed isib fuq is-sit www.mjha.gov.mt hija korretta sa l-aħħar ta' Diċembru 2006.
Possibbli l-awtorita' dwar it-trasport ġentilment tikkonsidra li ssir private road fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, Żejtun minħabba r-riskju kbir li qed iħabbtu wiċċhom magħhom ir-residenti ta' din it-triq minħabba l-ammont kbir ta' traffiku li jgħaddi minn din it-triq u inċidenti kontinwi uħud minnhom fatali li qed ikun hemm f'din il-bypass fejn lejl u nhar jgħaddu eluf ta' karozzi?
Hija nformata l-awtorita' dwar it-trasport li minbarra inċidenti tat-traffiku, inkluż inċident fatali b'mod regolari diversi familji qed jispiċċaw bil-parapetti tagħhom imkissra minn karozzi li jibqgħu deħlin waqt li familji oħrajn spiċċaw bil-vetturi tagħhom imkissra waqt li jkunu pparkjati quddiem il-bieb għax jidħlu fihom karozzi/trakkijiet li jkunu għaddejjin bi speed eċċessiv?
Billi hemm fejn issir private road biex ir-residenti jiġu separati mill-bypass, tistax din l-alternattiva tiġi kkonsidrata bis-serjeta'? Possibbli li l-awtorita' dwar it-trasport tagħmel żjara fuq il-post?
Billi qed jingħad li l-awtorita' dwar it-trasport beħsiebha tagħmel bicycle lane f'din it-triq, tista' tikkonsidra l-private road minflok għax jekk issir bicycle lane kif inhi t-triq fil-preżent il-problema tiġi agħar u r-riskju jikber mhux biss għar-residenti imma anke għal min jissogra jmur bil-bicycle tiegħu f'din it-triq?
Jimporta jekk l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsulta r-residenti ta' din it-triq qabel tieħu deċiżjoni għax fl-aħħar mill-aħħar huma n-nies li jafu l-aktar x'jeħtieġu li qegħdin f'riskju kontinwu?
Possibbli l-Ministru ġentilment jara li permezz ta' l-awtorita' dwar it-trasport ningħata t-tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha li għamilt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'raġuni hemm biex il-MEPA tieħu t-tul ta' żmien ta' kważi seba' snin biex tagħti deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mill-Awtorita' tad-Djar? Id-dettalji tal-każ qed jintbagħtu separatament.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 3774/01 ġiet sospiża fit-13 ta' Novembru 2006 skond l-Artiklu 32 (vi) ta' l-Att Dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp minħabba li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) baqgħet ma rċevitx l-ebda risposta għall-ittri li ntbagħtu lill-perit u lill-applikant fit-22 ta' Mejju 2006, 11 ta' Lulju 2006 u 18 ta' Awissu 2006. Fit-28 ta' Frar 2002, intbagħtet talba għal iżjed informazzjoni mingħand il-perit u l-applikant. Din kienet imwieġba fit-22 ta' April 2002 u wara bdew il-konsultazzjonijiet mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u ma’ l-Enemalta. Skond il-ligi ta’ l-Ippjanar jekk risposta tibqa’ ma tingħatax sat-13 ta' Mejju l-applikazzjoni tiġi awtomatikament irtirata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm preżentement kawżi kostituzzjonali reġistrati? Kemm hemm sentenzi pendenti mill-istess qorti kostituzzjonali li ilhom għal deċiżjoni minn dik il-qorti għal aktar minn ħames snin?
Jista' ukoll jgħid x'passi qed tieħu l-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja biex tali kawżi jiġu deċiżi mingħajr aktar dewmien u b'hekk tiġi evitata l-probabbilta' li tali kawżi jiġu riferuti għal deċiżjonijiet fil-qorti Ewropea għal drittijiet fundamentali tal-bniedem bi ksur tal-konvenzjoni dwar nuqqas ta' smiegħ xieraq u smiegħ fi żmien raġjonevoli?
Response (BORG, TONIO)
In-numru ta' kawżi kostituzzjonali pendenti fil-Qorti huwa ta' 37, li minnhom 6 huma sine die.
Din il-figura hija korretta sa' l-aħħar ta' Diċembru 2006 u tirriżulta mill-istatistika ppublikata fuq is-sit www.mjha.gov.mt.
Ninsab infurmat ukoll illi ma hemm ebda kawża kostituzzjonali illum li, mill-aħħar data tad-differiment għas-sentenza, ilha hekk pendenti għal aktar minn ħames snin.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'sar s'issa u x'hemm il-ħsieb li jsir biex isiru t-tibdiliet meħtieġa biex is-sistema edukattiva tagħna ma tibqax waħda daqstant kompetittiva fejn studenti ta' eta' żgħira jkollhom syllabus vast x'jagħmlu bil-konsegwenza li qed jikkaġunalhom stress kbir u mhux qed inħallu t-tfal tagħna jgawdu tfulithom biżżejjed billi jkollhom ħin adegwat għal-logħob u divertiment li wkoll hu parti essenzjali mill-iżvilupp soċjali u psikoloġiku ta' uliedna?
Billi l-eżami tal-Junior Lyceum hu wieħed mill-fatturi ewlenija ta' stress u ġirja sfrenata biex tfal ta' eta' żgħira jlaħħqu mas-syllabus, hemm il-ħsieb li jsiru tibdiliet anke f'dan il-livell?
Response (GALEA, LOUIS)
Sistema edukattiva b'saħħitha li tagħti l-frott għat-tfal u ż-żgħażaġħ tagħna trid tkun tista minsuġa b'elementi differenti ta' metodoloġiji edukattivi. L-ebda sistema edukattiva ma tagħti frott jekk ma jkunx hemm metodu ta' assessjar biex wieħed ikejjel fejn wasal kull student u x'inhuma l-miri li għandhom jiġu milħuqa. Il-metodi ta' assessjar huma mżewwqa u bbażati fuq sillabi ppreparati minn esperti edukattivi u mplimentati minn għalliema li rċevew il-preparazzjoni tagħhom professjonali. Kull ċittadin speċjalment l-edukaturi huma konxji tal-bżonn ta' bilanċ fil-ħajja tat-tfal. Jekk wieħed jara biss il-varjeta ta' suġġetti li għandhom it-tfal fl-iskola u l-hemel ta' attivitajiet li huma organizzati fil-ħin u wara l-ħin ta' l-iskola, wieħed jinduna li l-għan huwa li t-tfal jingħataw edukazzjoni sħiħa. Li wieħed ineħħi l-eżamijiet ħesrem mingħajr ma jkun għarbel sew x'se tkun il-miżura li se tkejjel il-progess, titqies bħala żball u pass fid-direzzjoni ħażina.
Meta wieħed jara r-rata ta' studenti li jgħaddu mill-eżamijiet u jkomplu bl-istudji tagħhom, jidher ċar li hemm progress tajjeb li jrid jiġi msaħħaħ. Dejjem hemm x'jitjieb. U propju għalhekk inħoloq grupp ta' ħidma biex tiġi riveduta s-sistema tal-MATSEC u bħalissa grupp ieħor qed jirrevedi s-sistema ta' l-eżami fl-eta ta' 11-il sena. Dan ta' l-aħħar għandu l-iskop li ssir review f'erbgħa oqsma. Qed jiġi studjat, evalwat u analizzat ir-raġuni ta' l-eżami fl-eta ta' 11-il sena, kemm fl-iskejjel ta' l-Istat u anke dawk li mhumiex. Din ir-raġuni trid tiġi analizzata biex naraw jekk l-eżami kif inhu għadux validu u x'alternattivi għandhom jiġu kkunsidrati. Qed isir ukoll studju komparattiv ma' pajjiżi oħra. Parti oħra minn din l-analiżi jikkonċerna l-impatt li dawn l-eżamijiet ikollhom fuq l-istakeholders; tfal, ġenituri, edukaturi, eċċ. Se jiġu analizzati wkoll l-aċċessabilita' għall-eżamijiet u s-sitwazzjoni ta' arranġamenti speċjali għall-studenti bi bżonnijiet speċifiki. Parti oħra ser tanalizza diversi aspetti tal-kwalita ta' l-eżamijiet li jsiru f'dan l-istadju, jiġifieri il-Junior Lyceum u l-Common Entrance. Il-grupp ta' ħidma se jagħmel sensiela ta' rakkommandazzjonijiet dwar l-eżamijiet li jsiru f'din l-eta u x'alternattivi jistgħu itejjbu s-sistema. Se jidħlu ukoll fl-issue ta' benchmarking.
Il-grupp ta' ħidma huwa mmexxi minn Dr Grace Grima u jinkludi lil Prof. Frank Ventura, Mr Peter Vassallo, Mr Leonard Grech, Fr Charles Mallia u Mrs Bernie Mizzi. Il-grupp ta' ħidma qed jikkonsulta' ma' dawk kollha kkonċernati speċjalment studenti, ġenituri, għalliema, esperti u anke l-pubbliku.
Dan l-eżerċizzju huwa ħolqa kruċjali fil-katina ta' żviluppi edukattivi biex nassiguraw li uliedna jirnexxu lkoll.