Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet strutturali u ta’ refurbishing

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet strutturali jew ta’ refurbishing saru u qed issiru fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-aħħar elezzjoni ’l hawn? Tista’ tagħti lista ta’ kull biċċa xogħol (strutturali jew ta’ refurbishing) li saret jew qed issir? X’inhi r-raġuni għal kull biċċa xogħol li qed issir? Kemm qed tiswa kull biċċa xogħol li qed issir?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpelant li x-xogħlijiet ta’ tisbiħ fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul huma kollha b’kollaborazzjoni mal-IPSL. Dawn ix-xogħlijiet huma prattikament bla ħlas bl-eċċezzjoni tal-materjal użat. Fil-preżent dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru fil-blokka ewlenija. Xogħlijiet simili mistennija jibdew fit-taqsima tal-Customer Care and Quality Assurance u l-Active Ageing Unit Centre. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru biex itejbu l-ambjent u biex jagħtu d-dinjità lill-anzjani rikoverati f’din ir-residenza.

Residenza San Vinċenż de Paul — ħatriet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqijsa parlamentari 1813 u tgħid x'ħatriet saru marbuta mar-Residenza San Vinċenż de Paul mill-11 ta' Mejju ’l hawn? F’liema kariga ġew maħtura dawn il-persuni? Liema minn dawn il-ħatriet huma pożizzjonijiet ġodda? Kemm qed jitħallsu kull waħda minn dawn il-persuni maħtura?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħatar Bord tad-Diretturi, Kap Eżekuttiv u Assistenta Personali għall-Kap Eżekuttiv li huma kollha po¿izzjonijiet ġodda. Ir-rimunerazzjoni tal-Bord tad-Diretturi għad trid tiġi stabbiltà filwaqt li Kap Eżekuttiv żammet l-istess skala ta’ salarju li kellha fl-impjieg preċedenti, jiġifieri bħala Principal GP scala 4 skond il-ftehim kollettiv kuntratt B Marzu 2013, għal 4 snin li gejjien. L-Assistenta Personali għandha salarju ekwivalenti għal Skala 9 tas-Settur Pubbliku, allowance għall-karozza ta’ €1864 u użu ta’ telefonija ċellulari.

Residenza San Vinċenz de Paul – dmirijiet ta’ staff nurses u health assistant

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma d-dmirijiet eżatti ta’ staff nurses u health assistants fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li mill-anqas darbtejn fil-ġimgħa qed jitilqu mis-swali tagħhom u jkunu allokati fl-uffiċċju tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Qed jintalab replacement ta’ dawn l-istaff meta dawn jitilqu mis-swali rispettivi tagħhom biex imorru jagħmlu xogħol fl-uffiċċju tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għandu jkun speċifiku għal min qed jirreferi meta jsemmi staff nurses u health assistants.
Leg 12 PQ #2810 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-public relations officer li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kienet tieħu ħsieb il-Communications Office tal-Isptar Monte Karmeli ġiet infurmata li l-impjieg tagħha se jiġi terminat għax il-kuntratt tagħha mhux se jiġi mġedded? Huwa infurmat il-Ministru li din kienet qed tagħmel xogħol importanti bħal ma hi kampanja kontra l-istigma tal-mard mentali u għarfien aħjar dwar l-Isptar Monte Karmeli? Billi din il-persuna ilha tagħmel dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar tliet snin, għaliex ġie deċiż li l-kuntratt tagħha ma jiġix estiż? Min se jagħmel ix-xogħol li kienet tagħmel hi ladarba din tispiċċa, kif tidher li hija id-deċiżjoni s’issa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħala parti mil-istrutturar li qed jiġi attwat fil-qasam tas-saħħa mentali, f’dan il-mument ix-xogħol tal-PRO u tal-communications office ser jiġi integrat bħala parti mix-xogħol tal-impjegati u f’kull dixxiplina biex nassiguraw li jkun hemm ownership totali. Ir-relazzjonijiet pubbliċi huwa sforz kontinwu u għaldaqstant kull impjegat f’dan il-qasam huwa ambaxxatur tas-saħħa mentali u tas-servizzi li jingħataw f’dan is-settur. B’hekk l-istigma assoċjata ma’ dan il-qasam, il-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni tal-mard mentali jiġu indirizzati b’mod istituzzjonalizzat u assertiv. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi sejra tkun spearheaded mit-top management. Għadhom għaddejjin id-diskussjonojiet bejn il-managment u l-impjegata msemmija.
Leg 12 PQ #2811 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Trasferiment ta’ pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1509 u jgħid kemm ġew trasferiti pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei mill-10 ta’ Marzu sal-lum, ġimgħa b’ġimgħa? Kemm hemm pazjenti bħalissa fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jiġu trasferiti għal-long term care?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li fid-dokument anness qed jidhru ġimgħa b’ġimgħa kemm ġew trasferiti pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei mill-10 ta’ Marzu sal-lum b’total ta’ 33 pazjent. Bħalissa hemm sebgħa u sebgħin pazjenti jistennew biex jiġu trasferiti għal-long term care. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2812 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Stennija għal sodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1508 u jgħid tul ix-xahar ta’ April kemm pazjenti damu jistennew sodda fis-sala fl-Isptar Mater Dei wara li ġie deċiż li kellhom bżonn admission wara li daħlu l-Emerġenza?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. It-total hu 627 pazjent.

Residenza San Vinċenz de Paul – customer section

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew allokati membri tal-istaff fil-customer section tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Meta ġie allokat kull membru tal-istaff f’din is-sezzjoni? X’inhu l-grad ta’ kull membru tal-istaff allokat f’din is-sezzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-Customer Care tal-Isptar San Vinċenz de Paul mhux se jibqa’ limitat biss għall-ilmenti li jaslu permezz tat-telefon. Dan il-Gvern iħoss li fl-era diġitali, il-pazjenti u l-qraba tagħhom jistħoqqilhom servizz ferm aħjar minn hekk. Għaldaqstant minn issa twaqqfet taqsima strateġika għas-servizz tal-customer care biex tassigura kwalità fis-servizzi offruti. Dawn se jinkludu wkoll attivitajiet proattivi favur il-konsumatur bħalma huma surveys u awditjar tas-servizzi infushom. Biex joffru dan is-servizz b’mod professjonali, il-maniġment ħass il-bżonn ta’ sitt impjegati fejn ġew allokati 2 staff nurses, 3 Assistant Clerks u (1) Social Assistant. Dawn bdew joffru s-servizzi tagħhom mis-27 ta’ Mejju.

Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema trasferiti mill-customer section

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn ġew trasferiti kull membru tal-istaff li kien allokat fil-customer section tar-Residenza San Vincenz de Paul qabel tpoġġew nies ġodda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ persuni li kienu jaħdmu fil-Customer Care section gew trasferiti fuq x-xogħol klerikali. Persuna qiegħda taghmel xogħol klerikali bżonnjuż mas-Social Worker Unit u persuna oħra se tkun qiegħda tagħmel xogħol klerikali mas-sezzjoni tal-maintenance.

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema mill-kċina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti nies mill-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paul? X’inhu l-grad ta’ kull membru tal-istaff li ġie trasferit? Fejn intbagħat kull wieħed minn dawn il-membri tal-istaff?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 3 persuni ġew trasferiti mill-kċina, fejn persuna minnhom kellu l-grad ta’ Supervisor u 2 l-oħra kellhom il-grad ta’ Health Assistants. Minn dawn it-tlett persuni, s-supervisor intbagħat fl-istess grad fid-Dining Room, persuna waħda marret mal-General Service u ieħor mas-Security Section.

Każijiet ta’ Vjolenza Domestika

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika li ġew irrapurtati fl-għases kollha, lokal lokal matul is-sena l-oħra? Kemm minn dawn il-każijiet ġew irreferuti lill-Aġenzija Appoġġ?’

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Diċembru 2012, id-Domestic Violence Unit li jaqa taħt l-aġenzija Appoġġ, irreġistra total ta’ 537 riferiment, li minnhom 10 (1.9%) kienu riferuti direttament mill-pulizija (jiġifieri għasses tal-pulizija, vice squad, jew ufficjali tal-pulizija).

Residenza San Vinċenż de Paul — ħatriet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'ħatriet saru marbuta mar-Residenza San Vinċenż de Paul mill-11 ta' Mejju ’l hawn? F’liema kariga ġew maħtura dawn il-persuni? Liema minn dawn il-ħatriet huma pożizzjonijiet ġodda? Kemm qed jitħallsu kull waħda minn dawn il-persuni maħtura?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1814 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – impjegati trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġie trasferit mill-11 ta' Marzu ’l hawn fil-Ministeru għas-Saħħa? X'kariga kellha kull persuna li ġiet trasferita? Kemm minn dawn il-persuni talbu li jiġu trasferiti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li ġew trasferiti fil-perijodu msemmi u l-kariga ta’ kull persuna, u jekk it-transfer ġiex mitlub mill-persuna?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Impjieg ta’ Persuni b’Diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni b’diżabilità li sabu impjieg part-time jew full-time wara li ħadu sehem fil-proġett Me2? X’impjieg sabu? Kemm minn dawn il-persuni b’diżabilità kellhom problemi ta’ saħħa mentali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li 58 persuna b’diżabilità sabu impjieg part-time waqt li 6 persuni b’diżabiltà sabu impjieg full-time wara li ħadu sehem fil-proġett ME2, waqt li 37 persuna b’diżabilità bdew jattendu xi studju post sekondarju/terzjarju. Is-64 persuna li sabu impjieg bdew jaħdmu ma’ kumpaniji privati kif ukoll 15 minnhom bdew jaħdmu mal-Koperativa ME2 li toffri servizi varji lil numru ta’ entitajiet pubbliċi. L-impjieg li nstab ivarja bejn data inputting, sales persons, xogħol ġo fabbriki tal-manifattura, xogħol ta’ ippakkjar u ta’ tindif fost oħrajn. Il-maggor parti tal-persuni li ħadu sehem fil-proġett ME2 kellhom promblemi ta’ saħħa mentali. Il-proġett għaldaqstant ma għamel l-ebda distinzjoni bejn persuna b’diżabilità u oħra, ġaladarba kienet eleġibli li tibbenefika mill-istess proġett.

Pensjoni tad-Diżabilità – tip ta’ diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tindika x’tip ta’ diżabilità gravi kellhom il-persuni li kkwalifkaw għall-Pensjoni tad-Diżabilità? Persuni li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali severa jistgħu japplikaw għal din il-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każijiet ta’ Vjolenza Domestika

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika li ġew irrapurtati fl-għases kollha, lokal lokal matul is-sena l-oħra? Kemm minn dawn il-każijiet ġew irreferuti lill-Aġenzija Appoġġ?’

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Żieda għal sodod għall-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi qed jieħu l-Gvern biex jiżdiedu n-numru ta sodod għall-anzjani għal din is-sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Id-Dipartiment qiegħed f’taħdidiet ma’ numru ta’ stakeholders. Sadanitant id-dipartiment qed iħares lejn diversi miżuri biex jindirizza l-bżonn ta’ iżjed postijiet għal kura fit-tul permezz ta’, diversi skemi li jinvolvu wkoll lis-settur privat.
Leg 12 PQ #1514 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – Public Relations Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-Public Relations Uniont tal-Isptar Monte Karmeli twaqqaf milli jkompli jaħdem? Jekk iva, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni meta dan il-unit kien jagħmel ħafna xogħol utli fost oħrajn billi jieħu inizjattivi biex titnaqqas l-istigma li għad hawn fuq dan l-isptar u l-mard mentali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Public Relations Unit tal-Isptar Monte Karmeli għadu qiegħed jiffunzjona.
Leg 12 PQ #1515 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Dental Checkup – każ ta’ individwi

Question

Jista’ l-Minitru jara għaliex l-appuntament għal Dental Checkup ta’ dawn iż-żewġt anzjani li d-dettali tagħhom qed jingħataw separatament ġie imċaqlaq mis-27 ta’ Awwissu 2013 għas-27 ta’ Marzu 2014? Fhimt sew li l-wegħda elettorali tal-Gvern kienet li jnaqqas il-waiting list mhux iżidha? Jista’ jara dan il-każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li Dentista irtirat fl-20/09/2011, filwaqt li ħames dentisti oħra irreżenjaw bejn Novembru tas-sena 2011 u April 2013. Filwaqt li nirrigrazzja lill-Onorevoli interpellant tal-mistoqsija, jirriżuta li ma ttieħdu l-ebda passi mill-gvern preċedenti biex din is-sitwazzjoni tiġi evitata, u bis-saħħa t’hekk ġie deċiż li jkun propriju issa li jintbagħtu avviżi bl-appuntamenti retardjati.
Leg 12 PQ #1504 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ex segretarji permanenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’responsabbiltajiet għandhom u x’xogħol ingħataw is-segretarji permanenti li tneħħew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1503.
Leg 12 PQ #1505 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Servizzi fil-qasam tas-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fuq id-diversi servizzi tas-saħħa għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li jinsabu fil-komunità? Jista’ jikkonferma li wara l-elezzjoni professjonisti li jaħdmu fis-servizzi fil-komunità fil-qasam tas-saħħa mentali ġew mgħarrfa li se jiġu msejħa biex jaħdmu l-Isptar Monte Karmeli u jmorru biss fil-komunità meta jmur il-konsulent? X’possibbilità hemm li jispiċċaw jonqsu sostanzjalment is-servizzi li jingħataw fil-komunità fil-qasam tas-saħħa mentali jekk dawn jingħataw separatament mill-preżenza tal-konsulent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fl’isfond tal-Liġi il-ġdida dwar is-Saħħa Mentali, il-politika tal-Gvern hija li jissaħħu u jespandu is-servizzi fil-kommunita’ filwaqt li jissaħħu ukoll is-servizzi akuti. Il-Management tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali huwa kommess li jieħu il-passi neċessarji biex, taħt id-direzzjoni tal-Ligi, it-timijiet multidixxiplinarji jipprovdu servizz ta’ kwalita għall-pazjent u l-publiku.