Legislature:
Category:
Reset
Active:

Istituzzjonijiet tal-Anzjani — ammissjonijiet

Question

Tista’ l-Minsitru tgħid minn Marzu sal-lum kemm ġew admitted anzjani: Fir-residenza San Vinċenz De Paul; Fid-djar tal-Anzjani tal-Gvern; Fil-Karin Grech Rehabilitation Hospital; u permezz bl-iskema ta’ Public Private Partnership?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammissjonijiet minn Marzu sal-lum huma dawn: Fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul - 119 Fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern - 53 F’Karen Grech Rehabilitation Hospital - 506 Bl-Skema ta’ Public Private Partnership - 51

Iż-Żejtun – sleeping policemen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-isleeping policemen li saru f’Wied iz-Ziju, limiti taż-Żejtun, sarux bl-approvazzjoni ta’ Transport Malta? Min għamel it-talba għal dawn l-isleeping policemen?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba oriġinali għall-miżuri li jnaqqsu l-veloċita’ tal-vetturi kienet saret mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn bid-data 6 ta’ Ġunju 2011, u l-miżuri li ġew installati f’din it-triq ġew approvati minn Transport Malta fit-28 ta’ Ġunju 2013.
Leg 12 PQ #3551 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – festa organizzata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni li l-festa tal-Madonna tal-Karmnu li ssir kull sena fl-Isptar Monte Karmeli din is-sena ssir fuq ġurnata waħda? Jista’ jgħid x’attivitajiet saru s-sena l-oħra u x’se jsiru din is-sena? Għaliex din is-sena qed jintalbu donazzjonijiet mill-istaff għal din il-festa? Għal-liema events konnessi ma’ din il-festa se jkunu jistgħu jattendu l-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma’ ttieħdet l-ebda deċiżjoni li l-festa ssir biss fuq ġurnata waħda. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-attivitajiet li saru s-sena li għaddiet u li saru din is-sena Infurmat ukoll li bħala ġest lejn il-Madonna tal-Karmnu, l-istaff kien mistieden mill-kumitat organizzattiv tal-festa sabiex, min jixtieq, jagħmel donazzjoni ta’fjuri biex jiġu pprezentati lill-Madonna waqt il-Quddiesa Konċelebrata tal-Hadd 7 ta’ Lulju. Il-pazjenti kienu mistedna u mgħejjuna jattendu għal kull attivita konnessa ma’din il-festa.
Leg 12 PQ #3552 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Residenza San Vinċenz de Paul – applikazzjonijiet mal-MEPA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċevietx xi applikazzjonijiet biex isiru xogħlijiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jekk iva, meta saru dawn l-applikazzjonijiet u għal-liema xogħlijiet intalab il-permess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għal xogħlijiet fir-Residenza San Vincenz de Paule quddiem l-istess Awtorità.
Leg 12 PQ #3553 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – serata ta’ premjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux se tiġi organizzata s-serata li tiċċelebra u tippremja l-ħidma tal-impjegati fil-qasam tas-saħħa mentali u li kienet issir kull sena fil-ġnien tal-Isptar Monte Karmeli? Jekk iva, meta se ssir din is-serata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din l-attivita’, li sas-sena li għaddiet kienet issir bħala parti mill-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fl-Isptar Monte Carmeli, hija ppjanata li ssir iżjed tard matul is-sena. Infurmat li dan sar minħabba li ried jiġi analiżżat l-infieq li kien qed isir marbut ma’ din is-serata. Min informazzjoni li għandi, fis-snin mgħoddija l-ispejjeż marbuta mas-serata Premju Ħaddiem tas-Sena kienu qed ikunu madwar għoxrin elf ewro. Fost dan l-infieq hemm figuri li meta wieħed janaliżżahom, jara li ma jagħmlux sens finanzjarju, fosthom dawk marbuta ma’ kiri ta’ ħwejjeġ, xorb alkoħoliku, apparti ammont sostanzjali marbut ma’ sahra. Infurmat li din is-sena, s-serata Premju Ħaddiem tas-sena se tkun organizzata b’anqas spejjeż, b’kontabilita u wkoll trasparenza w li għaliha se jkunu mistiedna l-ħaddiema tal-Isptar Monte Carmeli, għaliex fis-snin ta’ qabel dawn ftit li xejn kienu jkunu mistiedna.

Residenza San Vinċenz de Paul – entertainment section

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm staff jaħdmu f’dik li kienet magħrufa bħala l-Entertainment Section tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-istaff li jaħmdu f’din is-sezzjoni bl-ismijiet u l-grad tagħhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3555 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – petizzjoni mir-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu rċeviex petizzjoni/ittra ffirmata minn qraba tal-familji ta’ pazjenti li jattendu fl-Activity Centre ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-pettizzjoni/ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Applikazzjonijiet għas-servizz tat-Telecare

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tat-telecare? Kemm-il servizz ġdid tat-telecare ingħata f’Marzu, April, Mejju u Ġunju xahar b’xahar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 80 applikazzjoni li ġew proċessati minn naħa tat-telecare u qed jistennew li jingħataw is-servizz mill-GO. Servizzi ġodda li ngħataw fil-perjodu msemmi huwa kif ġej: Marzu 37 April 96 Mejju 75 Gunju 111

Servizz ta' Home Help

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help? Kemm ra każijiet ġodda l-bord minn wara l-elezzjoni 'l hawn u kemm minnhom ingħataw is-servizz? Kemm ġew miċħuda is-servizz?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamantari se tingħata f'seduta oħra.

Home Help — bord

Question

Tista' l-Minsitru tgħid minn min hu kompost il-bord tal-Home Help?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord huwa kompost min dawn il-membri: Chairperson: Mr. Remigio Zammit Members: Mr. John Bottiglieri Dr. Celine Quattromani Mr. Mario Sammut Ms. Maria Camilleri

Residenza San Vinċenz de Paul — ħatriet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2891, tista' l-Minsitru tgħid jekk l-għażla ta’ assistenta personali tal-Kap Eżekuttiv saritx permezz ta' sejħa pubblika? Il-persuna magħżula kienet impjegata fis-settur pubbliku jew idaħħlet minn barra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni inkwistjoni hija waħda ta’ fiduċja u l-persuna magħżula ddaħħlet minn barra s-settur pubbliku.

Residenza San Vinċenz de Paul — ħatriet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2891 dwar l-assistenta personali tal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar San Vinċenz de Paul, tista' l-Ministru tgħid l-ammont tal-allowance tal-karozza msemmija fl-istess risposta għal kemm perjodu ta’ żmien huwa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-benefiċċju tal-karozza tal-assistenta personali tal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar San Vinċenz de Paul huwa fis-sena u għad-durata tal-kuntratt (sentejn).

Residenza San Vinċenz de Paul — rwol ta' deputat parlamentari

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2892, tista' l-Minsitru tgħid jekk il-persuna imsemmija għandhiex rwol fil-management ta’ dan l-isptar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna inkwistjoni huwa konsulent tal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali b’attenzjoni partikolari fuq l-Isptar San Vinċenz de Paul. Huwa ma jagħmilx parti mill-maniġment ta’ dan l-istess sptar.

Residenza San Vinċenz de Paul — rwol ta' deputat parlamentari

Question

B’referenza għall-mistqoijsa parlamenatri 2892, tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna imsemmija hux se jkollha staff assenjat fl-uffiċċju tagħha? Jekk iva min huma u x’se tkun jew x’inhi l-funzjoni tagħhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija m’għandha ebda staff assenjata magħha.

Admissions Boards tal-Anzjani

Question

Tista' l-Minsitru tgħid jekk ġiex ikkostitwit l-Admissions Boards tal-Anzjani li jitolbu dħul f’xi residenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bord inkwistjoni ma kienx ikkostitwiet. Dan il-proċess qiegħed isir minn tim multi-dixxiplinarju fl-Isptar Karin Grech skont l-aqwa prattiċi, inkluż dak ta’ klassifikazzjoni ta’ dipendenza u/jew indipendenza tal-pazjent hekk kif issuġġeriet fil-passat fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.

kumitat tal-heatwave — laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk u kemm-il darba ltaqa’ l-kumitat tal-heatwave, minn wara l-elezzjoni ’l hawn? Meta ltaqa’ u min attenda għal dawn il-laqgħat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ security officers

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2887, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-erba’ security officers fir-Residenza San Vinċen¿ De Paul li kien ħarġilhom transfer talbux huma biex jiġu trafseriti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-trasferimenti inkwistjoni saru skont l-esiġenzi tas-servizz.

Djar tal-anzjani – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu transfers ta’ staff mid-djar tal-anzjani mill-elezzjoni ’l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Minn liema djar tal-anzjani, u fejn intbagħat jaħdem kull ħaddiem?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-trasferimenti li saru mid-djar tal-anzjani mill-elezzjoni ‘l hawn.
Leg 12 PQ #3460 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex segretarji permanenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2894, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma jagħmlu eżatt iż-żewġ segretarji permanenti li ma kenux irriżenjaw u li xorta tneħħew minn segretarji permanenti u li fir-risposta tiegħu qal li qed jaqdu responsabbiltajiet fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastuttura u fil-Ministeru għat-Turiżmu? X’responsabiltajiet qed jaqdu eżattament u x’xogħol qed jagħmel kull wieħed minn dawn iż-żewġ ex segretarji permanenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija f’dan ir-rigward lill-Ministri kkonċernati.