Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paul — festi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fix-xhur tas-sajf kemm-il darba anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul inħarġu u ttieħdu għal xi festa ta’ xi parroċċa? Meta u fl-liema parroċċi inħarġu r-residenti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sajf l-għadd ta’ żjajar ta’ anzjani f’SVPR għal xi festa ta’ xi parroċċa kien jammonta għal 31 darba. Dan ma jinkludlix l-għadd ta’ attivitajiet kemm fir-Residenza ta’ San Vinċenz kif ukoll lokalitajiet barra. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li kienet impjegata bħala enforcement officer ma' Transport Malta matul ix-xahar li għadda ġie trasferit mad-Dipartiment tal-Għammieri? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, xi grad ingħatat din il-persuna? X’inhu x-xogħol tagħha fl-Għammieri? Jista’ jgħid jekk din il-persuna għadhiex impjegata ma’ Transport Malta jew ġietx impjegata tal-gvern?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament ġiet seconded mad-Dipartiment tal-MSDEC Security Services bħala enforcement officer u ma saritx impjegata tal-Gvern. Din il-persuna qegħda tassisti lill-manager responsabbli mis-Sigurtà fil-qadi ta’ dmirijietu.
Leg 12 PQ #4417 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Diviżjoni tas-Saħħa — diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati għall-post ta’ diretturi fid-Diviżjoni tas-Saħħa li l-interviews tagħhom saru diġà?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onorevoli Membru għandu jkun infurmat li r-riżultati li qed jirreferi għalihom ma joħorġux minn dan il-Ministeru iżda mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #4418 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini out-of-stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra. Ghaldaqstant, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-pożizzjoni tal-istess stokk fil-213-l ispiżerija fil-Kommunita li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC]. Barraminhekk, mhux bilfors li l-mediċina out of stock tkun nieqsa mill-ispiżeriji kollha fl-istess ħin -- f’dan ix-xenarju l-POYC Unit jgħamel dak kollu possibbli biex jittrasferixxi dik il-mediċina partikolari minn spiżerija fl-Iskema tal-POYC għall-oħra sabiex il-pazjent jkun jista jinqedgħa. Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] tipprovdi biex meta mediċina tkun out of stock mill-ispiżeriji tal-Kommunita, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-Iskema jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa. Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-mediċini li attwalment kienu out of stock matul dan il-perijodu.

Telecare — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas servizz tat-Telecare u jekk iva b’kemm tnaqqsu (jew żdiedu) il-flus allokati għat-Telecare?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tat-Telecare wara l-aħħar budget.

Meals on Wheels — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas servizz tal-Meals on Wheels u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu l-flus allokati għall-Meals on Wheels?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Meals on Wheels wara l-aħħar budget.

Home Help — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għas-servizz tal-Home Help u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu dawn il-flus?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Home Help wara l-aħħar budget.
Leg 12 PQ #3555 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – petizzjoni mir-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu rċeviex petizzjoni/ittra ffirmata minn qraba tal-familji ta’ pazjenti li jattendu fl-Activity Centre ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-pettizzjoni/ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Inħoss li m’għandix inpoġġi korrispondenza privata b' dettalji personali ta' individwi fid-dominju pubbliku minħabba l-issue tad-dritt għall-privatezza.

PBS – Ġurnalisti jippreżentaw programm – ħlas extra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu extra għal kull programm dawk il-ġurnalisti, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, impjegati mal-Public Broadcasting Services (PBS) li matul l-iskeda 2012-2013 kienu qed jippreżentaw programm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-ħlasijiet tal-preżentaturi msemmija hawn taħt matul l-iskeda 2012-2013 kienu kif ġej. Ta’ minn jinnota żewġ ġurnaliti minnhom kienu jitħallsu l-pagament tagħhom mill-Production House rispettiva tal-programm. 1 €400 per programme 2 €60 per programme 3 €100 per programme

Raħal Ġdid — Dar għall-Anzjani - Falmini House

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jkompli bil-pjanijiet tal-Gvern preċedenti u jiżviluppa Flamini House, li hija proprjetà tal-Gvern u li tinsab fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, bħala dar għall-anzjani? Huwa minnu li l-Gvern għandu ħsieb li jgħaddi din id-dar lil xi għaqda/entità partikolari f’Raħal Ġdid għal skopijiet oħra, u mhux biex tintuża bħala dar għall-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed jevalwa l-pjani għal din id-dar.
Leg 12 PQ #45 Sitting 54 2013-07-17 Written · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku — Twaqqif

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku twaqqfitx? Jekk iva, min huma l-membri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija mwaqqfa u l-membri tagħha huma dawn: Chairperson: is-Sur Louis Naudi Deputy Chairperson: is-Sur Saviour Fenech Membri: is-Sur Vincent Piccinino is-Sur Carmel Herrera is-Sur Franco Masini Il-membri msemmija hawn fuq inħatru mill-President ta’ Malta fuq il-parir tal-Prim Ministru, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 109 tal-Kostituzzjoni, għall-perjodu ta’ tliet snin, b’seħħ mit-18 ta’ Ġunju 2013. mt - 12/08/2013

Kumitat dwar il-Heatwave — laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ mill-elezzjoni 'l hawn il-Kumitat dwar il-Heatwave? Jekk iva, meta saret kull laqgħa u min kien preżenti għal kull laqgħa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumitat ad hoc tal-heatwave ma ltaqax mill-25 ta’ Lulju, 2012. Madankollu, il-Ministeru jinsab lest għal kull kontinġenza, inkluża dik ta’ heat waves.

Reverse Osmosis — Apparat bil-ħsara

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Blokka Ġwanni Pawlu 2 fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemmx xi apparat tar-reverse osmosis bil-ħsara? Jekk iva, kemm ilu bil-ħsara dan l-apparat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-apparat tar-reverse osmosis fi Blokka Gwanni Pawlu 2 twaqqaf meta bħala Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kura tal-Anzjani, huwa kien politikament responsabbli mir-Residenza San Vinċenz de Paul. Infakkru li dan l-impjant twaqqaf fid-19 ta’ Settembru 2012 wara konsultazzjoni mas-Segretarjat tiegħu biex isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni wara li kienu nstabu diversi tipi ta’ mikrobi fis-sistema. Għalkemm inġiebu diversi kumpaniji privati u kompetenti biex isir tali tindif. Minkejja li kienu nbidlu kemm it-tankijiet, il-membranes tal-filter, u ngħata trattament bil-UV Light fejn kien indikat, xorta baqgħet il-problema bil-mikrobi, fosthom Coliforms, E.Coli, Legionella, Enterococci u Pseudomonas aeuruginosa. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun informat li l-ilma li jissupplixxi lis-swali f’San Vinċenz de Paul qiegħed jiġi ttestjat minn kumpaniji kompetenti u approvati biex isiru t-testijiet b’mod regolari u serji. Jirriżulta li l-ilma huwa tajjeb għax-xorb u mingħajr riskju. Ċerta li l-Onor. Interpellant ikun jaf li wara żjara għall-għarrieda mill-ħaddiema tas-saħħa pubblika, dawn kienu impressjonti ħafna bil-progress li sar. Dan huwa proċess kontinwu biex jitjieb is-servizz.
Leg 12 PQ #48 Sitting 54 2013-07-17 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – testijiet tad-demm tal-prostata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li bħalissa fl-Isptar Mater Dei mhux qed isiru testijiet tad-demm tal-prostata (PSA)? Jekk iva, x’inhi r-raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kien hemm perjodu fejn il-laboratorju ma setgħax joffri is-servizz tal-PSA għaliex il-kumpanija ta’ barra li tipprovdi dan it-test ġibdet lura il-kits kollha għal raġunijiet ta’ preċizjoni tat-test. Din l-ispjegazzjoni diġà ingħatat fir-risposta tal-mistoqsija Parlamentari Numru 3805. Kits ġodda issa laħqu waslu u ix-xogħol reġa’inbeda mill-ġdid.
Leg 12 PQ #49 Sitting 54 2013-07-17 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

test tal-prostata – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom test tal-prostata (PSA)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li m’hemm ebda testijiet tal-prostata pendenti.

Residenza San Vinċenz de Paul — transfers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu nurses, nursing aides, carers u fattigi mis-swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul wara li ngħataw transfer mill-elezzjoni lil hawn? Tista’ tagħti l-informazzjoni skont il-grad? Fejn intbagħtu jaħdmu kull membru tal-istaff?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul — anzjani akkumpanjati minn infermiera

Question

Tista’ l-Ministru tara għaliex anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul qed jinħarġu mir-residenza, mill-Entertainment Section (jew Active Ageing) mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn infermier?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ tal-anzjani mill-swali ġenerali jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom akkumpanjati minn Nursing Aids filwaqt li l-anzjani rikoverati f’swali speċjalizzati bħal dik tad-demensja jkunu akkumpanjati minn tal-inqas infermier/a.

Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section – sigħat ta’ overtime

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2886, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija, jiġifieri tgħid kemm ħadem sigħat ta’ overtime kull impjegat li hemm fl-Entertainment Section tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Fejn ħadem overtime kull impjegat u f’liema ġranet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – security guards

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3184 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2887 tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-grad tas-security guard jew security guards li ġie/ġew trasferit/i għal mas-security officers fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-aħħar elezzjoni? X’kien/u jagħmel/jagħmlu qabel ġie/ġew trasferit/i bħala security guard?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – job experience għal persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3188, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija billi tgħid minn Marzu lil hawn kemm-il persuna attendiet għal job experience jum b’jum?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.