Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċess intgħażlu l-preżentaturi ta' TVAM li isimhom qed jintbagħat separatament?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-proċess tal-għażla tal-programmi tal-PBS, hija l-prerogattiva tal-Bord Editorjali. L-għażla tal-preżentaturi tal-programm TVAM ta’ din l-iskeda saret skont din il-prassi.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratt għandhom mal-PBS il-preżentaturi ta' TVAM li isimhom qed jintbagħat separatament u kemm qed jitħallsu għax-xogħol tagħhom f'salarju, allowances u perkaċċi oħra?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Iż-żewġ preżentaturi ta’ TVAM, li isimhom ingħata separatament jitħallsu €150 u €100 rispettivament għal kull programm.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament iddaħħlet taħdem il-PBS fl-ewwel ta' Awwissu li għadda meta ma kien hemm ebda sejħa għall-applikazzjonijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Persuna li isimha intbagħat separatament ġiet sekondata mal-PBS fl-1 ta’ Awwissu 2013 mill-MUESAC fuq esiġenza u bżonn tal-kamra tal-aħbarijiet tal-P.B.S.
Il-Mellieħa — Dar tal-Anzjani – ħaddiema trasferiti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġux transfers ta’ ħaddiema mid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa? Jekk iva, meta u kemm? X'inhu l-grad tal-ħaddiema trasferiti jekk dan hu l-każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk minn wara l-elezzjoni ’l hawn żdidux is-sodod fid-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun? Jekk iva dawn żdiedu billi kmamar two bedded issa ġew three bedded?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ sodod fid-Dar taż-Żejtun ma żdidux minn wara l-elezzjoni ‘l hawn.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk nurse kwalifikata li ġejja minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u li se taħdem Malta mal-privat bħala nurse ikollhiex xi forma ta’ reġistrazzjoni mad-Diviżjoni tas-Saħħa? Id-diviżjoni għandha mezz kif tkun taf kemm hawn nurses jew professjonisti oħra mill-qasam tas-saħħa u li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li qed jaħdmu Malta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nurse li hi mill-Unjoni Ewropea u li ġiet taħdem Malta mal-privat tirrikjedi reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel. L-awtorità tas-Saħħa li tilliċenzja l-isptarijiet Privati, is-Sovratendenza tas-Saħħa Pubblika, titlob lista tan-nurses kollha li jaħdmu f’dawk l-isptar qabel ma’ tinħareġ il-liċenzja.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tibdiliet saru jew se jsiru fit-top management tal-Isptar Monte Karmeli? Veru li s-CEO preżenti se ssir responsabbli mis-servizzi (saħħa mentali) fil-komunità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li c-Chief Executive Officer hekk kif inhu definit fil-liġi hu Chairperson tal-psikjatrija, li hu wkoll Licencee tal-isptar Monte Karmeli. It-tmexxija ser tkun ikkordinata b’mod ħolistiku minn team ta’senior management fejn fih hemm Chairperson li hu wkoll l-Mentor ta¿-zewġ Chief Operator Officer wieħed fil-komunita u l-ieħor fl-isptar akut, il-Clinical Chair tal-psikjatrija, n-Nursing Manager, il-Finacial Officer u segretarju eżekuttiv.
Jista’ l-Ministru jgħid xi trasferimenti saru jew se jsiru ta’ persuni fit-top management tal-Isptar Monte Karmeli? Huwa vera li s-CEO ta' dan l-isptar, li bdiet hi s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità intbagħtet l-Isptar Boffa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-trasferimenti tas-Senior Management ħares lejn il-mod kif it-tmexxija f’dan il-livell se tindirizza l-ħtiġijiet tal-Att dwar is-Saħħa Mentali biex b’hekk noqorbu aktar lejn il-kontabilta tas-servizz u d-dinjita tal-pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li s-servizzi fil-komunità tas-saħħa mentali se jinfirdu mill-Isptar Monte Karmeli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kura tas-Saħħa Mentali fuq kollox ser tħares id-dinjita tal-pazjent u s-servizz hu wieħed ħolistiku. Dan iffukat biex il-well being tal-pazjent jiġi mħares kemm jista jkun fil-komunita (kura Primarja) u meta jkun hemm ħtieġa tiġi ndirizzata fi sptar akut (Kura Sekondarja). Jgħinu dawn iż-żewġ livelli ta’kura se ikun hemm dak terzjarju (rijabilitattiv). Il-mod kif se jiġi mmexxi u ikkordinat hu xhieda ta’kemm is-servizz tas-Saħħa Mentali hu ndirrizat b’mod sħieħ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti ta’ nurses lejn jew mill-CommCare minn wara l-elezzjoni? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tan-nurses trasferiti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi s-servizzi għall-Kura fil-Komunità jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Membru biex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn Marzu 2013 ’l hawn? Tista’ tagħti l-lista minn fejn idaħħlu dawn l-anzjani, jekk hux mill-Isptar Karin Grech, mill-Isptar Mater Dei jew inkella mill-komunità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2013 sal-lum dahlu mitejn (200) resident. Minn dawn mija u tnejn (102) mara u tmienja u disgħin (98) ragel.
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li talab l-Interpellant.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn kienet toqgħod (fejn kienet reġistrata l-id card tagħha) kull persuna li daħlet fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-elezzjoni ’l hawn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4429.
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ overtime li sar fir-Residenza San Vinċenz De Paul tul April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru, xahar b’xahar? Tista’ tagħti breakdown tat-taqsimiet, wards u units fejn sar dan l-overtime f’dan il-perijodu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tal-Anzjani — sejħa għall-impjegati biex jagħmlu xogħol klerikali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx sejħa għall-impjegati li jaħdmu fi skala 17 jew inqas mad-Dipartiment tal-Anzjani biex jagħmlu xogħol kerikali? Social assistants li diġà qed jagħmlu xogħol klerikali jridu jerġgħu japplikaw?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħarġet sejħa għall-impjegati biex jimlew postijiet ta’ xogħol klerikali fejn ikun meħtieġ. Dawk is-Social Assistants li diġà qed jagħmlu dan ix-xogħol jistgħu japplikaw jekk juru interess, iżda dan mhux mandatorju.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikaw għall-post ta' Direttur Edlerly? Meta saru l-interviews u min kien fuq il-bord tal-għażla? Meta hu maħsub li joħroġ ir-riżultat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-kariga msemmija mhix f’po¿izzjoni dipartimentali izda pożizzjoni ta’ tmexxija fis-servizz pubbliku, jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni tal-flus allokati għall-incontinence service u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu dawn il-flus?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għas-Servizz tal-Inkontinenza wara l-aħħar budget.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-aħħar budget saritx xi reviżjoni għall-flus allokati għall-Public Private Partnership beds għall-anzjani u jekk iva b’kemm tnaqqsu jew żdiedu dawn il-flus?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda reviżjoni tal-flus allokati għall-Public Private Partnership beds għall-anzjani wara l-aħħar budget.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus lis-sidien tad-djar tal-anzjani li huma fl-iskema ta’ Public Private Partnership minn wara l-elezzjoni ’l hawn? Tista’ tagħti breakdown ta’ kull pagament li sar, lil min sar u meta sar?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk security officers fir-Residenza San Vinċenz de Paul hux qed jagħmlu overtime fis-swali bħal carers jew nursing aides? Jekk iva kemm-il darba għamlu overtime? Dawn il-persuni li qed jagħmlu overtime fis-swali meta ġew trasferiti għal mas-security officers tar-residenza u x’inhu l-grad tagħhom? Fejn kienu qabel?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ħadd mill-ħames ħaddiema li għandhom il-grad ta’ security officer ma rreġistra overtime fis-swali biex jagħmlu xogħol ta’ carers u nursing aides.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każ minn Marzu 2013 ’il hawn fejn mill-kamra mortwarja tar-Residenza San Vinċenz de Paul katavru ttieħed għad-difna u wara rriżulta li kien ittieħdet il-persuna żbaljata? Jekk iva meta seħħ dan il-każ? Laħaq indifen dan il-mejjet? Jekk iva, kemm kien ilu li ndifen? X’ħin ittieħed il-mejjet għad-difna u meta indunaw li kien ittieħdet il-persuna żbaljata għad-difna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ li qed jirreferi għalih l-interpellant gara fit-23 ta’ Marzu li għadda. Fuqu saret investigazzjoni interna biex kienu stabbiliti l-fatti kif graw.
Il-Management il-ġdid tal-isptar ħa l-passi necessarji biex każi bhal dawn ma jkunux ripetuti.