Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz ta’ meals on wheels – applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti bħalissa li qed jistennew is-servizz tal-meals on wheels?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ nies fil-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Meals on Wheels huwa ta’ 212.

Servizz ta’ handyman – applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti li qed jistennew is-servizz tal-handyman? Tista’ tgħid minn fejn huma l-applikanti lokalità b’lokalità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Handyman jammontaw għal 34. Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tal-applikazzjonijiet pendenti skont il-lokalità.

meals on wheels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm anzjani bdew jingħataw is-servizz tal-meals on wheels minn wara l-elezzjoni 'l hawn u minn fejn huma dawn l-anzjani? Meta saret kull applikazzjoni u meta beda jingħata is-servizz, jekk beda jingħata?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

meals on wheels

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-meals on wheels jibdew jissajru fil-kċina tal-Facilità Korettiva ta’ Kordin kif ġie kkwotat li qal is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca fil-laqgħa li kellu mal-Maltese Cross Corps?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tali dikjarazzjoni qatt ma saret mill-Onorevoli Segretarju Parlamentari Dr Franco Mercieca u ma jeżistu ebda pjani biex tibda tintuża l-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex jitħejjew l-ikliet tal-Meals on Wheels.
Leg 12 PQ #4965 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – nies miżmuma fil-labour ward

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 'l hawn, fil-labour ward tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienx hemm pazjenti li kienu l-isptar biex isirilhom jew għax sarilhom endoscopy tal-imsaren u dawn inżammu fil-labour ward u allura nursed mill-istess staff tal-labour ward?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kazi ta’ Day Care jew Day Surgery fl-Isptar Generali ta’ Għawdex jiġu akkomodati fis-swali ġenerali, jiġifieri fil- Female General Ward u fil-Male General Ward, fl-assenza ta’ Day Care Ward f’dan l-istess sptar. Dawn il-każi ma’ jkollhomx bżonn jorqdu l-isptar izda bżonn ta’ żmien qasir li jirkupraw mill-loppju qabel jintbagħtu d-dar. Meta dawn is-swali ġenerali jimtlew bil-pazjenti fis-sodod fil-kuritur, minflok li jitħassru dawn il-proċeduri tant mistennija, il-pazjenti nisa biss kienu qed jiġu akkomodati fil-Gynae Ward. Din kienet miżura temporanja għal perijodu ta’ ftit ġimgħat u meta żdiedu l-infermiera fis-swali, erġajna bdejnna nakkomodaw id-Day Care fis-swali ġenerali. Tant hu bżonnjuz id-DayCare fl-Isptar Generali ta’ Għawdex li dan il-Gvern se jieħu ħsieb li tinfetaħ sala għal dan l-għan bħal ma hemm fl-Isptar Mater Dei. Sakemm dan il-proġett jitlesta, il-pazjenti tad-Day Care qed jiġu akkomodati fis-swali ġenerali.

handyman services

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-handyman services jagħmlux xogħlijiet fil-villeġaturi tal-anzjani jew inkella jekk ix-xogħol isirx biss fir-residenza fejn ikun jew tkun reġistrat/a l-anzjan/a?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li skont il-linja gwida x-xogħol tal-handy man service isir biss fir-resideza fejn ikun irreġistrat l-anzjan/a. Mandankollu d-Dipartiment jevalwa kull talba li ssirlu u jieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanza ta’ kull każ individwali.
Leg 12 PQ #5058 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – top management

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4725, jista’ l-Ministru jgħid min hi l-mentor imsemmija u jgħid eżattament xi tkun qed tagħmel din il-mentor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li Mentor hi persuna li tuża l-ħiliet u l-esperjenza tagħha biex tgħin fl-operat tas-servizz. Din il-Mentor hi wkoll iċ-Chairperson tal-kumitat li jmexxi is-servizz tas-saħħa mentali.
Leg 12 PQ #5059 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – trasferimenti tal-kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4726 u jgħid jekk il-kap eżekuttiv li kien hemm l-Isptar Monte Karmeli ġietx trasferita għall-Isptar Boffa? Jekk iva, x’kien il-mottiv wara dan it-transfer ladarba din il-persuna kienet hi li bniet is-servizzi tas-saħħa mentali fil-Komunità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li CEO li qabel kien jieħu ħsieb l-isptar Monte Karmeli llum hu nkarigat biex jieħu ħsieb is-servizz tas-saħħa mentali fil-komunità.

Day centres – ħaddiema trasferiti

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm saru transfers għad-day u mid-day centres tal-anzjani minn wara l-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Fejn intbagħat kull ħaddiem trasferit?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section - overtime

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm sar overtime xahar b’xahar fl-Entertainment Section tar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull impjegat li għamel l-overtime?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Entertainment Section waqfet topera fl-aħħar ta’ Mejju li għadda. L-uniku ħlasijiet ta’ overtime li saru wara dan il-perjodu kienu xi pagamenti pendenti għal Senior Occupational Therapist. Dawn il-ħlasijiet qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Home help

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati każijiet ta’ home help min wara l-elezzjoni ‘l hawn, skont kull raħal f’ Malta u Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Home help

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati sigħat ta’ home help mill-elezzjoni 'l hawn u jekk bediex jingħata dan is-servizzi u telenka l-informazzjoni skont ir-raħal tal-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Meals on wheels – lista' ta' stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx waiting list għall-meals on wheels? Jekk iva kemm hemm nies fuq il-waiting list?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Taqsima tal-Aħbarijiet — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratt ingħata l-Kap il-ġdid tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS li ismu qed jintbagħat separatament u kemm dan qed jitħallas f'salarju, allowances u perkaċċi oħra? Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna hux se tkun qed titħallas extra għal kull programm li se tkun qed tippreżenta fuq l-istazzjon nazzjonali u jekk iva, għal kemm jammonta dan il-ħlas?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Salarju tal-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS: Grade Basic Salary Allowance / Entitlements Manager News €42,000 Editorial, Performance Bonus, Car, Fuel, Mobile, Internet, TV, Health Insurance Il-ħlas għal produzzjoni u preżentazzjoni tal-programm f’din l-iskeda huwa ta’ €300 għal kull programm.

free education Entitlement

Question

Can the Minister say whether a three year old child who was born in Malta to Nigerian parents who have been living in Malta for the last fourteen years and the mother is a registered nurse and is working with the government as a qualified state registered nurse is entitled to free government schooling?

Response (BARTOLO, EVARIST)

I am informed that non-European Union residents in possession of a long-term resident permit are granted free government schooling but regulations state that they have to apply for an exemption from fees each year.

permanent residence entitlement

Question

Can the Minister say whether a Nigerian person who has been living in Malta for the last fourteen years and working as a staff nurse with the government services for the last five years and with a valid visa is entitled to permanent residence?

Response (MALLIA, EMANUEL)

With reference to Parliamentary Question number 4905, the person mentioned in the Parliamentary Question qualifies for permanent residence in Malta if he satisfies the conditions stipulated in subsidiary etc ... The mentioned regulations are implemented by the Director of the Department for Citizenship and Expatriate. It is suggested that the person concerned contacts the mentioned Department for further information.
Leg 12 PQ #4728 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – CEO ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'se jkun ir-rwol tas-CEO (jew, jekk mhux bin-nomenklatura ta’ CEO, b’xi nomenkaltura oħra li ngħatatlu) il-ġdid tal-Isptar Monte Karmeli? Veru li dan se jkollu permess jibqa’ għaddej bix-xogħol privat tiegħu ta’ avukat? Għandu esperjenza ta’ xogħol fi sptarijiet jew fil-qasam tas-saħħa mentali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tinsab f’mistoqsija Parlamentari numru 4725.

supply kindergatren assistants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-supply kindergatren assistants li għamlu l-interview f'Lulju 2013 u li r-riżultat ħareġ f'Stettembru 2013 hux se jiddaħħlu jaħdmu? Jekk iva hemm ħsieb meta bejn wieħed u ieħor?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-proċessi tal-għażla għal supply isiru sabiex id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jkollu waiting list li minnha jkun jista’ jsejjaħ jekk tinħoloq vakanza li ma tistax timtela’ minn applikanti li jkollhom il-kwalifika biex isiru Kindergarten Assistants II. S’issa m’hemmx vakanzi għal Supply Kindergarten Assistants.

PBS – ħlasijiet lil persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas salarju mill-PBS il-persuna li d-detalji dwarha qed jintbagħtu separatament , kemm qed titħallas extra għal kull programm TVAM li qed tippreżenta kull filgħodu u x'allowances u perkaċċi oħra hija intitolata għalihom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-preżentatrici ta’ TVAM li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament, għandha salarju ta’ €21,000 fis-sena, €2,000 allowance kif ukoll titħallas €60 għal kull programm ta' TVAM..