B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5058, jista’ l-Ministru jgħid min hi din il-mentor?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Mentor hi persuna ta’ ħila u esperjenza. Hija persuna li qabel kienet Direttur fil-qasam tal-anzjani u li bħallisa tokkupa l-pozizjoni ta’chairperson tal-grupp tat-tmexxija.
B’referenza għall-ilmenti li qed jaslu dwar il-kwalità ta’ diesel li hawn bħalissa li qed jikkaġuna diversi ħsarat fil-pompi tal-karozzi li jaħdmu bid-diesel, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta wasluliex dawn l-ilmenti? Jekk iva, x’passi ħadet? Saru testijiet u, jekk fl-affermattiv, f’liema laboratorji saru u meta saru dawn it-testijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta waslulha lmenti dwar il-kwalita’ tad-diesel. Saru testijiet fuq kampjuni ta’ diesel meħuda mill-bowsers qabel ma marru fil-petrol stations. Ir-riżultat ikkonferma li d-diesel kien skont l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej.
Dawn it-testijiet saru mill-kumpanija
Inspectorate
fil-11 t’Ottubru 2013.
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li għandha żewġt itfal, ilha sitt xhur ma tieħu ċ-children’s allowance? Billi kull meta ċċempel jgħidulha li qegħdin jaħdmu l-każ tagħha, tista’ tara li din il-persuna tirċievi l-allowance?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jara għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li hu Taljan miżżewweġ Maltija u li ilu Malta aktar minn sena, ilu żmien jistenna l-karta tal-identità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern, mill-bidu ta’ Jannar 2013 m’għadux joħroġ karti tal-identità lill-barranin. Li joħroġ id-Dipartiment huwa dokument ta’ residenza li jista’ jservi ukoll bħala dokument ta’ identifikazzjoni.
L-individwu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien ġie infurmat mid-Dipartiment f’Awwissu 2013 permezz ta’ ittra li jista’ joqgħod u jaħdem Malta. Din il-persuna għandha tikkuntattja lid-Direttur tad-Dipartiment biex isiru l-arranġamenti ħalli jinħariġlu d-dokument ta’ residenza.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-programm li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien beda jixxandar fuq il-Public Broadcasting Services twaqqaf ħesrem wara l-ewwel programm? Vera li kien hemm oġġezzjoni fuq il-kontenut tal-programm u jekk iva, minn min kien hemm oġġezzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Dan m’huwiex l-ewwel u l-aħħar programm li twaqqaf mill-PBS. Il-bordijiet u l-management tal-PBS jkunu qed isegwu l-programmi mxandra kontinwament, u għaldaqsant dawn jintervjenu skont il-ħtiega.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5126 u tagħti lista aġġornata ta' persuni li qed jagħtu konsulenza fil-Ministeru tagħha u kemm qed jitħallsu f'paga, allowances u perkaċċi oħra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4962 u tgħid jekk hemmx lista ta’ stennija għall-meals on wheels? Jekk iva kemm hemm nies fuq il-lista ta’ stennija?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għall-mistoqsija Parlamentari 5092 f’seduta 66.
B’referenza għall-qtates u klieb li nstabu msallba f’dawn l-aħħar sentejn fil-Mosta, ġie stabbilit jekk dawn l-annimali ssalbux waqt li kienu għadhom ħajjin? Jista’ jaċċerta li l-Pulizija qed jagħmlu minn kollox biex isolvu dan il-każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Naċċerta lill-Onorevoli Membru illi l-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni meħtiega sabiex isir magħruf kull minn hu involut f’dawn ir-reati u jitressaq quddiem il-Qorti skont il-ligi. Però ma nħossx illi f’dan l-istadju ta’ l-investigazzjoni għandu jingħata tagħrif aktar dettaljat.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2000 sal-lum il-Pulizija kemm irċeviet rapporti jew ġiet mitluba tinvestiga jew investigat fuq inizjattiva tagħha, każijiet ta’ moħqrija fuq annimali? Kemm kienu l-każijiet li ssolvew u kemm minnhom tressqu l-Qorti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tal-Anzjani – trasferiment ta’ social assistants
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk mill-elezzjoni ’l hawn ġewx trasferiti social assistants li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tal-Anzjani? Jekk iva, tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn it-trasferimenti? Tista’ tgħid ukoll jew dawn talbux huma dan it-trasferiment?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 'l hawn telqux social workers mill-Isptar Monte Karmeli? Jekk iva, rreżenjaw? Dawn ġew trasferiti x'inkien ieħor?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5091, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuna waħda, jew bord,bħala punt ta’ referenza sabiex isir kordinament tat-talbiet li jidħlu minn individwi jew timijiet multi-dixxiplinarji?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemmx persuna jew bord, iżda kif diġà ngħad timijiet multi-dixxiplinarji li huma magħmula minn speċjalisti fil-qasam tal-anzjani, occupational therapists, fiżjoterapisti, infermieri, social assitants u ħaddiema soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ moħqrija fuq l-annimali lill-Pulizija f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm tressqu nies il-Qorti fuq l-istess akkużi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif gej:
2009
2010
2011
2012
2013
Rapporti dwar mohqrija ta’ annimali
108
94
98
104
59
Persuni mressq l-Qorti
20
16
19
13
10
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4957 u tgħid kemm saru transfers għad-day u mid-day centres tal-anzjani minn wara l-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Fejn intbagħat kull ħaddiem trasferit?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section - overtime
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4959, tista’ l-Ministru tgħid kemm sar overtime xahar b’xahar minn kull ħaddiem fl-Active Ageing Section (dik li qabel kienet l-Entertainment Section) tar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-elezzjoni ’l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull impjegat li għamel l-overtime?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4960 u tgħid kemm ġew approvati każijiet ta’ home help min wara l-elezzjoni ’l hawn, skont kull raħal f’ Malta u Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4961 u tgħid kemm ġew approvati sigħat ta’ home help mill-elezzjoni 'l hawn u jekk bediex jingħata dan is-servizzi u telenka l-informazzjoni skont ir-raħal tal-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ sigħat ta’ home help li ġew approvati mill-elezzjoni ‘l hawn u beda jingħata s-servizz jammonta għal 396 siegħa. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sigħat allokati skont il-lokalità.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux site visits f’dawk id-djar tal-anzjani li wrew l-interess li jipprovdu sodod għall-anzjani wara l-expression of interest li nħarġet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom ma saru ebda żjarat f’djar tal-anzjani li wrew interess li jipprovdu sodod għall-anzjani wara li nħarġet l-espressjoni ta’ interess.