Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6221 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diretturi tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se joħroġ ir-riżultat ta’ direttur tal-anzjani wara l-intervisti li saru xhur ilu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għandi ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-eżitu tal-proċess tal-għażla għal karigi ta’ Direttur ma joħroġx fil-forma ta’ riżultat iżda jiġi ikkomunikat direttament lill-applikanti. Fil-każ tal-kariga li inti irreferejt għaliha, il-process ghadu ghaddej u l-eżitu jiġi kkomunikat fil-ġimgħat li ġejjin.

Djar tal-Anzjan — privatizzazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux vera li l-Gvern bi ħsiebu jipprivatizza d-djar tal-anzjani? Jekk iva, liema djar bi ħsiebu jipprivatizza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-djar tal-anzjani ilhom żmien mhux ħażin li bdew jiġu pprivatizzati u dan taħt amministrazzjoni li kien jagħmel parti minnha l-istess Interpellant. Dan il-Gvern jemmen li f’dan il-qasam fadal spazju biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mas-settur privat fuq livelli differenti.
Leg 12 PQ #6226 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

milk of magnesia

Question

Jista' l-Minsitru jikkonferma jekk il-milk of magnesia ġiex irtirat mis-suq?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-CPSU jixtri ‘magnesium hydroxide mixture’ però mhux tad-ditta ‘milk of magnesia’ .

Servizz ta' Home Help

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help? Kemm ra każijiet ġodda l-bord minn wara l-elezzjoni 'l hawn u kemm minnhom ingħataw is-servizz? Kemm ġew miċħuda is-servizz?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet Parlamentari numri 5292 u 5094.

meals on wheels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm anzjani bdew jingħataw is-servizz tal-meals on wheels minn wara l-elezzjoni 'l hawn u minn fejn huma dawn l-anzjani? Meta saret kull applikazzjoni u meta beda jingħata is-servizz, jekk beda jingħata?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta’ home help – applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti bħalissa li qed jistennew is-servizz tal-home help? Minn liema lokalità huma l-applikanti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta’ home help – żieda fil-ħin tas-servizz

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li diġà qed jieħdu s-servizz tal-home help u li għandhom applikazzjoni pendenti biex iżidu s-sigħat ta’ servizzi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ benefiċċjari li għandhom applikazzjoni pendenti biex iżidu s-sigħat ta’ servizz huwa ta’ 147.

Servizz ta’ meals on wheels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm klijenti ġodda ngħataw is-servizz tal-Meals on Wheels minn wara l-elezzjoni ’l hawn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. interpellant li minn wara l-elezzjoni ‘l hawn kien hemm 114-il klijent/a ġdida li ngħataw is-servizz tal-Meals on Wheels.

Day centres – transfers ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4957 u tgħid kemm saru transfers għad-day u mid-day centres tal-anzjani minn wara l-elezzjoni 'l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull ħaddiem li nħariġlu transfer? Fejn intbagħat kull ħaddiem trasferit?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section - overtime

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4959, tista’ l-Ministru tgħid kemm sar overtime xahar b’xahar minn kull ħaddiem fl-Active Ageing Section (dik li qabel kienet l-Entertainment Section) tar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-elezzjoni ’l hawn? X’inhu l-grad ta’ kull impjegat li għamel l-overtime?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Anzjani – trasferiment ta’ social assistants

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk mill-elezzjoni ’l hawn ġewx trasferiti social assistants li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tal-Anzjani? Jekk iva, tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn it-trasferimenti? Tista’ tgħid ukoll jew dawn talbux huma dan it-trasferiment?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva – ingaġġ ta’ persuni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u tagħti lista aġġornata ta’ persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva? Kemm minnhom ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati fis-segretarjat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Informata li tmienja minnhom ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku.

Residenza San Vinċenz de Paul – ħlas lill-membri tal-kumitat tat-tmexxija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu l-membri tal-kumitat tat-tmexxija li twaqqaf għar-Residenza San Vinċenz de Paul? X’perkaċċi u allowances għandhom kull wieħed mill-persuni maħtura fuq dan il-kumitat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul — audit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-audit li kellu jsir fir-Residenza San Vinċenz de Paul sarx?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audit li kellu jsir fir-Residenza San Vinċenz de Paul sar.

Residenza San Vinċenz de Paul — trained carers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew trained carers minn Marzu 2013 sal-lum fil-kors li jsir fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors li beda f’Marzu li għadda spiċċa f’Ġunju u tterminawh b’suċċess 38 persuna. Bħalissa għaddej kors ieħor li beda f’Settembru 2013 u hemm 48 student/a. Dan il-kors jiġi fi tmiemu f’Diċembru 2013.

Residenza San Vinċenz de Paul – rapporti dwar abbuż fuq anzjani

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5135 u tgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani tul din is-sena xahar b’xahar fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba. Informata li numru ta’ każijiet ġew investigati internament waqt li oħrajn ġiet involuta fihom il-Pulizija.

Xiri ta’ sodod għall-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-ħlas dovut (anki jekk għadu mhux imħallas) ta' sodod għall-anzjani mixtrija bl-iskema ta' public private partnership bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012 u l-ħlas dovut (anki jekk mhux imħallas) bejn Jannar 2013 u Ottubru 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas bejn Jannar u Ottubru 2012 kien jammonta għal €4,122,135.23 waqt li l-ħlas dovut bejn Jannar u Ottubru 2013 kien jammonta għal €4,874,996.75. Dan l-ammont ma jinkludix il-pagamenti ta’ tlett idjar għax-xahar ta’ Ottubru peress li l-invoices għadhom ma ntbagħtux.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5127 u tagħti lista aġġornata tal-persuni li għandha jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Kemm minn dawn ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati mal-Ministeru?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva – ingaġġ ta’ persuni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u tagħti lista aġġornata ta’ persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva? Kemm minnhom ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati fis-segretarjat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Wied il-Għajn — Park tal-Familja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dam magħluq il-park tal-familja f’Wied il-Għajn irċeviex xi korrispondenza biex jinfetaħ dan il-park mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, tal-Fgura u ta’ Wied il-Għajn? Jekk iva, jista’ jqiegħed din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjalment l-ebda kunsill minn dawk indikati m’għamel kuntatt miegħi.