Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Active Ageing Unit (qabel magħruf bħala Entertainment Section) fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-ittra datata l-1 ta’ Lulju 2014 mibgħuta mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk it-tifel ta’ din il-persuna li hu ġuvni u jgħix m’ommu, ikollux dritt jibqa’ jgħix f’din id-dar jekk tiġi nieqsa ommu u dan fid-dawl li fl-istess ittra qed jingħad li d-dipartiment qed jirrikonoxxi biss lill-persuna li ġiet mibgħuta l-ittra, bħala inkwilina?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tifel tal-persuna li d-dettalja tagħha ngħataw separatament, ikollu d-dritt li jiġi rikonoxxut fil-kirja u jibqa’ jgħix f’din id-dar jekk tiġi nieqsa ommu, kemm-il darba jissodisfa wieħed mill-provedimenti tal-Artiklu 1531F tal-Kodiċi Ċivili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ abbuż fuq anzjani ġie investigat mill-pulizja tul is-snin, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2014? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ jagħti d-dettalji sena b’sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jinġabar it-tagħrif hekk kif mitlub jeħtieġ ammont sostanzjali ta' ħin. Għaldaqstant id-dettalji se jinġabru u t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Sptar Monte Karmeli – psikologi, social workers u nurses – leave fit-tul/riżenji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw jew ħarġu fuq leave fit-tul psikologi, social workers u nurses li jaħdmu fl-Isptar Monte Karmeli jew fis-servizzi tal-Komunità għas-Saħħa Mentali tul l-2013 u l-2014 xahar b’xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fl-2103 kien hemm: community psychologist, tliet (3) staff nerses; erba’ (4) community social workers u social worker filwaqt li fl-2014 kien hemm staff ners u social worker li rriżenjaw mill-Isptar Monte Karmeli jew mis-servizzi tal-Komunità għas-Saħħa Mentali. Ma kien hemm ebda psikologi, social workers jew nerses li ħarġu b’leave fit-tul.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule jew djar tal-anzjani xahar b’xahar tul l-2013? Kemm minnhom daħlu mill-Isptar Mater Dei jew Karen Grech u kemm minnhom daħlu direttament mill-komunità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Can the Hon. Minister state what are the requirements for an American Citizen who is married to a Maltese and living in Malta in order to obtain her Maltese citizenship?
Response (MALLIA, EMANUEL)
In accordance with article 6(1) of the Maltese Citizenship Act (Cap 188), the person concerned has the right to be registered as citizen of Malta if:
- on the date of application s/he would still be married to the said citizen of Malta;
- had been married for at least five years after the celebration of marriage or if on the date of application s/he is separated de jure or de facto had lived with his/her spouse for at least five years after marriage; and
- the Minister responsible for citizenship matters is satisfied that the grant of citizenship is not contrary to the public interest
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet il-pulizija dwar tip ta’ bomba li qed tinbiegħ lit-tfal fil-festi? Din it-tip ta’ bomba (magħrufa bħala bomba safra) hija legali li tinbiegħ over the counter inkluż lit-tfal?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li prassi fil-pulizija hi, li dawk l’uffiċċjali li jkunu xogħol f’lokalitajiet fejn ikun qed jiġu ċċelebrati il-festi, jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun qed isir bejgħ ta’ oġġettti relatati maċ-ċelebrazzjonijiet, biex jiġi żgurat li ħadd ma jkun qiegħed ibiegħ lill xi persuni jew jesponi għal bejgħ xi splussiv, bi ksur tal-provedimenti tal-Ordinanza dwar l-Esplosivi, Kap 33. Il-Pulizija reggħu ġew notifikati, biex waqt il-festi dawn l-ispezzjonijiet ikomplu u jittieħdu passi kollha jekk jinstab xi materjal illegali.
Residenza San Vinċenz de Paule – pubblikazzjoni tal-ktieb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-pubblikazzjoni tal-ktieb li nħareġ meta ġie introdott l-menu l-ġdid fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm saru kopji tiegħu? Fejn ġie printed?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstat it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati fiċ-ċentru tat-Telecare minn anzjani li talbu għal xi għajnuna tul l-2013 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2014 daħlu 229585 telefonata fiċ-Ċentru tat-Telecare minn anzjani li talbu għal xi għajnuna.
It-telefontai huma maqsuma hekk :
2013: 149262
2014 (sal-aħħar ta’ Ġunju): 80323
Servizz ta’ home help – lista ta’ nies li qed jużaw is-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ nies li qegħdin jieħdu home help u għalkemm-il siegħa jammontaw b'mod totali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li qegħdin jieħdu s-Servizz tal-Home Help hu kif ġej :
Households
jieħdu s-servizz: 2,755
Benefiċjarji: 3,737
Siegħat fil-ġimgħa: 7,162
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi ta’ għajnuna permezz tal-Awtorità tad-Djar jew xi entità oħra, sabiex familji jbiddlu l-aperturi tar-residenza tagħhom biex jippreservaw l-enerġija (eż. twieqi double glazed eċċ..)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar preżentament m’għandhiex skema fejn tingħata għajnuna finanzjarja lill-familji sabiex ikunu jistgħu jbiddlu l-aperturi tar-residenza għall-preservazzjoni tal-enerġija. Madanakollu l-Awtorità tad-Djar tissussidja xogħol relatat ma’ bdil ta’ aperturi sabiex il-proprjetajiet jilħqu livell ta’ standard aċċettabli. F’każ li l-aperturi jkollhom bżonn jinbidlu u r-residenti jagħzlu li jinstallaw aperturi double glazed, allura l-Awtorità tad-Djar tissussidja skont ir-rati stabbiliti minnha. Ta’ min jgħid ukoll li f’kull proġett mibni mill-Awtorità tad-Djar l-aperturi li jiġu nstallati jkunu kollha double glazed.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm raw nies il-Crisis Intervention Team fis-sena 2013 u din is-sena u jagħti break down xahar b'xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Crisis Team raw total ta’( seba’ mija w wieħed ) 701 persuna fit-2013 u total ta’ ( mija w sbatax ) 117 f’din is-sena 2014 minn Jannar sa Marzu.
Dettalji għal kull xahar jidhru fit-tabella.
2013
Jannar
52
Frar
54
Marzu
50
April
57
Mejju
63
Gunju
67
Lulju
77
Awissu
68
Settembru
66
Ottobru
63
Novembru
41
Dicembru
43
Total
701
2014
Jannar
53
Frar
33
Marzu
31
Total
117
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar li sar ħlas permezz ta’ voucher mill-Good Neighbourhood Scheme (ekwivalenti għall-150 electricity units) lilkull resident (madwar 7,000 resident) ta’ madwar 3,000 familja li joqogħdu madwar 1.5Km (radius) miċ-Ċentru Sant’ Antnin? Meta hu maħsub li se jsir il-ħlas li jmiss?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-iskema inkwistjoni tnehdiet fl-aħħar tal-2012 u l-vouchers għas-sena 2013 ħarġu bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013 peress li dawn joħorġu bil-quddiem. Dan il-Gvern appoġġja din l-iskema u fil-fatt aktar kmieni din is-sena awtorizza li din titkompla. Iżda peress li kif inhu magħruf min kullħadd il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ser jorħsu b’effett mill-1 ta’ April 2014 ġie deċiż li l-pagament għas-sena 2014 jinqasam fi tnejn. L-ewwel wieħed ikun ikopri l-perjodu Jannar sa Marzu u li l-pagament tiegħu ser isir fil-futur qrib. It-tieni pagament li jkun għall-perjodu April sa Diċembru jkun ikkalkulat hekk kif jitħabru r-rati l-ġodda tad-dawl u l-ħlas isir fil-ġimgħat sussegwenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk konsegwenza tal-ħażna tal-gass fuq vapur fil-port ta’ Marsaxlokk hux se taffetwa xi kamra jew kmamar tan-nar liċenzjati li hemm fil-viċinanzi? Dawn se jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu anki meta jkun hemm din il-ħażna ta’ gass?