Legislature:
Category:
Reset
Active:

Azzjonijiet kontra zoo illegali

Question

B’referenza għar-rapporti li dehru fil-media, fosthom fis-Sunday Times tal-Ħadd, 18 ta’ Jannar 2015 f’paġna 11 dwar zoo illegali fil-kumpless Monte Cristo fejn qed jinżammu għadd ta’ annimali kbar eżotiċi li mhux qed jgħixu fl-abitat naturali tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija baqgħet ma ħaditx passi legali u dan meta qed jiġi rrappurtat li f'April tas-sena l-oħra, is-servizzi veterinarji kienu diġà kitbu lill-Kummissarju tal-Pulizija u talbuh jieħu passi legali kontra s-sid ta’ dan iż-zoo illegali? Jista’ jgħid għalfejn il-pulizija ma ħaditx passi u fil-fatt qed jiġi rrappurtat li l-annimali żdiedu mhux naqsu, tant li f’Ottubru li għadda żdiedu aktar annimali eżotiċi fosthom żewġ tigri u panda? Qed issir jew saret investigazzjoni kif dawn l-annimali eżotiċi qed jidħlu Malta? Jista’ l-Ministru jekk jogħġbu jwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittra sabiex il-Pulizija tipproċedi kontra s-sid ta’ dan iz-zoo intbgħatet mis-servizz veterinarju fit-18 ta' Lulju 2014 u mhux kif qed jingħad f'April tal-2014. Kien hemm taħdidiet bejn il-Pulizija u s-Servizzi Veterinarji dwar il-każ. Il-Pulizija minn naħa tagħha bdiet tindaga dan il-każ mill-ewwel. Minn naħa tas-servizz veterinarji dejjem ġie ssuġerit li jkun magħruf ir-riżultat finali mill-laqgħat li kienu qed isiru bejn is-servizz veterinaru u s-sid, qabel tittieħed xi azzjoni. Issa li l-Pulizija għandha l-konferma ser tipproċedi.

Residenza San Vinċenz de Paul – każijiet ta’ scabies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irrappurtati każijiet ta’ scabies fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn April 2013 sal-lum? Jekk iva, f’liema swali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħta f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – każijiet ta’ scabies

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-istaff tad-day clinic fir-Residenza San Vinċenz de Paul qed jingħataw trattament forma ta’ cream għall-iscabies? Jikkonferma li dawn l-istaff setgħu ġew f’kuntatt ma’ każ ta’ scabies, u jekk iva, meta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħta f’seduta oħra.

Wied il-Għajn — Taħdidiet dwar żvilupp ta’ grawnd tal-futbol

Question

B’referenza għall-artiklu fil-ġurnal The Times (Tenders for Family Park Comercialisation), jista’ l-Ministru jindika fiex waslu t-taħditiet bejn il-Gvern u Marsaskala FC dwar l-iżvliupp ta’ grawnd tal-futbol li jservi lill-komunità ta’ Wied il-Għajn?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-art fejn potenzjalment tista’ tintuża għall-proġett imsemmi kienet ġiet irranġata b’fondi Ewropej. Bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni mal-Ministeru responsabbli mill-Fondi Ewropej, sabiex wieħed jara jekk il-proġett jistax jitkompla f’dan l-istadju u kif l-aħjar li dan isir.

KMS – nursery tal-futbol f’Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) hux informat li tfal li jattendu n-nursery tal-futbol ta’ Wied il-Għajn qed jitħarrġu f’faċilitajiet li ma jesgħux id-domanda meħtieġa u f’kundizzjonijiet limitati ta’ spazju u faċilitajiet oħra? Jista’ jindika x’passi qed jittieħdu mis-Segretarjat Parlamentari għall-Isport sabiex tinsab soluzzjoni għad-domanda kbira għall-faċilità ta’ taħriġ tal-futbol f’Wied il-Għajn u l-limitazzjoni ta’ spazju eżistenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-segretarjat Parlamentari ltaqa’ ma’ uffiċjali ta’ Marsascala FC numru ta’ drabi u ddiskuta magħhom diversi possibiltajiet sabiex f’Wied il-Għajn ikun hemm faċilitajiet li jaqdu l-bżonnijiet tal-klabb tal-futbol.

Wied il-Għajn – bini ta’ skola ġdida – faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’faċilitajiet sportivi se jiġu inklużi fil-bini tal-iskola l-ġdida ta’ Wied il-Għajn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada bħalissa qegħda fi stadju fejn għadhom qegħdin isiru d-diskussjonijiet f'dan ir-rigward.
Leg 12 PQ #12596 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn – pjan lokali ta’ żvilupp – faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-MEPA għadhiex tħaddem il-Pjan Lokali ta’ żvilupp rigward Wied il-Għajn u dan fis-sens li għandhom isiru faċilitajiet sportivi ġodda ma’ dawk eżistenti fil-ponta taż-Żonqor u x’ħidma qiegħda ssir f’dan ir-rigward?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Pjan Lokali ghan-Nofsinnhar ta’ Malta jibqa viggenti sakemm jinbidel, permezz ta’ tibdil fil-pjan lokali, jew, tibdil permezz ta’ policy sussidjarja relevanti.
Leg 12 PQ #12428 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Dar Sant'Anna — dħul ta' anzjani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12091, jista' l-Ministru jgħid kemm anzjani jistennew biex jidħlu f'Dar Sant'Anna f'Għawdex u kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu fit-taqsima tal-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li jintuzaw biex jintagħżlu l-anzjani li jidħlu f'dawn it-taqsimiet u min jiddeċiedi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li hemm 10 pazjenti nisa fl-acute wards u 3 pazjenti oħra nisa outpatients jistennew biex jidħlu fir-Residenza Sant’Anna. Il-kriterji li jintużaw fl-għażla tal-anzjani biex jidħlu f’dawn it-taqsimiet huma deċiżi mis- senior management tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u huwa fuq bażi ta’ min jinsab l-ewwel fuq il- waiting list .

San Vinċenz de Paule — menu

Question

jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11970 u jgħid kemm kienet tiswa kull ikla ta' kull resident f'San Vinċenz de Paule; a) qabel sar il-menu l-ġdid f'Marzu 2014 b) meta ġie ntrodott il-menu l-ġdid f'Marzu 2014 fi żmien l-ex Segretarju Parlamentari c) wara li l-ikel ingħata l-kuntrattur privat? Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jwuieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #12430 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – anzjani fid-Dar Sant’Anna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12090 jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm anzjani fid-Dar Sant'Anna f'Għawdex? Jista' jgħid kemm hemm anzjani fit-taqsima tal-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fir-Residenza Sant’Anna f’Għawdex hemm 81 pazjenti nisa filwaqt li fit-Taqsima Rġiel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hemm 25 pazjenti rġiel u 12 –il pazjenta mara .

Għawdex – anzjani fid-Dar Sant’Anna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fid-Dar Sant’Anna f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani fit-taqsima tal-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm Dar Sant’ Anna kif ukoll l-anzjanli li hemm fl-isptar Ġenerali t’Għawdex ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan il-Ministeru.

Għawdex – Dar Sant’Anna – dħul ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f’Dar Sant’Anna f’Għawdex u kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu fit-taqsima tal-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li jintużaw biex jintgħażlu l-anzjani li jidħlu f’dawn it-taqsimiet u min jiddeċiedi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta moghtija ghall-mistoqsija parlamentari 12090.

Qasam tal-Kura tal-anzjani u persuni b’diżabilità — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-qasam tal-kura tal-anzjani u persuni b'diżabilità kemm ġew impjegati ħaddiema u professjonisti f'kull kategorija minn April 2013 sal-aħħar ta’ Ottubru 2014?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Qasam tal-Kura tal-anzjani u persuni b’diżabilità — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħaddiema li ġew impjegati, inkluż professjonisti, minn April 2013 sal-aħħar ta’ Ottubru 2014 fil-qasam tal-anzjani jew persuni b'diżabilità ġewx impjegati wara sejħa pubblika?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

San Vinċenz de Paule – anzjana bid-dimenzja misjuba l-Fgura

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma storja li dehret fil-media li pazjenta/anzjana bid-dimenzja spiċċat minn San Vinċenz de Paule ġo vann iddur mitlufa l-Fgura? Jekk iva, meta ġara l-każ? Saret inkjesta fuq dan il-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Night Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11338 u jgħid xi pjanijiet għandu għal night shelters?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li għatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11999

Residenza San Vinċenz de Paul — Każijiet ta’ abbuż fuq anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11326 u jgħid kemm ġew rapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul tul is-snin 2013 u 2014 sal-lum? X’tip ta’ abbuż kien (psikoloġiku, sesswali, finanzjarju, fiżiku, eċċ.)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-snin 2013 u 2014 sallum ġew rrapportati 47 każ t’abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule, kif indikat fit-tabella hawn taħt: Każi ta’ Suspett ta’ Abbuż: Tip20132014 Finanzjarju1212 Emożżjonali / Psikoloġiku65 Fiżiku62 Neglect – Nuqqas ta’ Kura11 Sesswali20 Total2720

Latrini Pubbliċi — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11754 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jgħaddi t-tindif u l-kura tal-latrini pubbliċi lil kuntrattur privat? Jekk iva, ħarġet tender jew għadha se toħroġ tender?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda ħsieb li l-latrini pubbliċi li t-tindif tagħhom huwa fir-responsabbilta’ tad-Direttorat għat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, jgħaddu f’idejn ir-responsabbilta’ ta’ kuntrattur privat. Bħalissa qed isir studju sabiex jiġi evalwat, kif dawn il-latrini pubbliċi jistgħu jiġu upgraded u effettivament jingħata servizz aħjar lill-pubbliku.

Residenza San Vinċenz de Paul – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11328 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul din l-aħħar sena? Jista’ jagħti lista ta’ f’liema gradi ġew ingaġġati u x’inhi l-paga tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Servizz ta’ homehelp ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11331 u jgħid kemm persuni ngħataw servizz ġdid ta’ homehelp minn April 2013 sal-lum u f’liema lokalitajiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April sa Diċembru 2013 ġie approvat 293 servizz ġdid ta’ HomeHelp filwaqt li minn Jannar 2014 sal-21 t’Ottubru 2014 ġie approvat 270 servizz ġdid Il-lokalitajiet huma kif indikat fuq it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.