Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-istaff complement tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tiegħu, x'inhu l-grad ta’ kull persuna, ġewx ingaġġati persuni minn barra s-Servizz Pubbliku jew kenux diġà fis-Servizz Pubbliku u jekk ma kenux fis-Servizz Pubbliku hemmx minnhom li issa ġew ingaġġati fis-Servizz Pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Privat tiegħi u dak tas-Segretarjat Parlamentari huma stabbiliti fil-parametri li jipprovdi għalihom id-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li kopja tiegħu diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31737 jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il-benefiċċji, sussidji jew privileġġi li tgawdi r-Ryanair meta mqabbla mal-Air Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi aktar informazzjoni milli ġja’ ngħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 31737, hija waħda altament kummerċjalment sensittiva u li jekk tingħata tkun qed tippreġudika lis-settur turistiku Malti u Għawdxi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-low cost airline Ryanair igawdiex minn xi sussidju jew benefiċċji vis-à-vis mal-Air Malta jew mingħand il-Gvern jew mill-Malta International Airport bħal ħlas irħas għall-użu tal-Ajruport Malti? Bħala kumpanija, ir-Ryanair tgawdi minn xi benefiċċji sussidju jew privileġi oħra li ma tgawdhiex minnhom l-Air Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-informazzjoni li qed jitlob, inżammu l-istess prattiċi adottatti mill-amministrazzjoni preċedenti.
Żejtun – Triq John Borg – ilma tax-xita li jinġabar
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jara jsibx soluzzjoni għall-ammont ta’ ilma tax-xita li qed jinġabar kull meta tkun xita qalila u jinġabar il-wied fi Triq John Borg iż-Żejtun eżatt ħdejn ir-razzett li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bil-konsegwenza li qed jidħol l-ilma ġewwa d-djar tar-residenti u l-wied qed jagħmel ħsara kbira lir-raba’ u xi drabi anke lill-annimali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser ngħaddi din it-talba lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura biex janalizza s-sitwazzjoni tal-ilma tax-xita fit-triq imsemmija u jagħmel rapport b'rakkomandazzjonijiet.
Jista’ l Ministru jgħid min hu t-tieni paediatric surgeon li ġie impjegat wara li l-Onor. Fearne ingħata kariga ta’ Segretarju Parlamentari u issa Ministru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- Paediatric Surgeon li ġie impjegat wara li ingħatajt il-kariga ta’ Segretarju Parlamentari kien Mr. Choudry.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-jiem li għaddew minħabba li l-paediatric surgeon li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien bis-sick leave, l-isptar kien qed jiġi covered biss minn Senior Registrar (Peadiatric Surgery)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ndikat minnu l-isptar Mater Dei kellu Acting Consultant Paediatric Surgeon ieħor minbarra l-Consultant Paediatric Surgeon imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li nhar il-Ħadd 5 ta' Frar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, l-uniku Paediatric Surgeon li hemm Mater Dei kellu jiddaħħal mis-sick leave biex jopera, għax mhux vera hemm it-tieni Paediatric Surgeon?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-professjonist imsemmi minnu intalab jintervjeni għaliex f’dak il-każ partikolari kien jirrikjedi l-intervent speċifiku tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-differenza bejn person of trust u position of trust, peress li f’mistoqsijiet preċedenti jisemmew kemm persons of trust kif ukoll position of trust f’diversi Ministeri? Hemm massimu kemm Ministru jista’ jkollu persons of trust u position of trust?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Person of trust ikun persuna li mhux impjegat mal-Gvern direttament, li jkun fuq kuntratt indefinit u l-kuntratt tiegħu jista’ jintemm ma’ xi bidla relevanti.
Position of trust huma impjegati tal-Gvern direttament jew tas-settur pubbliku li jingħataw pozizzjoni ta’ fiducja li tkun differenti mill-grad sostantiv tagħhom. Il-kuntratt ikun definit u jintemm ma’ kull bidla relevanti.
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-manwali relatati li t-tnejn li huma tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara għaliex mhemmx sticks taz-zokkor fid-Dar tal-Anzjani ż-Żejtun tant li l-anzjani qed jintalbu jieklu qabel ma jagħtuhom l-insulina għax l-istaff m'għandhomx mod kif ikunu jafu kemm hu l-blood glucose tal-anzjani sabiex jirregolaw l-insulina?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-dar tal-Anzjani taż-Żejtun tirċievi l-provvista ta’ sticks taz-zokkor mid-dipartiment tal- MMMU ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule.
Jista’ l-Ministru jinvestiga dak li tlabt fil-mistoqsija parlamentari 29387 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Deputy Nursing Officers li laħqu tul is-sena 2012?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29387 filwaqt li nitlobu jispeċifika x’investigazzjoni qed jirreferi għaliha.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 29346 u jgħid kemm kienet in-nefqa biex jiġi mixgħul il-Palazz fil-Belt Valletta għall-Presidenza u biex saret kamra għall-ġurnalisti? Jekk ingħataw direct orders għal dan ix-xogħol lil min ingħataw u kemm kienet tammonta kull direct order?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-proġett biex jiġi mixgħul il-Palazz fil-Belt Valletta kien marbut ma’ proġett relatat mat-turiżmu (ERDF403 - Enriching Valletta's touristic and cultural offer - Restoration of Timber ceiling at the Sacra Infermeria, Grand Master's Palace Courtyards and Facade adjacent to Archbishop Street and the Embellishment of Castille Square) ffinanzjat mill-fondi tal-EU. Ix-xogħol msemmi ġie jiswa 190,563 .51 ewros u sar wara li ħarġet sejħa għall-offerti mill-GHRC . Ix-xogħol ngħata lic cheapest compliant bidder.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29342.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa biex jiġi mixgħul il-Palazz fil-Belt Valletta għall-Presidenza u biex saret kamra għall-ġurnalisti? Jekk ingħataw direct orders għal dan ix-xogħol lil min ingħataw u kemm kienet tammonta kull direct order ?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kif inħarġu żewġ permessi fi Triq il-Blajjiet, Wied il-Għajn, limiti taż-Żonqor ftit ‘l bogħod minn fejn ġej il-proġett ta’ Sadeen University fejn ġew approvati żewġ vilel lussużi b’żewġ
swimming pools
fuq isem l-applikant lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?;
b. Kif inħareġ permess għal
swimming pools
f’
area
li hi ODZ u li kienet raba’ li tinħadem?;
c. Peress li l-Prim Ministru kemm-il darba ddikjara li m’għandux isir żvilupp f’ODZ, kif jista’ jiġġustifika l-permessi ta’ dawn iż-żewġ
swimming pools
;
d. Kif il-MEPA tat lill-applikant permess li jwaqqa’ bini ta’ razzett antik biex ikun jista’ jsir dan l-iżvilupp, meta dan ir-razzett għandu żgur aktar minn mitejn sena; u
e. Iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li
A) Inħareġ permess ta’ żvilupp wieħed fuq is-sit imsemmi biex jigi konvertit razzett antik f’zewgt idjar, kull wahda minnhom bi
swimming pool
. L-Awtorita ta’ l-Ippjanar tikkunsidra zvilupp simili appuntu biex tissalvagwardja bini ta’ valur arkitetoniku, storiku jew vernakulari, F’dan il-kaz ir-razzett ezistenti fih valur vernakulari u kif semma l-Onorevoli Interpellant huwa antik. Minhabba li il-binja ezistenti hija ta’ valur u ta’ kobor konsiderevoli setgha jinghata permess ghal zewg residenzi fuq listess binja.
B) Il-
policy
vigenti tikkunsidra zvilupp ta’
swimming pool
fil konfini ta’ residenzi stabbiliti legalment, anke jekk din tkun lokata barra iz-zona ta l-izvilupp (ODZ), basta din ma tkunx akbar minn 75 metru kwadru, inkluz pavimentar relattiv, u ma tkunx fuq art skedata ta’ importanza arkejologika (klassi A jew B), ekologika jew xjentifika (ta’ livell 1 jew 2).
C) Biex wieħed jissalvagwardja l-ezistenza fit-tul ta’ bini ta’ certu valur jinhtieg li jinghata uzu. Dan f’xi kazi jirrikjedi ukoll il-bzonn ta’ tibdil u addizzjonijiet fl'istruttura sabiex jakkommoda l-esigenzi li wiehed iffittex fiz-zminijiet presenti. Dan il-kuncett jghodd ukoll ghal binjiet fl’ODZ.
D) Il-permess li nhareg ma kiex biex jitwaqq ir-razzett imma biex jigi konvertit flimkien xi tibdil iehor biex jirrendi l-binja aktar abitabli filwaqt li taqdi il-htigijiet residenzjali fiz-zminijiet tal-lum il-gurnata.
Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Faqqus, iż-Żejtun tiġi triq li tinfed, peress li l-familji li joqogħdu hemm, qed ibatu ħafna għax la jidħol trasport tal-iskola u lanqas tal-posta minħabba l-istat miżeru tat-triq? Hemm il-ħsieb li din it-triq issir, anke għall-fatt li fiha joqogħdu għadd ta’ familji bi tfal żgħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jingħataw l-asfalt, għall-ewwel darba, minn Transport Malta. Ix-xogħol fuq dawn it-toroq isir wara li jkunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi/residenti hekk kif huma obbligati bil-Liġi u skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hi single mother u taħdem bħala carer full-time u l-aħħar li ħadet il-work benefit kien minn Novembru 2014 sa Jannar 2015 u ma ħaditux aktar għax bi żball mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) tniżżlet li taħdem bħala part-time meta fil-fatt hi taħdem bħala full-time? Billi issa ilha li ġibdet l-attenzjoni tal-ETC għal aktar minn erba’ ġimgħat u tathom id-dokumenti mitluba u kull darba jgħidulha li l-każ tagħha qed jinħadem, jista’ jara li tieħu dan il-work benefit dovut lilha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa wara li ġiet ikkjarfikata u ġew aġġornati r-records li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ikollu bżonn jirreferi għalihom minn Dipartiment oħra tal-Gvern.
Ġlieda fir-residenza tal-ex Prim Ministru Dom Mintoff — investigazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija hux se tieħu passi legali kontra l-ġlieda allegatament b'arma li taqta’ li saret fir-residenza tal-ex Prim Ministru Dom Mintoff u fejn allegatament fil-ġlieda kienu involuti kemm bint l-ex Prim Ministru s-Sinjura Yana Bland Mintoff li hi ex-kandidata tal-Partit Laburista u konsulenta tal-gvern kif ukoll binha? Fid-dawl li persuna barranija li kienet fir-residenza fil-ħin tal-ġlieda u li għadu qed jinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva f’qagħda serja, l-pulizija bdiet l-interrogazzjonijiet tagħha u dan il-każ qed jitqies bħala każ ta’ attentat ta’ omiċidju?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet f’dan il-każ qed ikomplu u għadhom mhux konklużi anke fid-dawl li waħda mill-persuni involuti, għadha rikoverata l-Isptar. Malli l-investigazzjonijiet jitlestew u allura ir-riżultati jkunu magħrufa, jittieħdu il-proċeduri kollha kif mitlub mill-liġi.
Barra minn dan, hija ħasra li l-oppożizzjoni tagħti laqta politika fuq każ li huwa ta’ natura privata.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27986 dwar qtil ta' ħamiem li sparawlhom, peress li ta min jgħid fit-tweġiba li ġejt irreferut għaliha (mistoqsija parlamentari 24335) kienet fuq ħamiem fil-Port il-Kbir (meta l-mistoqsija li għamilt kienet fuq qtil ta' ħamiem fiż-Żejtun) u fl-ebda mument fil-mistoqsija parlamentari 24335 ma ssuġerrixxa li dan il-ħamiem għandu jiġi maqtul billi jisparawlu, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27956 u jispjega għaliex biex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni tal-ħamiem fiż-Żejtun, sparaw għalih fl-abitat taż-Żejtun bil-konsegwenza li ħamiem mejjet u ferut waqa anke fuq propretajiet tan-nies u dan sar anke quddiem it-tfal? Jista' l-Ministru, li taħtu taqa' r-reponsabilità tal-Animal Welfare fil-futur jara u jeżiġi li jintużaw mezzi aktar umani biex jiġi kkontrollat popolazzjonijiet tal-ħamiem u dan billi fost l-oħrajn dan il-ħamiem jiġi mgħallef għalf apposta u li fih imħallat miegħu kontraċettivi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond L-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-annimali (Kapitlu 439) il-kontroll tal-pesti mhumiex regolati taħt d-Direttorati fi ħdan il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima. Għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi l-Mistoqsija Parlamentari lil Ministru kkonċernat.