Iż-Żejtun – Triq Alfred Cachia Zammit – earth electrodes
Question
Billi fil-korrispondenza li għaddiet bejni u bejn Transport Malta liema korrispondenza l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali kien ikkupjat, ladarba Transport Malta qalet li qed tinsisti mal-kuntrattur li kien għamel l-earth electrodes ħżiena u perikolużi fi Triq Alfred Cachia Zammit, iż-Żejtun dejjem skont l-istess korrispondenza ffirmata mill-Perit ta’ Transport Malta lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti, li issa ħallsu għall-bdil tal-earth electrodes, hux se jiġu kumpensati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazjoni ta’ l-earth electrodeshija parti mill-installazzjoni tal-elettriku privata tal-konsumaturi u għaldaqstant huwa d-dover tal-konsumaturi li jassiguraw li l-istallazzjoni tkun sigura u ċertifikata skont r-Regolamenti.
Iż-Żejtun – Triq Alfred Cachia Zammit – informazzjoni lir-residenti
Question
Billi skont il-korrispondenza li għaddiet bejni u bejn Transport Malta dwar xogħlijiet li qed isiru fi Triq Alfred Cachia Zammit, iż-Żejtun u li l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali kien ikkupjat f'din il-korrispondenza, jista’ l-Ministru jara li, kif intqal lir-residenti ta’ Triq Alfred Cachia Zammit mill-Perit inkarigat minn dan il-proġett, ir-residenti jirċievu ittra b'din l-informazzjoni u mhux jinżammu fl-għamma anki fid-dawl li mill-istess korrispondenza li għaddiet bejni u bejn Transport Malta din it-triq għandha sa April 2018 biex titlesta u billi qed tinqala’ mill-ġdid, fiha diversi fażijiet ta’ xogħol li jridu jsiru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta Transport Malta ħadet f’idejha dan il-proġett f’Ottubru 2017, ix-xogħol li sar f'din it-triq huwa wieħed estensiv li kien jinkludi tibdil fis-servizzi tal-ilma, drenaġġ, sistema ġdida ta' water culverts, bankini ġodda kif ukoll bini mill-ġdid tat-triq. Bħalissa qegħdin fil-fażi li jinbeda wkoll l-ewwel saff ta' tarmak u dan biex jitnaqqas l-inkonvenjent kemm għar-residenti kif ukoll għal min ikollu bżonn jgħaddi minn dawn l-inħawi
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV tad-Direttur għall-Affarijiet Ewropej, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija protetta bil-Liġi tad-Data u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Dokumenti uffiċjali, passaporti u karti tal-identità ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’nazzjonalitajiet għandu r-raġel tad-Direttur li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti uffiċjali, passaporti u karti tal-identità għad-dispożizzjoni tiegħu kemm dik Maltija kif ukoll dawk barranin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ma nistax nifhem x’relevanza għandha din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qattx kellu kwistjonijiet mal-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux għaqli li informazzjoni ta' din in-natura, jekk din teżisti, fuq l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, għandha tiġi ppubblikata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-elezzjoni ‘l hawn kemm-il darba kellhom jingħalqu l-operating theatres jew jitwaqqfu l-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei minħabba nuqqas ta’ nurses?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-ebda mument it-teatri f’Mater Dei ma ngħalqu.Ninfurmah ukoll illi kull xahar ikun hemm interventi li jkollhom jiġu posposti minħabba diversi raġunijiet fosthom minħabba il-kundizzjoni medika tal-pazjenti, pazjenti li ma jattendux għal operazzjoni u kif ukoll pazjenti li jirrifjutaw l-operazzjoni fl-aħħar ħinijiet.
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari W1 u 1803 jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed jibqa’ jaħrab milli jwieġeb jekk l-iskart wara l-ħruq tal-WasteServ f'Wied il-Għajn hux tossiku jew le? Jista’ jgħid għaliex qed jirrifjuta li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati li saru l-bieraħ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti mitluba minnu flimkien ma’ nota ulterjuri li saret mill-Industrial and Environmental Chemist, Dr. Robert Cortis, li wara li żar il-post xi ġimgħat wara l-inċident, ikkonkluda li l-livelli ta’ gassijiet li potenzjalment setgħu kienu meqjusa bħala tossiċi, kienu minimi u kollha fil-parametri legali. Ta’ min isemmi li hawn, il-ħruq kien jikkonċerna materjal bħal plastik u karta, bid-definizzjoni ta’ Refuse Derived Fuel (RDF), f’ambjent mhux ikkontrollat, b’konsigwenza ta’ inċident li għadu suġġett għall-investigazzjoni Maġisterjali.
Jista’ l-Ministru jintervjeni biex it-Triq Alfred Cachia Zammit, Żejtun titlesta? Dan peress li l-ħaddiema jmorru jaħdmu ftit siegħat u jitilqu jew jagħmlu ġranet ma jersqux 'l hemm u dan b’detriment għall-ħwienet u għar-residenti tal-lokal? Jista’ wieħed jara li din it-triq titlesta meta tikkunsidra li din inbdiet minn Marzu jiġifieri 7 xhur ilu u għadha fi stat diżastruż?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1672, jista’ l-Ministru jwieġeb jekk l-iskart hux tossiku? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati li saru fuq dan l-iskart u li ġew minn barra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari W1.
Tqattigħ ta’ blat fi plot fl-abitat – ħsejjes tal-inġenji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tqattigħ ta' blat fi plot fl-abitat li jsiru b'inġenji li jagħmlu ħsejjes kbar (hymac) humiex kontrollati li jkunu jistgħu jaħdmu f'ħinijiet inkluż fis-sigħat ta’ wara nofsinhar? Jekk plot tkun imdawwra bi djar residenzjali, jeżistu provvedimenti biex jipproteġu lil terzi persuni li jkunu jaħdmu bix-shift u jkunu jridu jistrieħu fil-ħinijiet ta’ wara nofsinhar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-każijiet fejn hemm tqattigħ ta’ blat fi plottijiet fl-abitat li jsiru b’inġenji li jagħmlu l-ħsejjes, il-Pulizija hija gwidata bil-Provvedimenti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.09 rigward Regolamenti dwar l-Immaniġjar Ambjentali tas-siti ta’ kostruzzjoni li jinkludu l-ħinijiet permessibbli sabiex isir xogħol ta’ kostruzzjoni, fost provvidementi oħra. Dawn il-provvedimenti huma applikabbli għall- kwalunkwe xogħol li jiġġenera ħsejjes. Il-Pulizija tieħu azzjoni skont il-liġi meta jkun hemm rapporti ta’ ksur ta’ provvidementi ta’ din il-leġizlazzjoni. Kopja tal-leġizlazzjoni msemmija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti fuq moħqrija tal-annimali tul is-snin 2015, 2016 u 2017 s’issa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba. Fost il-każijiet li għalihom tressqu l-Qorti kien hemm nuqqas ta’ microchipping, annimali misjuba f’kundizzjonijiet mhux xierqa kif ukoll ġlied tas-sriedaq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskart li hemm il-Wasteserv f’Wied il-Għajn hux tossiku jew le wara t-testijiet li saru barra minn Malta? Jista’ jippubblika r-riżultati li rċieva minn barra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv bdiet immedjatament il-proċess sabiex il-materjal jiġi ppakjat f’sealed jumbo bags ħalli jkunu jistgħu jiġu esportati.
Il-Materjal, la setgħa jiġi esportat qabel, wisq anqas ippakjat f’
sealed jumbo bags
apposta, qabel mal-ewwel isiru t-testijiet neċessarji skont gwidi regolatorji internazzjonali.
Hemm il-ħsieb li jinħareġ mandat ta' arrest biex ċittadin Ingliż, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għamel sfreġju bil-graffiti tiegħu fuq il-Blat tal-Wied u l-Bajja tax-Xlendi jinġieb Malta ħalli jħallas għal għemilu? Billi dawn il-graffiti qed jitneħħew mill-Gvern Malti bi spiża mhux żgħira jistax il-Ministru jitlob il-parir tal-AG biex dan l-individwu jitressaq quddiem il-ġustizzja wara l-isfreġju li għamel fuq l-ambjent naturali tal-Wied u l-Bajja pittoreska tax-Xlendi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet relatati mal-każ ta' sfreġju bi graffiti fix-Xlendi nbdew malli dan l-inċident ġie magħruf mill-Pulizija tad-Distrett, f'Għawdex. Infurmat illi sallum għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet anke peress li l-persuna suspettata ma tinsabx f'dawn il-gżejjer u filwaqt li dan qed isir biex jiġu stabbiliti l-proċeduri sussegwenti, kif korrettament indika l-Onorevoli Interpellant, ser jittieħed ukoll il-parir tal-avukat ġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitnaddaf l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’ Antnin li nħaraq għax ħafna nies li joqogħdu fil-viċin ma jistgħux iħallu miftuħ minħabba r-riħa ta’ ħruq li għadha ħierġa mill-impjant?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel nett mhuwiex korrett meta jgħid li għada ħierġa riħa ta’ ħruq. Dan mhux minnu u ilu hekk.
Għadna kif irċivejna t-testijiet fuq il-materjal kif mitlub mill-awtorità u tellaqna mall-ewwel il-proċess sabiex jiġi ingaġġat kuntrattur sabiex jesporta dan il-materjal skont il-prassi.
Jista’ l-Ministru jara li l-Pulizija taż-Żejtun titlob il-filmati tas-CCTV li waħlet il-paroċċa taż-Żejtun fiċ-ċimiterju taż-Żejtun minħabba l-ammont ta’ serq li qed isir miċ-ċimiterju taż-Żejtun u li dwar dan is-serq jien infurmat li saru rapporti kemm lill-Arċipriet taż-Żejtun kif ukoll lill-pulizija? Billi l-arċipriet qal li hu jagħti biss il-filmati tas-CCTV li hemm fiċ-ċimiterju jekk jiġi mitlub mill-pulizija, tista’ l-pulizija tagħmel tajjeb għal dawn il-filmati u tinvestiga bis-serjetà dan is-serq miċ-ċimiterju taż-Żejtun?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija taż-Żejtun titlob filmati minn CCTV's meta dan ikun meħtieġ u dawn jinkludu CCTV's li waħlet il-parroċċa taż-Żejtun fiċ-ċimiterju taż-Żejtun, jekk u meta jkun hemm bżonn. Rigward dan il-każ jidher illi s-CCTV inkwistjoni ma kienx jiġbed u jkopri l-lok minn fejn saret is-serqa. Sallum, l-investigazzjonjiet li saru anke fil-madwar irriżultaw fin-negattiv. Infurmat illi bejn Jannar 2016 u Lulju ta' din is-sena kien hemm każ wieħed ta' serq minn dan iċ-ċimiterju.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-graffiti li għamlu straġi mal-blat sabiħ ta’ din il-bajja u li saru mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jitneħħew? Billi dawn il-graffiti ma jaqblu xejn mal-Ambjent tal-Wied u l-bajja pittoreska tax-Xlendi anzi għamlu sfreġju f'dan il-post pittoresk, jistgħu dawn il-graffiti jitneħħew minnufih u possibbilment jittieħdu passi bil-Pulizija kontra dan l-individwu għall-isfreġju li għamel?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninform lill-Onor. Interpellant jaħmel referenza għall-istqarrija uffiċċjali numru PR172179 maħruġa fis-26 ta' Settembru 2017 dwar dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn żewg uffiċjali għoljin tal- Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU ) ġew mitluba jbattlu d-desk tagħhom u jitilqu minn xogħolhom? Meta wieħed jikkunsidra li dawn iż-żewġ persuni kellhom esperjenza f'dan il-qasam anke barra minn Malta, jista’ jgħid għalfejn tkeċċew? Jista’ jkun li dan il-gvern qed jibża’ minn min jaqdi dmiru sew u jikxef il-korruzzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-impiegi taż-żewġ impjegati li għalihom qed jirreferi l-Onor. Membru ġew terminati skont il-liġi matul il-perijodu ta’ prova (probation) tagħhom. Ma hemm xejn li jindika li d-deċiżjonijiet ma ttieħdux abbażi ta’ kriterji oġġettivi u fl-aħjar interess tal-FIAU. L-FIAU bħala korp ta’ analisi ta’ informazzjoni dejjem aġixxa, u jiena fiduċjuż li jkompli jaġixxi u jieħu d-deċiżjonijiet maniġerjali tiegħu, b’mod awtonomu u mingħajr indħil. L-ispekulazzjoni li saret f’ċerti diskorsi u mezzi tal-media, u li hija wkoll ripetuta fl-interpellanza tal-Onor. Membru hija infondata u bla sostenn.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament ma teħux l-allowance supplementari meta hija la għandha flus il-bank u anqas proprjetà?
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – segretarjat parlamentari – ingaġġ ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm ġew impjegati nies fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u mas-Segretarju Parlamentari tiegħu u x'inhu l-grad tagħhom, mill-elezzjoni ‘l hawn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.