Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1915 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-AFM tingaġġa suldati fiż-żmien qarib? Meta kien l-aħħar ingaġġ li sar u kemm kienu daħlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li ssir sejħa għal ingaġġ ta' suldati fil-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta matul l-1999. L-aħħar sejħa li saret kienet f'Mejju tal- 1996 u kienu ġew ingaġġati 91 rekluta.
Leg 9 PQ #1928 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ftuħ ta' każini

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal ftuħ ta' xi każini ta' Triq Dun Gwann Tabone, Żejtun? Jekk iva, f'isem soċjeta' saret?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, minn investigazzjonijiet li saru minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ma jirriżultax li hemm applikazzjonijiet għall-ftuħ ta` każini fit-triq imsemmija. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #1929 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement attwali fil-Korp tal-Pulizija? Kemm minn dawn il-pulizija huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom qabżu l-eta' ta' 45 sena? Kemm suppost hu l-complement?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-2 ta` Diċembru, 1998, kien hemm 1,756 persuna fil-Korp tal-Pulizija, 1,562 rġiel u 194 nisa. In-numru ta` dawk li qabżu l-eta` ta` 45 sena kien ta` 273. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 652 li jiena tajt f`Seduta 9. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #1937 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żejtun - Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlestew il-gates il-ġodda tal-lyceum taż-Żejtun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-gates ta' l-iskola inbeda u mistenni jitlesta ma jdumx.
Leg 9 PQ #1946 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Steriod Treatment Card

Question

Jista' d-Dipartiment tas-Saħħa jikkonsidra li jintroduċi Steriod Treatment Card biex pazjenti li jkunu fuq steriods ikunu jistgħu jżommu din il-card fuqhom? Billi din il-card diġa' teżisti barra minn Malta (sample tagħha qed tintbagħat separatament) possibbli li din l-inizjattiva jeħodha wkoll id-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Steroid cards ilhom jeżistu fl-isptar San Luqa għal diversi snin. Dawn fil-bidu, kellhom informazzjoni bl-ingliż biss. Xi sitt snin ilu, fuq inizzjattiva ta' konsulent u tal-Pharmacy Unit, dawn ġew tradotti bil-Malti. Dawn il-cards jinstabu fl-Out Patient Clinics kif ukoll fis-swali u fl-ispiżerija ta' St. Luke's. Kopja ta' dawn il-cards qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1947 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Care takers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar reġistrazzjoni ta' kummissjonanti (care takers) ġodda fuq bażi part-time? X'ikollu bżonn biex wieħed japplika u fejn irrid japplika?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-Dipartiment ma jirreġistrax kummissjonanti la fuq bażi full-time u lanqas part-time iżda trading licence hija neċessarja mill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex persuna teżerċita s-sengħa ta' kummissjonant.
Leg 9 PQ #1948 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Bċejjeċ tal-baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk l-AFM għandhiex bċejjeċ tal-baħar li jimpurtaw spare parts mir-Russja? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, il-Prim Ministru ma jaħsibx li minħabba l-prezz ta' dawn l-ispare parts, ir-running cost m'huwiex cost effective?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta għandhom bċejjeċ tal-baħar li fuqhom hemm magni magħmula fir-Russja. Meta jkun hemm bżonn ta' tiswija ta' dawn il-bċejjeċ tal-baħar u jkun hemm bżonn ta' xi spare parts, dawn jieħdu ħsiebhom min ikun ingħata l-kuntratt biex isewwi. Il-Kondor Patrol Boats huma cost effective.
Leg 9 PQ #1922 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Nursing Aide

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar Monte Carmeli kienx hemm xi nursing aide li bejn l-aħħar ta' Ottubru, 1996 u l-5 ta' Settembru, 1998 ħa xi promotion? Jekk iva, min kienu, fejn kienu jaħdmu u xi promotion ħadu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi sal-lum m'hemm ħadd li hu maħtur fil-grad ta' Nursing Aide fid-Diviżjoni tas-Saħħa, ir-risposta għal din il-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #1923 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Nuqqas ta' cleaners

Question

Peress li hemm nuqqas ta' cleaners fl-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu fulltime caretakers/cleaners mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sabiex tittaffa l-problema tan-nuqqas ta' cleaners fl-iskejjel, id-Diviżjoni għadha kemm ħarġet sejħa għall-cleaners part-time f'numru ta' skejjel. L-applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet qed jiġi pproċessat mill-iskejjel konċernati.

Djar — Akkomodazzjonijiet alternattivi

Question

Billi l-Ministru riċentement qal li l-gvern kien qed jikkonsidra jinvolvi l-privat għal skop ta' social housing, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-gvern jixtri djar diġa' mibnija li huma vojta mingħand il-privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar qed tipprepara skema ġdida għax-xiri ta' postijiet vojta tal-privat. 7.12.98
Leg 9 PQ #1925 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Postman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Maltapost iddaħħal postman fil-futur qarib? Kemm hu l-complement attwali tal-postmen u kemm suppost hu dan il-complement?

Response (BONNICI, JOSEF)

M'hemmx ħsieb li l-Maltapost timpjega pustiera minn barra qabel jiġi attwat l-eżerċizzju ta' riorganizzazzjoni. Il-complement attwali ta' pustiera, inklużi Pustiera Anzjani, huwa ta' 488. Il-"full complement", mingħajr ma jittieħed in konsiderazzjoni l-eżerċizzju ta' riorganizzazzjoni huwa ta' 493.
Leg 9 PQ #1926 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Pulizija nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu pulizija nisa fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, jista' l-Ministru ġentilment jgħid għal meta?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 652 f'Seduta 9. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1927 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permess Nru. 2006/97

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta ħareġ il-permess għal żvilupp numru 2006/97? Min kien il-perit li applika? Meta saret l-applikazzjoni? Kien hemm xi oġġezzjonijiet għal din l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-applikazzjoni ġiet sottomessa fil-11 ta' April, 1997, mill-Perit C. Mangion. Din l-applikazzjoni ġiet validata fit-23 ta' Mejju, 1997. L-applikazzjoni ġiet approvata fis-27 ta' Ġunju, 1997 u din id-deċiżjoni ġiet mibgħuta fl-1 ta' Lulju, 1997. L-Awtorita` ma rċiviet ebda oġġezzjoni minn terza persuni. 07.12.98
Leg 9 PQ #1915 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-AFM tingaġġa suldati fiż-żmien qarib? Meta kien l-aħħar ingaġġ li sar u kemm kienu daħlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MVR — Appell mill-qorti

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru wara sentenza mill-Qorti ta' l-Appell li fiha kien hemm referenza għall-Motor Vehicles Regulations? X'passi ħa jew beħsiebu jieħu l-Gvern wara din is-sentenza?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni meħtieġa qiegħda tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1917 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li ssir manutenzjoni tal-Pixxina Nazzjonali minħabba li hemm postijiet minnha bil-madum qed jinqala'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa' beda programm ta' manutenzjoni tal-Pixxina Nazzjonali li għandu jitlesta sa l-aħħar ta' Frar 1999. Il-manutenzjoni ta' l-equipment tal-Plant Room ser isir waqt ix-shutdown fi żmien il-Milied. Dwar il-problema tal-madum, il-Bord qed jistenna rapport minn għand il-konsulenti li ġew imqabbda biex jiġi stabbilit minn fejn tirriżulta din il-ħsara.
Leg 9 PQ #1918 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Għawwiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-għawwiema (ta' eta' żgħira) li jmorru jittrejnjaw flimkien mal-coach fil-Pixxina Nazzjonali fis-6.00 a.m. (qabel l-iskola) m'għadhom jitħallew jużaw waħda mill-kmamar li hemm vojta taħt it-taraġ fejn joqogħdu l-ispetaturi? Billi d-dressing room tinsab kemm xejn 'il bogħod, possibbli li dawn it-tfal jerġgħu jitħallew jużaw waħda minn dawn il-kmamar għax qed jispiċċaw iħossu l-bard sakemm jinżlu mid-dressing room għal ġol-Pixxina jew meta jitilgħu mill-pixxina li hi heated għal ġod-dressing room?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kmamar li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant qed jiġu użati bħala uffiċċji minn Assoċjazzjonijiet Sportivi u mill-Amministrazzjoni tal-Pixxina. Qaluli li hemm il-ħsieb li ssir xorta ta' tunnel li twassal mill-pixxina għad-dressing rooms.
Leg 9 PQ #1919 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom ilhom hemm: anqas minn sena; bejn sena u ħames snin; bejn ħamsa u għaxar snin; bejn għaxra u 15-il sena; bejn 15 u 20 sena; bejn 20 u 25 sena; bejn 25 u 30 sena; u aktar minn 30 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fit-30 ta' Novembru 1998, fl-isptar Monte Carmeli, kien hemm 542 (281 irġiel u 261 nisa) residenti. Dawn il-pazjenti ilhom fl-isptar Monte Carmeli kif jidher hawn taħt: Inqas minn sena sena u ħames snin ħames snin u għaxar snin irġiel 54 53 33 nisa 54 58 27 ______________________________________________ ___________________ Total 108 111 60 għaxar u ħmistax- ħmistax u għoxrin għoxrin u ħamsa il sena sena u għoxrin sena irġiel 19 28 24 nisa 25 15 14 ______________________________________________ ____________________ Total 44 43 38 ħamsa u għoxrin u tletin sena aktar minn tletin sena irġiel 23 47 nisa 14 54 ______________________________________________ _____________________ Total 37 101
Leg 9 PQ #1921 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Occupational Therapists

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm occupational therapists jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom huma allokati on full time basis f'dan l-isptar u kemm huma maqsumin bejn l-Isptar Monte Carmeli u sptarijiet oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-isptar Monte Carmeli hemm għaxar occupational therapists li jaħdmu fuq bażi full time (il-principal, sebgħa junior staff u tnejn fuq rotation ta' erba xhur). Tnejn minn dawn l-għaxra jaħdmu għal ġurnata kull wieħed fil-ġimgħa ġewwa s-Psychiatric Unit fl-isptar San Luqa. Barra dawn l-għaxra, hemm żewġ terapisti oħra jaħdmu fil-komunita' u huma allokati fil-Qormi Day Centre.
Leg 9 PQ #1877 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Supply Kindergarten Assistants

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk dawk il-kindergarten assistants impjegati bħala Supply Kindergarten Assistants u li għandhom il-course sħiħ ta' sentejn ta' kindergarten assistants hux se jiġu tal-post fil-futur qarib? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, x'inhi l-pożizzjoni tagħhom? X'inhi r-raġuni li min għamel kors part-time ta' facilitator għandu diploma u min għamel kors sħiħ ta' kindergarten assistant għandu biss ċertifikat?

Response (GALEA, LOUIS)

Jekk is-Supply Kindergarten Assistants jiġux impjegati permanentament jew le jiddependi ħafna mill-vakanzi li jkun hemm fil-complement approvat tal-Kindergarten Assistants. Dawn is-Supply Kindergarten Assistants ġew impjegati biex jagħmlu xogħol ma' tfal b'diżabilita' li qegħdin fil-klassijiet mainstream. Informat li dan ma kienx propju t-taħriġ tagħhom u, allura, ma jistgħux jiġu impjegati bħala facilitators. Il-pożizzjoni ta' dawn is-Supply Kindergarten Assistants hi dik kif elenkata fis-sejħa għall-applikazzjonijiet, ie. li dawn għandhom impjieg part-time li jitħallas bis-siegħa. Jekk kors iwassalx għal Diploma jew Ċertifikat jiġi deċiż mill-organizzaturi tal-Kors konċernat i.e. l-Universita' jew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Tlabt li dawn jagħtuni d-dettalji.