Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar in-numru ta' ġurnalisti tal-PBS li jirrapportaw ix-xogħol li jsir fil-Kamra tad-Deputati? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol isirx minn ġurnalisti regolari tal-PBS u fuq liema bażi ta' ħlas isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rappurtaġġ tas-seduti Parlamentari ta' filgħaxija ġeneralment kien u għadu jsir minn ġurnalista 'part-time' kemm minħabba nuqqas ta' staff kif ukoll biex ikun hemm trażżin tas-sahra.
Ix-xogħol ġie li jsir ukoll minn ġurnalista regolari tal-PBS.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid min hu bħalissa ċ-Chairman ta' l-Isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Isptar ħatar internament ad hoc Hospital Management Team biex ikun jista' jkompli bix-xogħol tiegħu.
L-Acting Superintendent u Direttur Kliniku ta' l-Isptar, għandu l-inkarigu ta' Chairman ta' dan il-Management Team.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tiegħu ltaqax ma' kunsilli lokali? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, ma' min iltaqa' s'issa? Dawn il-laqgħat se jitkomplew b'mod regolari?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Is-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi qed jiltaqa`
mall-Kunsilli Lokali kollha u sallum ikun fadal il-Kunsill
ta` Dingli, Għargħur, Ħamrun, Marsaxlokk u Qrendi li
ngħataw appuntament iżda ħassruh.
Meta jsiru l-laqgħat kollha huwa l-ħsieb li dawn jitkomplew
kull meta jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf is-Susbtance Abuse Therapeutic Unit?
X'inhu l-irwol tiegħu?
Kemm hemm priġunieri f'dan il-unit?
Hemm il-ħsieb li jiżdiedu l-priġunieri f'dan il-unit?
X'sar minn dan il-unit fis-sena u nofs li għaddew?
Response (BORG, TONIO)
Is-Substance Abuse Therapeutic Unit ġiet imwaqqfa f'Ottubru 1996 f'Diviżjoni VII tal-Ħabs.
L-irwol ta' din il-Unit huwa li tkun ta' għajnuna permezz ta' programm ta' rijabilitazzjoni għal dawk il-priġunieri li għandhom problema tad-droga u alkoħol u li, volontarjament, ikunu jridu jagħmlu dan il-programm.
Fil-preżent hemm 14-il priġunier f'dan il-Unit.
It-tkabbir ta' dan il-Unit qiegħed jiġi kkunsidrat fid-dawl ta' l-esiġenzi tad-diversi priġunieri li jidħlu fil-Ħabs.
Fis-sena u nofs li għaddew, il-Unit kompliet tagħti programm ta' rijabilitazzjoni lill-inmates li ntgħażlu għal dan il-għan u fl-istess waqt kompla għaddej ix-xogħol ta' rranġar fl'istess Unit. F'Marzu ta' l-1997 il-Unit ġiet trasferita għal dik li kienet l-iskola ta' l-Imtaħleb. Il-Unit hi attrezzata biex titħaddem independentiment mill-Ħabs. Matul dan il-perijodu għaddew mill-programm ta' rijabilitazzjoni 100 priġunier. Din il-Unit qed tagħti servizz ta' kommunita` fuq bażi regolari f'Dar il-Kaptan l-Imtarfa.
15.12.98 (2pm)
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla l-Gvern hux qed jaħseb biex it-tmexxija ta' din id-dar tieħu ħsieb minn qabel residenti li fil-futur jista' jsir dependenti u jkollu bżonn nursing care?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Policy attwali ta' dan il-Gvern hi li fid-djar residenzjali tal-anzjani għandu jkun hemm livell ta' nursing u caring li jippermetti li anzjani residenti fid-dar u li jaslu f'ċertu stat ta' dipendenza jkun possibli għalihom li jibqgħu jgħixu f'dik id-dar.
Naturalment il-gvern jinsisti li kull dar ġdida li tinfetaħ, bħal dik ta Bormla, irid ikollha almenu dan il-livell ta' nursing u caring.
14.12.98
Billi jidher li hemm nuqqas ta' kopisti fil-Mużew ta' l-Arti, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ call for application biex jimtela' dan in-nuqqas?
Kemm fil-fatt hu n-numru attwali ta' koppisti u kemm suppost ikun il-complement?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li preżentament, fil-Mużew ta' l-Arti hemm impjegati model-maker wieħed li qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' kopista. Dan il-Mużew m'għandux kompliment għall-kopisti, imma għal restawraturi.
Ser isir studju dwar ir-riżorsi umani u l-bżonnijiet tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li ser jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn ta' kopisti skond il-ħtieġa.
Wara diversi lmenti minn diversi kunsilli lokali fuq il-konfini tal-lokal tagħhom u wara li diversi kunsilli ma ħarġux sodisfatti b'dak li ddeċidiet il-kummissjoni li twaqqfet apposta biex teżamina dawn l-ilmenti, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tittieħed xi inizjattiva fil-futur qarib biex din il-problema tiġi solvuta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Talbiet għat-tibdiliet fil-konfini tal-lokalitajiet huma
regolati mill-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar il-
Kunsilli Lokali li jipprovdi hekk:-
Tibdil fil-konfini ta' lokalitajiet għandu jsir biss
f'ċirkostanzi eċċezzjonali u biss mill-Kummissjoni
Elettorali, wara konsultazzjoni mal-Ministru, il-Kunsill
Loklai konċernat u, fejn hu possibbli, mar-residenti
lokali. Il-Kummissjoni Elettorali għandha tagħmel dan it-
tibdil permezz ta' avviz legali fil-Gazzetta.
Dan ifisser li l-Kummissjoni Elettorali bħala awtorita
indipendenti u awtonoma, għandha ġurisdizzjoni esklussiva
fid-deċiżjonijiet tagħha dwar talbiet fit-tibdiliet tal-
konfini.
Jista' l-Prim Ministru ġentilment jikkonferma li l-arma li allegatament qatlet lir-Raymond Caruana fil-Ġudja naqset mill-iStrong Room tal-Qorti? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, meta naqset?
Jikkonferma l-Prim Ministru li r-rapport dwar il-frame ups li fih kien jissemma l-frame up ta' Pietru Pawl Busuttil naqas ukoll mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi żmien il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nikkonferma li l-arma li allegatament qatlet lil Raymond
Caruana fil-Gudja kienet waħda mill-oġġetti li naqsu mill-
Istrong Room tal-Qorti fis-serqa li saret fit-18 ta`
Settembru 1993.
Nassumi li l-Onor Interpellant qed jirreferi għar-rapport
ta' Inkjesta li kien għamel l-Imħallef Godwin Muscat
Azzopardi. Dan ir-rapport kien naqas fi żmien l-
amministrazzjoni preċedenti u għadu nieqes.
B'riferenza għal falkun li l-Gvern Laburista kien qed jiftiehem dwaru ma' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann bħala ħlas talli l-Gvern Malti kien se jagħtihom il-Forti Sant'Anġlu, billi l-falkun skond il-liġijiet ta' pajjiżna huwa meqjus bħala tajra protetta u allura la tista' tinqabad titrabba ħajja u wisq inqas tinqatel, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx x'kien se jagħmel bil-falkun il-Gvern ta' qabel?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-immaġinazzjoni tiegħi f'dan ir-rigward ma tlaħħaqx ma' dik li seta' kellu l-Gvern preċedenti li kien tant akkanit li, għal raġunijiet li żgur jaf aħjar minni, jingħata falkun kull sena.
Possibbli l-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta' l-elettriku qed tinqata' ta spiss fi Triq il-Ħortan, f'Wied il-Għajn? X'inhi s-soluzzjoni biex dan l-inkonvenjent jinqata'?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li r-raġuni għall-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku fi Triq il-Hortan u fl-inħawi tagħha f'Wied il-Għajn huwa dovut għal overloading f'dan iż-żmien tas-sena.
Is-soluzzjoni biex jiġi eliminat dan l-inkonvenjent hija li tinbena substation fl-inħawi. Għal dan il-għan il-Korporazzjoni Enemalta bdiet il-proċess biex tiġi identifikata biċċa art.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1603, filwaqt li napprezza li s-soluzzjoni ma tistax tinstab u tiġi attwata f'daqqa, jista' d-dipartiment konċernat jagħti indikazzjoni ta' meta se jiġu ffinalizzati s-surveys u meta se ssir is-sistema ta' ġbir ta' ilma li hemm bżonn?
Billi din it-triq hi waħda għal kollox passaġġja tant li tgħaqqad diversi inħawi, jaħseb il-Ministru li din il-problema m'għandhiex tibqa' hekk għal żmemijiet indefiniti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li is-Survey, l-Estimi, l-bidu tal-proċess ta' l-Easment u xogħol ieħor preparatorju huwa maħsub li jkun lest sal-bidu tas-sena d-dieħla.
Minħabba li x-xogħol propost irid isir minn ġo għelieqi li jinħadmu, din is-sistema tkun tista' tinbena fis-sajf.
Sabiex tittaffa l-problema sa jinbdew proċeduri biex il-ġibjun li jinsab mat-triq jitnaddaf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurnalisti u video editors jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent, mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hemm:
Tlett (3) persuni jirreġistraw bħala ġurnalisti fuq l-ewwel parti tar-reġistru u persuna waħda (1) tirreġistra fuq it-tielet parti.
Hemm ukoll persuna waħda (1) tirreġistra bħala cameraman/video editor fuq it-tieni parti tar-reġistru.
10.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1651 dwar impjegat tal-PBS, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol fuq kull parti tar-reġistru dawk li ġew impjegati mill-ETC mal-PBS fuq kuntratt ta' xogħol definit ta' sitt xhur?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-PBs m'għandux din it-tip ta' informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna mwielda l-Awstralja bil-ġenituri tagħha Maltin, liema persuna hi miżżewġa mara Maltija u tgħix hawn Malta, għandhiex dritt għad-dual citizenship? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, hemm xi tibdiliet maħsuba fil-liġi f'dan is-sens?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-eżempju li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, il-persuna konċernata m'għandiex dritt biex ikollha ċittadinanza doppja.
Ta' min jgħid, li aktar qabel din is-sena ġiet ippublikata WHITE PAPER dwar tibdil fil-liġijiet taċ-ċittadinanza u ta' l-immigrazzjoni. Iż-żmien mogħti għall-kummenti u suġġerimenti dwar il-proposti ġodda issa skada, u dawk magħmula qed jiġu evalwati.
10.12.98(am)
B'riferenza għall-mistoqsijiet preċedenti tiegħi, jista' s-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani jerġa' jinsisti mal-Bord ta' l-Ismijiet tat-Toroq biex it-triq tar-Residenza San Vinċenz de Paule tinbidel u ma tibqax Triq l-Imgieret iżda ssir Triq San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani fil-passat kien diġi esprima x-xewqa tiegħu biex it-Triq l-Imgieret tiġi tissejjaħ Triq San Vinċenz de Paule, iżda kien hemm oġġezzjoni mill-Bord ta' l-Ismijiiet tat-Toroq minħabba li diġa hemm xi triq oħra msemmija hekk. Għalkemm is-Segretarjat għadu ta' l-istess fehma, ikun tajjeb jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa jinsisti ma' dan il-Bord biex dan iseħħ.
9.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu joħorġu sejħa għal offerti biex residenti jibnu garages fi plots vojta (għal garages) li hemm f'Binja San Martin, Ġebel San Martin, Żejtun?
Kemm fadal plots għal garages vojta s'issa?
Meta ħarġet l-aħħar sejħa għall-offerti u meta qalgħet?
Għalkemm ħarġet u kemm fil-fatt applikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar ma toħroġx sejħiet għall-offerti biex residenti jibnu 'garages'.
9.12.98
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hawn nurses jaħdmu mal-Gvern li għandhom diploma jew degree fil-Psychiatric Nursing? Fejn jaħdmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nfermiera li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa u li għandhom diploma jew degree fis-Psychiatric Nursing huwa sbatax (17). Dawn jaħdmu kif ġej:
Sptar Monte Carmeli 13
Sptar Boffa 1
Sptar San Luqa 1
Primary Health Care 2
_________________________________
Total 17