Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport — Vintage buses

Question

Il-Ministru jaħseb li wasal iż-żmien li l-vintage buses li huma antiki u qed jagħtu servizz utli u uniku lit-turisti m'għandhomx jibqgħu jiġu mġiegħla iħallsu depożitu ta' Lm10.00?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema depożitu qed jirreferi peress li jien infurmat li ma jeżisti l-ebda depożitu ta` Lm10 fuq il-vetturi msemmija.
Leg 9 PQ #8159 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Ġugarelli f'forma ta' armi tan-nar — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-importazzjoni u l-bejgħ ta' ġugarelli f'forma ta' armi tan-nar huma illegali? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għaliex dawn qed jinbiegħu bil-miftuh minn diversi ħwienet u fi stands fil-festi?

Response (BORG, TONIO)

Il-bejgħ ta' ġugarelli b'forma ta' armi hu projbit bil-liġi. Il-Pulizija tieħu l-passi meħtieġa kull meta ssir taf b'xi abbuż tal-Liġi f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #8317 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi ttowjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi towed f'Ħal Qormi fil-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u l-31 ta' Diċembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7651.
Leg 9 PQ #8318 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku rapportati mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fit-toroq imsemmija: 1) Triq il-Ħelsien kantuniera ma' Triq ix-Xitwa, Qormi; 2) Triq il-Mitħna kantuniera ma' Triq il-Wied, Qormi; 3) Triq il-Mitħna kantuniera ma' Triq il-Belt Valletta, Qormi; u 4) Triq San Bastjan kantuniera ma' Triq l-20 ta' Jannar, Qormi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar inċidenti tat-traffiku rrapurtati lill-Pulizija bejn l-1 ta' Jannar u t-22 ta' Ġunju, 1999, f'Ħal Qormi, fit-toroq speċifikati mill-Onorevoli Interpellant, kien kif ġej : - Triq il-Ħelsien, kantuniera ma' Triq ix-Xitwa 5 Triq il-Mitħna, kantuniera ma' Triq il-Wied 3 Triq il-Mitħna, kantuniera ma' Triq il-Belt Valletta xejn Triq San Bastjan, kantuniera ma' Triq l-20 ta' Jannar 2
Leg 9 PQ #8337 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Tal-Ħofra - Culverts

Question

Jista' l-ministeru jieħu passi immedjati biex isiru l-culverts li suppost saru fl-inħawi Tal-Ħofra, Ħaż-Żabbar, partikolarment fi Triq il-President tar-Repubblika? (File No. Lands L425/98) File Public Works 748/98. Billi dawn il-culverts irridu jsiru fl-għelieqi tal-bdiewa, japprezza l-Ministru li dawn iridu jinbdew u jispiċċaw qabel jibda l-istaġun tax-xita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8422 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq il-Kappuċċini - Arblu tad-dawl

Question

Possibbli jittieħdu passi biex skond mistoqsija preċedenti tiegħi jitbiddel arblu tad-dawl li kien se jaqa' fi Triq il-Kappuċċini, Żabbar u jiġu shifted il-wires tad-dawl ma' l-arblu l-ġdid għaliex dawn xorta għadhom imdendlin u ta' periklu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tieħu l-passi meħtieġa.

Żabbar — Traffic lights

Question

Billi Triq San Ġużepp f'Ħaż-Żabbar hi maqsuma bil-bypass ta' Wied il-Għajn, possibbli fil-bypass isiru xi traffic lights b'zebra crossing minħabba li hemm periklu kbir għar-residenti biex jaqsmu t-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-Traffic Control Board approva li ssir il-`pelican light` fil-lokalita` ikun magħżul l-aħjar post fejn jiġu nstallati. Minkejja din l-approvazzjoni wieħed irid jistenna wara siti oħra, li wkoll għandhom `pelican light` approvata, qabel issir l-istallazzjoni fil-post.
Leg 9 PQ #7403 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Għajn — Bajja

Question

Jista' d-dipartiment tas-sajd jieħu passi biex jistabilixxi fairway fil-bajja ta' Wied il-Għajn minħabba li s-sajjieda qed isibuha diffiċli biex jidħlu u joħorġu fil-bajja minħabba l-għadd kbir ta' irmiġġi li ntefgħu kullimkien u li ostakolaw il-fairway eżistenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Passi biex tiġi stabbilita 'fairway' fil-Bajja ta' Wied il-Għajn jaqgħu taħt ir-responsabilita ta' l-Awtorita Marittima Maltija. Min naħa tad-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura kull ma jista' jsir hu nirrakkomandaw li din hi ħaġa utli għas-sajjieda tal-akwati.
Leg 9 PQ #7222 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

BICAL

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li fil-likwidazzjoni tal-BICAL se jittieħdu in konsiderazzjoni l-interessi ta' persuni li taw flus kontra ċedoli u kambjali lid-diretturi tal-Bank, liema flus spiċċa f'żieda ta' assi fil-Bank, u li l-Kontrollur qed jikkonsidra bħala deluti personali ta' l-ex diretturi u mhux tal-Bank?

Response (DALLI, JOHN)

Ma hemm l-ebda ħsieb li tingħata xi konsiderazzjoni lill-interessi ta` persuni li taw flus kontra ċedoli u kambjali lill-ex diretturi tal-BICAL, għajr dawk li ġew rikonoxxuti mill-Qorti bħala debiti tal-Bank.
Leg 9 PQ #7316 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jiġu ngaġġati suldati ġodda fl-AFM? Jekk iva, meta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Filwaqt li nirreferi għal diversi tweġibiet parlametari li tajt f'dan ir-rigward f'dawn l-aħħar xhur, għandi ngħid li ninsab infurmat li tħejjijiet biex jiġu ngaġġati rekluti mal-Forzi Armati ta' Malta permezz ta' eżami kompetittiv huma kważi kompluti. L-avviż dwar is-sejħa għall-applikazzjonijiet hu mistenni li jiġi ppublikat fil-Gazetta tal-Gvern fil-ġejjin qrib.
Leg 9 PQ #7205 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq iċ-Ċulqana - Bozza

Question

Possibbli li wara diversi talbiet issir bozza fi Triq iċ-Ċulqana, Zabbar partikolarment madwar ir-residenza Du Grimmes minħabba d-dlamijiet li hemm u l-fatt li qed jinġabru ċertu nies f'din it-triq? Billi ftit żmien ilu l-pulizija elevat karozza abbandunata minn din it-triq li allegatament twettqu xi reati biha, jaħseb il-Ministru li l-ħtieġa għal din il-bozza qed issir dejjem aktar urġenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għal aktar dawl fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Leg 9 PQ #7042 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Tal-Bidni - Bdil ta' bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi mibdula bozza li tinsab fuq Remissa F/H, Sqaq il-Bidni, Limiti tal-Bidni, Zabbar li ilha xhur maqtugħa minkejja li ilha rapportata?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Enemalta biex tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #6849 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq il-Luq - Power lines

Question

B'riferenza għall-każ Ref No. 325/92/98 dwar rerouting ta' power lines fi Triq il-Luq, Zabbar u li ilu pendenti mill-10 ta' Lulju 1998, possibbli li l-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar tieħu passi u ma tibqax tgħaddi aktar biż-żmien lil dan il-klijent li hu bniedem anzjan u li dawn il-power lines qed ikunu ta' periklu għalih u għall-familja tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol biex isir re-routing fit-triq imsemmija waqa` lura minħabba diffikultajiet amministrattivi. Dawn il-problemi issa ssolvew u x-xogħol mistenni jibda f`qasir żmien.
Leg 9 PQ #6749 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Sqaq tar-Rumi - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6249?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #6255 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq il-Kappuċċini - Tneħħija ta' arblu

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tneħħi arblu tad-dawl imsaddad li qed joħloq periklu serju lir-residenti u lit-traffiku li jgħaddi minn Triq il-Kappuċċini, Zabbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għalkemm l-arblu in kwistjoni mhux qed joħloq xi periklu serju, xorta waħda ser jittieħdu l-passi biex jinbidel f'qasir żmien.
Leg 9 PQ #6201 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Speċjali - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm: a) studenti b'diżabilita' li jattendu regolarment; b) studenti b'diżabilita' li jattendu rregolarment; c) kapijiet u assistenti kapijiet; d) għalliema; e) facilitators; f) kindergarten assistants; g) professjonisti oħrajn; h) skrivana/i; i) purtinara/i; u j) ħaddiema oħra fl-iskejjel speċjali li għandu d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma full time jew part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' Taħriġ għall-Adulti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm: a) studenti b'diżabilita' li jattendu regolarment; b) studenti b'diżabilita' li jattendu irregolarment; c) kapijiet u assistenti kapijiet; d) senior careworkers; e) careworkers; f) assistant careworkers; g) professjonisti oħrajn; h) skrivana/i; i) purtinara/i; u j) ħaddiema oħra fiċ-Ċentri ta' Taħriġ għall-Adulti li għandu l-Ministeru għall-Politika Soċjali? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma full time jew part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 26.4.99

Wied il-Għajn — Triq il-Batterija taż-Żonqor

Question

Jista' l-Ministru jara li r-Roads Department jagħmel Triq il-Batterija Taż-Żonqor, f'Wied il-Għajn li minkejja li hi ferm abitata għadha fi stat ħażin ħafna? Possibbli li għallinqas issir il-bankina f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi kkunsidrat. Nixtieq inżid li bħalissa d-Dipartiment qed iħejji pjan nazzjonali għal asfaltar ta` toroq f`żoni residenzjali li qatt ma kienu asfaltati u dawn it-toroq ġew inklużi fil-programm.
Leg 9 PQ #6228 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat li fl-ITS s'issa għad m'hemmx lecturer tal-Housekeeping? Dawk l-istudenti li għandhom diploma fl-Accomodation Operations Management u li se jispiċċaw il-kors din is-sena, kif se jiġu effetwati?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-ITS ħareġ tlett applikazzjonijiet biex jimtela l-post vakant ta' 'Lecturer/Assistant Lecturer' fil-'Housekeeping'. F'kull każ ir-riżultat kien negattiv sew għaliex min applika ma kellux kwalifiki neċessarji kif ukoll għaliex is-salarju offrut ma kienx attrajenti biżżejjed. Informat li dan l-aħħar instabet persuna bil-kwalifiki neċessarji (Lecturer fl-Universita' ta' Malta) li aċċettat tgħallem fuq bażi 'part-time'. Il-lezzjonijiet skond il-programm ta' studju se jingħataw kollha u b'hekk jidher li l-istudenti mhumiex se jkunu effettwati negattivament.
Leg 9 PQ #6249 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Sqaq tar-Rumi - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta' Sqaq Tar-Rumi, f'Wied il-Għajn hux possibbli li jinbidlilhom il-main ta' l-ilma kif sar f'partijiet oħra ta' dan l-isqaq forsi fl-aħħar ikollhom il-provvista ta' l-ilma? Billi kulma fadal jinbidel hu madwar 300 pied meta hu bi ħsiebu li jsir dan ix-xogħol għax dawn ir-residenti ilhom żmien bla ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.