Jista' l-Ministru jordna lid-direttur tat-toroq biex jirranġa l-ftit metri li fadal mhux asfaltati fi Triq Lia, Żabbar?
Billi d-direttur tat-toroq ġie miegħi personali u jaf xi straġi jkun hemm f'din it-triq meta tagħmel ftit xita, jista' fl-aħħar jieħu passi biex din it-triq issir qabel ix-xitwa?
Billi anki l-Ministru jaf bil-problema ta' din it-triq, ma jaħsibx li mhux ġust li jibqa' ma jsir xejn, filwaqt li d-deputati tad-distrett jibqgħu jaqilgħu it-tgħajjir dwar din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-sejħa għall-offerti ħarġet u qed tiġi aġġudikata biex ix-xogħol ikun jista` jitwettaq.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta se terġa' tiġi replaced il-maid li tneħħiet mill-Iskola Primarja taż-Żejtun xhur ilu?
Għaliex minkejja diversi wegħdiet lili personali minn uffiċjali tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, li se tintbagħat maid sa l-1 ta' Jannar, 1999, s'issa jien informat li baqgħet ma marritx?
Jaf il-Ministru li f'din l-iskola qed issir estensjoni ta' bini u allura hemm bżonn immedjat li tintbagħat maid?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser jiġu ngaġġati numru ta' "casual cleaners" dalwaqt u b'hekk l-ilment ta' l-Onorevoli Membru jiġi sodisfatt.
Institute of Health Care — Occupational therapists
Question
Jikkunsidra l-Ministru li l-Institute of Health Care isir Masters għal Occupational Therapists hawn Malta, mingħajr ma' dawn l-Occupational Therapists ikollhom għalfejn jirriżenjaw minn mal-Gvern waqt li jkunu qed jagħmlu l-kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Ottubru ta' 1999, l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa ta' l-Universita` ta' Malta sejjer joffri għall-ewwel darba kors ta' studju li jwassal għall-Baċċelerat fl-Occupational Therapy. Sa issa l-Universita` ta' Malta mhix f'pożizzjoni li toffri programmi ta' Masters f'dan il-qasam.
Possibbli l-Awtorita'ta' l-Ippjanar jew il-Pulizja tieħu passi biex jingħalqu l-aperturi li hemm miftuħa f'bini li qed jinbena u li jinfed għal Main Street, Żejtun? Billi f'dan il-post minn dawn l-aperturi ta' sikwiet qed jidħlu għadd ta' żgħażagħ li mbagħad jaqbżu fuq il-bjut tan-nies, possibbli l-awtoritajiet kompetenti jieħdu passi biex dan l-abbuż għall-ġirien jinqata' darba għal dejjem?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-Att ta' l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, m'hemm l-ebda azzjoni li tista` tittieħed min-naħa ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.
Ninsab infurmat ukoll li l-Pulizija qed tagħmel stħarriġ biex tistabilixxi min hu s-sid tal-post li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, biex dan jingħalaq, u b'hekk jiġi evitat il-possibilita` ta' abbuż.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex sena wara l-oħra, speċjalment fil-weekends u x-xhur tas-sajf, sar prattikament impossibbli li tinżel jew titla' mill-bajja tax-Xlendi minħabba l-konġestjoni tat-traffiku li jkun hemm ħdejn disco popolari?
Għaliex minbarra diżorganizzazzjoni fil-queue li ġieli jibqa' ħiereġ sa nofs it-triq, il-pulizija tippermetti double parking u parking fuq iż-żewġ naħat tat-triq?
Għaliex il-pulizija mal-bieb tad-disco fl-ebda ħin ma jintervjenu biex jikkontrollaw it-traffiku jew ma jħallux li jsir parking bl-addoċċ?
Jaħseb il-Ministru li għandu jsir xi ħaġa biex dan l-inkonvenjent jinqata' darba għal dejjem?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija tieħu passi biex tikkontrolla s-sitwazzjoni tat-traffiku fil-post u ż-żmien imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat ukoll li hemm partijiet twal, in-naħa ta' fuq tat-triq, li huma wiesa biżżejjed li jippermettu parking fuq iż-żewġ naħat. Qed tiġi studjata l-possibilita` li f'partijiet oħra tat-triq tiġi ntrodotta Towing Zone.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex possibbli li madwar ir-railing tal-vapuri ta' Għawdex isiru xi forma ta' net biex tfal ma jkunux jistgħu jaqgħu minn bejn ir-railing? Billi bejn il-bars tar-railings hemm spazju konsiderevoli li minnhom jistgħu faċilment jgħaddu tfal ta' eta' żgħira u billi fuq dawn il-vapuri jaqsmu eluf ta' tfal, ma taħsibx il-Ministru li dan is-suġġeriment għandu jiġi kkonsidrat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-vapuri kollha tal-Kumpanija Gozo Channel għandhom ċertifikat mill-Awtoritajiet kompetenti biex iġorru l-passiġġieri u li l-Kumpanija tara li tissodisfa r-regolamenti kollha tas-sigurta'.
Madankollu, jiena nfurmata li l-Kumpanija qiegħda tieħu l-passi neċessarji sabiex timplimenta din ir-rakkomandazzjoni biex b'hekk tiżdied aktar is-sigurta' fuq il-vapuri tagħha.
Richard Cachia Caruana — Investigazzjonijiet dwar attentat ta' qtil
Question
Il-Prim Ministru huwa f'pożizzjoni li jikkonferma li l-file dwar l-investigazzjonijiet dwar l-attentat ta' qtil fuq l-Assistent Personali Richard Cachia Caruana intalab mill-uffiċċju tal-Prim Ministru Alfred Sant mingħand il-pulizija fi żmien l-amministrazzjonni preċedenti?
Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għalfejn intalab, minn talbu u kemm dam kastilja?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Ministru Joe Mizzi f’Marzu ta’ l-1998 talab lill-Assistent Kummissarju John Rizzo biex jghaddilu l-file li jikkoncerna l-investigazzjoni dwar l-attentat fuq il-hajja ta’ l-Assistent Personali tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana.
Fil-fatt l-Assistent Kummissarju John Rizzo ghadda il-
file
lill-Ministru Joe Mizzi wara li gab il-
file
minghand id-
Deputy Commissioner
Joseph Cachia
.
Xi jiem wara l-Ministru Joe Mizzi baghat lura l-
file
lid-
Deputy Commissioner
Joseph Cachia.
Ma jirrizultalix ghalfejn intalab dan il-
file.
Ġentilment nixtieq inkun naf il-pożizzjonni tal-Ministeru u ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku rigward il-liberalizzazzjoni li suppost tibda mis-sena elfejn?
Nixtieq inkun informat ukoll jekk hux se tingħata ukoll xi tip ta' protezzjoni lill-coach operators diġa' eżistenti u li għamlu investiment qawwi billi xtraw coaches ġodda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond ftehim li kien sar bejn l-Awtaorita`
dwar it-Trasport Pubbliku u l-`Unscheduled Bus Service (UBS)
fl-1994, is-settur tal-`coaches` kellu jkun liberaliżżat b`mod
sħiħ b`seħħ mill-1 ta` Jannar 1998. F`Diċembru ta` l-1997 sar
qbil bil-fomm bejn l-Awtorita` u l-operaturi tal-`coaches`, li
x-xogħol li jsir minnhom ikun liberaliżżat b`seħħ immedjat,
tant li lejlet il-Milied kien pubblikat Avviż Legali għal dan
l-iskop, filwaqt li l-liberaliżżazzjoni sħiħa tas-settur tkun
posposta sa l-1 ta` Jannar 2000.
Il-Gvern jemmen li l-ftehim isiru biex jinżammu għalkemm dejjem jibqa` jkun hemm lok għal diskussjoni jekk jinqalgħu problemi.
Billi l-Gvern Laburista kien sellef Lm24.6 miljun lit-Tarzna biex it-Tarzna tkun tista' tħallas dejn dovut lill-Income Tax, Sigurta' Nazzjonali u entitajiet oħra tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid meta dawn il-flus għaddew mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u x'kienu l-ammonti għall-Income Tax u Kontribuzjonijiet għas-Sigurta' Nazzjonali?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn Ottubru u Novembru 1997 kienu saru dawn il-pagamenti:
Lm7,826,474 biex ikopri ammonti dovuti bħala Income Tax.
Lm6,123,123 biex ikopri ħlas ta` kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali.
Billi naf li hemm mill-anqas enrolled nurse wieħed li jaħdem fi sptar privat u li hu interessat li jkun sponsored mill-istess sptar fejn jaħdem biex jagħmel il-Conversion Course għall-SRN u billi dan it-tip ta' kors isir biss mill-Institute of Health Care, għaliex persuni bħal dawn ma jitħallewx jattendu għal dan il-kors la darba l-institute se jitħallas għal dan il-Conversion Course mill-isptar privat in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Wara li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa biex issir bozza ġdida fi Triq Ħas-Sajjied, Żabbar, ħdejn ir-residenza tal-familja Saliba, residenza numru 16, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli jittieħdu passi biex din il-bozza li ilha ħafna pendenti titwaħħal? Billi din il-familja toqgħod fl-imwarrab u hi ferm anzjana u billi diġa' jeżisti arblu tad-dawl ħdejn din ir-residenza, huwa possibbli jintervjeni l-Ministru biex din il-bozza li ilha tintalab snin twal fl-aħħar titwaħħal għax hemm ferm bżonnha?
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex il-Planning Authority issir iktar effiċjenti u jonqsu il-burokraziji u l-poteri li għandhom li f'xi każi jistgħu jwasslu għal abbuż? X'miżuri ittieħdu s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Mal-bidu tal-leġislatura, l-Gvern beda diskussjoni wiesgħa ma' Korpi Kostitwiti u l-entitajiet kollha li dehru li setgħu jikkontribwixxu għall-operat aħjar ta' l-Awtorita`. F'dan il-proċess ta' diskussjoni l-pubbliku ġenerali wkoll ġie mistieden jagħti l-fehmiet tiegħu f'numru ta' laqgħat pubbliċi fejn il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari semgħu diversi opinjonijiet.
L-Awtorita` wkoll ikkummissjonat studju mill-Management Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan l-istudju identifika bosta affarijiet li jistgħu jiġu mtejba, partikolarment strutturi mministrattivi, kif ukoll aspetti proċedurali. Fuq din il-bażi, l-Awtorita` bdiet proċess ta' tibdil intern li hu mistenni jindirizza aspetti ta' effiċjenza fl-operat tagħha.
Wara dan il-proċess ta' diskussjoni, l-gvern qiegħed fl-istadju li jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji biex it-tibdil fl-operat intern ta' l-Awtorita`, kif ukoll il-provvedimenti legali ta' l- Att ta' l-Iżvilupp isiru fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Fuq l-aspett ta' poter li semma l-Onorevoli, kemm il-Gvern, kif ukoll l-Awtorita` mhumiex lesti jittolleraw l-ebda abbuż. F'dan il-kuntest, kull allegazzjoni t'abbuż tiġi nvestigata bl-akbar serjeta` u reqqa.
Wara r-rapport imxandar dan l-aħħar dwar inġustizzji li saru fil-Maltacom ftit jiem qabel l-aħħar elezzjoni, ma jaħsibx il-Ministru li min kien Prim Ministru u Ministru responsabbli mill-Maltacom dak iż-żmien għandu jġorr ir-responsabbilta' politika ta' dak li ġara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Iva naħseb li ż-żewġ persuni msemmija għandhom iġorru r-responsabbilta politika ta' dak li ġara.
Wara r-rapport dwar dak li seħħ fil-Maltacom ftit jiem biss qabel l-aħħar elezzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman tal-Maltacom offriex ir-riżenja tiegħu? Jekk le, x'inhi l-pożizzjoni tiegħu? Ma jaħsibx il-Ministru li dan għandu jġorr xi forma ta' responsabbilta' bħala chairman għal dak li ġara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Naħseb li f'dan l-istadju, meta il-Bord tad-Diretturi ser jagħmel inkjesta, ma jkunx prudenti min-naħa tiegħi li f'dan il-mument nesprimi ruħi dwar dan is-suġġett.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-Membri ta' din il-Kamra li għandhom kawża ta' libell pendenti fil-konfront tagħhom kif ukol min huma l-Membri ta' din il-Kamra li għamlu kawża ta' libell u li għada pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jitkompla l-ilma u d-dawl (fejn hemm l-arbli tad-dawl diġa') fi Triq id-Denċi, il-Mellieħa?
Ladarba dan ix-xogħol inbeda, possibbli jitkompla biex ir-residenti kollha jkunu moqdija?
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk fil-Lands Department hemmx technical officer I, jew f'kariga ekwivalenti, li qed juża l-vettura uffiċjali tax-xogħol biex imur id-dar biha kif ukoll għal użu personali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm Technical Officer I mill-Estate Management Department li huwa sekondat fl-uffiċċju tad-Direttur Ġenerali ta' l-Artijiet u Kostruzzjoni li għandu l-permess li juża l-vettura uffiċjali skond il-bżonn, anke wara l-ħin tax-xogħol peress li jkun meħtieġ li jagħmel spezzjonijiet f'dawn il-ħinijiet.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex nies li qed imorru fil-bajja ta' Kemmuna fuq il-blat li jinsab ferm 'il bogħod u faċċata tal-bajja tal-lukanda qed jiġu mġiegħla jieqfu mill-BBQ's mill-management tal-lukanda ta' Kemmuna kif ukoll jitfgħu kull xorta ta' dawl? Ladarba dawn ikunu jinsabu ferm 'il bogħod mil-lukanda, xi dritt għandha l-lukanda li twaqqaf lil dawn in-nies li jmorru Kemmuna mal-familji tagħhom għal ftit mistrieħ? Il-bajjiet ta' Kemmuna saru proprjeta' privata tal-lukanda u mhux aktar proprjeta' pubblika li tista' titgawda mill-poplu Malti u Għawdxi kollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Pulizija ta' Kemmuna f'okkażjoni waħda keċċiet nies li kienu qegħdin jagħmlu barbecue f'bajja f'Kemmuna u dan għaliex dawn in-nies kienu fil-bajja privata li għandha l-lukanda b'kuntratt. Dawn in-nies kienu komplew bil-barbecue f'parti oħra ta' Kemmuna fejn huwa proprjeta' pubblika.
Jekk xi nies jkunu qed jagħmlu barbecue jew kwalunkwe attivita' oħra f'xi parti pubblika ta' Kemmuna jiġu mwaqqfa milli jagħmlu dan mill-Management tal-Lukanda, dawn għandhom jaghmlu rapport lill-Pulizija ta' Kemmuna u jittieħdu l-passi opportuni.