Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10007 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zejtun — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li ssir bozza fi Sqaq Strejnu, Ramla Road, Zejtun, minħabba d-dlam li hemm, għalkemm hemm għadd ta' residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li m'hemmx biżżejjed tagħrif speċifiku dwar f'liema parti ta' l-isqaq imsemmi qed issir it-talba biex titwaħħal bozza. Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jagħti aktar tagħrif f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #10008 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Millenju — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk bejn l-aħħar tas-sena 1999 u l-bidu tas-sena 2000 hux se jitħallew isiru ċelebrazzjonijiet tal-millenju, bħal parties u receptions, minn entitajiet kummerċjali (bħal pubs/restaurants, eċċ.) f'Malta u f'Għawdex minbarra dawk li se jkunu organizzati mill-gvern? Jekk fl-affermattiv, x'permessi huma meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jeżistu ebda restrizzjonijiet biex entitajiet kummerċjali f'Malta u Għawdex jorganizzaw 'parties' u 'receptions' bejn l-aħħar tas-sena 1999 u l-bidu tas-sena 2000. L-applikazzjonijiet meħtieġa huma dawk li normalment wieħed ikun irid jagħmel sabiex jorganizza 'parties' u 'receptions' simili. Talbiet għal attivitajiet bħal dawn fil-Floriana u l-Belt Valletta jiġu kunsidrati wkoll mill-Kumitat Nazzjonali għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju biex jiġi assigurat l-aħjar kordinament maċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali.
Leg 9 PQ #9991 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fin-naħa tat-Tramuntana ta' Malta hemm għadd ta' bini b'erba' sulari filwaqt li fin-nofsinhar ta' Malta, partikolarment fl-inħawi ta' Wied il-Għajn, m'hemmx dan il-permess tar-raba' sular? Meta f'Malta għandna l-problema ta' high density population u l-art hi limitata, jaħseb il-Ministru li jagħmel sens li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tirrilaxxa r-raba' sular kullimkien?

Response (BORG, TONIO)

L-iskemi ta' żvilupp u għoli permissibli tal-bini storikament huma marbutin ma' l-iskemi ta' żvilupp (pjan regolatur) li saru fis-sittinijiet, sebgħinijiet u t-tmeninijiet. Ovvjament kien hemm diversi tibdil minn dak iż-żmien iżda mhux f'dak li għandu x'jaqsam ma' għoli permissibli. Normalment l-għoli ikun relatat mal-kuntest tat-topografija tal-lokalita` u l-kapaċita` ta' l-infrastruttura tal-post. Ir-reviżjoni ta' l-għoli ta' sulari permissibli huwa ħidma li ssir fil-livell ta' pjan lokali. 05.10.99
Leg 9 PQ #10005 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bank of Valletta/HSBC — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-banek, prattikament il-Bank of Valletta u l-HSBC (Mid-Med Bank), joħorġu external applications għal min għandu s-C.I.B.? Billi s'issa jidher li fil-Bank of Valletta ħarġu internal applications, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib joħorġu external applications għal min studja l-banking school u ġab s-C.I.B.?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-azjendi li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huma privati, kwotati fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il-kompitu ta' dan il-Ministeru li jagħti l-informazzjoni mitluba.

Wied il-Għajn — Triq is-Subbien

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq is-Subbien f'Wied il-Għajn ma ġietx inkluża fil-lista ta' toroq ġodda li se jagħmel ir-Roads Department f'Wied il-Għajn? Jaf il-Ministru li din it-triq ilha snin twal tiġi imwegħda li se ssir u li fiha joqogħdu għadd kbir ta' residenti u li din it-triq tinsab fi stat diżastruż? Għaliex id-direttur tat-toroq se jħalli barra din it-triq meta jien stess ħadtu aktar minn darba biex jara f'liema stat tinsab?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat mid-Direttur tat-Toroq li Triq is-Sibbien qiegħda mniżżla fil-programm ta` toroq li d-Dipartiment ħejja mal-Kunsill Lokali. Bħalissa qed jittieħdu passi ma` l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex jiġu stabbiliti kriterji adekwati li jiddeterminaw il-prijorita` tax-xogħolijiet f`dawn it-toroq biex toroq bħal dawn tingħatalhom prijorita` ġusta li tkun dovuta lilhom.
Leg 9 PQ #9806 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ tal-Prim Ministru

Question

B'riferenza għall-inċidenti li seħħew quddiem il-qorti meta folla ta' partitarji Laburisti nsulentaw, għajjru u pprovaw jaggredixxu lill-Prim Ministru li kien xhud tal-qorti, jista'l-Ministru jgħid kemm alloka pulizija extra quddiem il-qorti l-Kummissarju tal-Pulziija biex jassigura li inċidenti bħal dawn ma jseħħux? La darba l-media Laburista kienet ilha ġranet tħeġġeġ lill-partitarji Laburisti biex jinġabru quddiem il-qorti, x'passi ħa l-Kummissarju tal-Pulizija biex jassigura li l-Prim Ministru jkollu biżżejjed protezzjoni la darba kienet ovvja li setgħu jinqalgħu inċidenti bħal dawn? Min kien is-supritendent tal-pulizija, jew l-ispettur, inkarigat quddiem il-qorti biex jassigura li jagħti l-protezzjoni lill-Prim Ministru u jassigura li ma jseħħux inċidenti? Għaliex il-Kummissarju ma anteċipax li parti mill-folla ta' partitarji Laburisti kienu se jippruvaw jidħlu l-qorti u dawn ġew miżmuma biss mill-istaff tal-qorti? Kemm bagħat pulizija fil-bieb tal-qorti l-Kummissarju tal-Pulizija? Intbagħat fotografu tal-pulizija fuq il-post biex seta jieħu ritratti ta' nies li aggredixxu u għajjru lill-Prim Ministru ħalli jkunu jistgħu jiġu identifikati u jittieħdu passi kontrihom? Jaħseb il-Ministru li għandu jordna investigazzjoni minħabba l-ineffiċjenza tal-pulizija, kemm minħabba n-nuqqas tagħha fuq il-post, kif ukoll talli naqqset milli tanteċipa dawn l-inċidenti meta kien ovvju li quddiem il-qorti kienet se tinġabar folla ta' partitarji li setgħu kienu ostili għall-Prim Ministru li kien xhud tal-qorti? X'investigazzjonijiet qed isiru fuq dawn l-inċidenti mill-pulizija, minn min qed jitmexxew u fiex waslu s'issa? Possibbli l-Ministru jwieġeb fid-dettal għal kull mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

Din ma kenitx l-ewwel darba illi l-Prim Ministru ta x-xhieda tiegħu f'kawża ta' libell. F'kull okkażżjoni bħal din hu jkun akkumpanjat mill-Pulizija li għandu miegħu. Iż-żamma ta' l-ordni fil-bini tal-Qorti u madwaru hi responsabbilita` tal-Għassa tal-Belt. Wara l-fatti li seħħew u li bħalhom ilna snin twal ma naraw, qed issir investigazzjoni interna sabiex tassigura li r-reazzjoni tal-Pulizija - anki meta l-aġir ta' folla jkun imprevedibbli - tkun aktar immedjata. Ir-responsabbilita` politika ta' dak li ġara jerfagħha min għoġbu jorganizza folla imbagħad sab li ma setax jikkontrolla l-aġir tagħha. 04.10.99
Leg 9 PQ #9807 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

GWU — Azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ġew jiswew lill-pajjiż l-azzjonijiet industrijali tal-General Workers' Union, fosthom fl-MIA, fil-Freeport u f'postijiet oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #9808 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistant heads

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għandux il-ħsieb li jdaħħal aktar assistant heads fl-iskejjel ta' l-Istat, wara li diġa' daħħal madwar 23? Kemm se jdum validu dan l-eżami u meta se jiskadi r-riżultat tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslet fil-Ministeru nhar il-Ħamis li għadda ma kienx hemm iż-żmien meħtieġ biex jinġabar it-tagħrif. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #9809 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti, kif ħabbar il-Ministru, li jsir pipeline biex il-power station tibda taħdem bil-gas? Fiex waslu l-istudji li saru jew li qed isiru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Waħda mill-possibiltajiet li qed tiġi kkunsidrata bħalissa hija dik ta''pipeline' li tforni il-power stations (f'Malta) bi provista ta' gas naturali. Minn aspett ambjentali, il-gas naturali joffri vantaġġi kbar fuq iż-żjut (fuel oil jew diesel) intużati bħalissa. L-użu tal-gas jimplika, potenzjalment, l-eliminazzjoni kważi totali tat-tniġġiż tal-arja mill-power stations. Minn aspett ekonomiku, il-gas jinbiegħ bi prezz ħafna irħas minn dak taż-żejt. Fil-fatt, in-nefqa prinċipali tinsab fl-ispiża kapitali meħtieġa sabiex il-gas jitwassal sa fejn jeħtieġ jintuża, permezz ta' pipeline dedikata. Minn studju preliminari li sa f'isem l-Enemalta jidher li, anki meta titqies din l-ispiża kapitali kbira tal-bidu sabiex titqiegħed il-pipeline meħtieġa, xorta l-użu tal-gas jirriżulta kompetitur meta mqabbel maż-żejt, jekk wieħed jagħmel kalkolu fuq tul biżżejjed ta' snin. L-Enemalta bi ħsiebha tidħol iktar fil-fond ta' dan is-suġġett sabiex toħroġ stampa iktar sħiħa li fuqha ikun possibbli li jsiru rakkomandazzjonijiet definittivi. Dwar pipeline minn Sqallija għall-Malta.
Leg 9 PQ #9892 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Valletta — Triq Merkanti - Tiswija

Question

Possibbli l-Enemalta tieħu passi biex tirranġa b'mod permanenti phase li qed imur kull ftit ġranet fi Triq il-Merkanti, il-Belt fejn kif jaf il-Ministru hi triq prinċipali fil-Belt fejn hemm għadd ta' entitajiet kummerċjali inkluż id-Dipartiment ta' l-Insinwa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħgħoddija lill-Korporazzjoni li min-naħa tagħha qed tikkunsidraha flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #66 Sitting 145 1999-09-27 Written · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

RCC — Attentat ta' qtil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-ordni biex joħroġ il-file tal-pulizija mid-depot dwar l-attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana u jmur l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ngħatatx bil-miktub jew bil-fomm? L-Assistent Joe Cachia u s-Supretendent John Rizzo nformaw lill-Kummissarju George Grech qabel ħarġu dan il- file ? Kemm dam il- file Kastilja? Qed issir investigazzjoni biex jittieħdu passi kontra min naqqas f'dan il-każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li t-talba minghand il-Ministru minghajr Portafoll, l-Onor Joe Mizzi sabiex jinghata l-file dwar l-attentat ta’ qtil tas-Sur Richard Cachia Caruana, ma kinitx bil-miktub. Il-Kummissarju tal-Pulizija ma kienx infurmat b’dan u l-file kien dam Kastilja ftit granet. Ninsab infurmat ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija nvestiga dan il-kaz u ma rrizultax li hemm lok ghal xi proceduri ulterjuri.
Leg 9 PQ #113 Sitting 145 1999-09-27 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Wied il-Għajn — Playground

Question

Jikkonsidra l-Ministru li, b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn, ineħħu mill-playground il-merry-go-round li qed tkun perikoluża u qed tikkaġuna diversi inċidenti fost tfal żgħar li jagħmlu użu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #122 Sitting 145 1999-09-27 Written · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid kemm hemm deputati fil-leġislatura preżenti (miż-żewġ naħat tal-Kamra) li għaliex għandhom post ta' lecturer l-Universita' żammew l-impjieg tagħhom mal-gvern? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm hemm deputati f'din il-leġislatura (miż-żewġ naħat tal-Kamra) li għaliex ma għandhomx post ta' lecturer ma' l-Universita' ta' Malta tilfu l-impjieg li kellhom mal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi fil-legislatura prezenti hawn zewg Deputati (wiehed fuq kull naha tal-Kamra) li zammew l-impjieg taghhom mal-Gvern ghax ghandhom post ta’ ‘lecturer’ ma’ l-Universita’ ta’ Malta. F’din il-legislatura hawn ukoll hames Deputati (tlieta fuq in-naha tal-Gvern u tnejn fuq in-naha ta’ l-Oppozzizjoni) li minhabba li m’ghandhomx post ta’ ‘lecturer’ ma’ l-Universita’ ta’ Malta ma setghux izommu l-impjieg taghhom mal-Gvern.
Leg 9 PQ #123 Sitting 145 1999-09-27 Written · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Richard Cachia Caruna — Sigurta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux magħruf min ta l-ordni biex titneħħa is-sigurta' minn mal-vittma ta' attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana? Lil min ta din l-ordni? Din l-ordni kienet bil-kitba jew bil-fomm? Hi magħrufa r-raġuni wara deċiżjoni bħal din?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ordni sabiex titnehha l-protezzjoni minn mas-Sur Richard Cachia Caruana kienet inghatat bil-fomm lill-Kummissarju tal-Pulizija mill-Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru. Dan gara minkejja l-oppozizzjoni cara tal-Kummissarju tal-Pulizija li baqa’ jinsisti li l-protezzjoni tibqa’. Dan l-agir tal-Ministru Joe Mizzi gie kkundannat mill-Ombudsman li kkonkluda li d-decizjoni ta’ l-istess Ministru Mizzi kienet hazina kif ukoll, in vista ta’ l-oppozizzjoni tal-Kummissarju, kienet tammonta ghal ksur tal-ligi, u cioe’ l-Att dwar l-Interpretazzjoni (Kap 249). Il-Kummissarju tal-Pulizija qatt ma nghata r-ragunijiet ghal din id-decizjoni. Kien biss fil-kors ta’ l-investigazzjoni li ghamel l-Ombudsman li s-Sur Mizzi spjega x’kienu r-ragunijiet ghala ha din id-decizjoni, liema ragunijiet ma gewx meqjusa bhala validi mill-istess Ombudsman. Dan ghalhekk kien kaz ta’ indhil mhux gustifikat minn Ministru fl-operat tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #130 Sitting 145 1999-09-27 Written · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri Parlamentari — Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċirkolaritajiet ta' l-1998 fejn fiha ġie elenkat li membri parlamentari jistgħu japplikaw għall-leave without pay on grounds of public policy kif ukoll ikollhom dritt japplikaw għall-promozzjonijiet fid-dipartimenti rispettivi tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkolari OPM/19/96 tas-17 ta’ Settembru 1996. Minn din iċ-Ċirkolari ’l quddiem, il-‘leave without pay’ li jingħata lill-impjegati tal-gvern biex jikkontestaw l-Elezzjonijiet Ġenerali u l-perjodu li jkunu servew bħala Membri Parlamentari jgħodd bħala ‘leave’ bla ħlas ‘on grounds of public policy’, jiġifieri bħala servizz mal-Gvern għall-fini ta’ ‘increments, progression’ minn skala għall-oħra, promozzjonijiet fuq bażi ta’ ‘progression’ u pensjoni. Dawk l-impjegati li jiġu eletti, jibqgħu meqjusa bħala li rreżenjaw sakemm ikunu Membri Parlamentari u ma jkunux jistgħu japplikaw għal promozzjonijiet oħra mal-Gvern qabel ma jiġu ‘re-instated’. Ma ħarġux ċirkularijiet fl-1998 dwar dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #134 Sitting 145 1999-09-27 Written · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Richard Cachia Caruana — File konfidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jispjega l-implikazzjonijiet li file kunfidenzjali tal-Pulizijadwar l-attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana, liema każ hu marbut ma' każ ieħor ta' traffikar kbir ta'drogi, jinħareġ mid-depot wara li jintalab mill-uffiċċju ta' l-ex-Prim Ministru Alfred Sant? Xi jfisser il-fatt li ritratti u informazzjoni oħra minn ġo dan il- file kunfidenzjali spiċċat f'idejn ġurnalisti tal- media Soċjalista? La darba bil-fatti din l-informazzjoni kunfidenzjali tal-Pulizija ġiet f'idejn il- media Soċjalista, kif wieħed jista' jserrah rasu li din ma ġietx ukoll f'idejn l-avukati ta' Ian Farrugia li t-tnejn inzertaw deputati Soċjalisti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ministru għandu dritt jitlob biex jara ‘files’ ta’ Dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu. Fil-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, jien infurmat li sakemm dam għand il-pulizija, qatt ma ħareġ xejn minn dan il-‘file’ fuq il-media. Kien biss wara li dan il-‘file’ intalab mill-Ministru mingħajr Portafoll ta’ dak iż-żmien, li bdew jidhru partijiet minn dan il-‘file’ fuq sezzjoni partikolari ta’ l-istampa. L-izvelar ta’ dokumenti u informazzjoni fl-imsemmi ‘file’ jista’ jwassal għal telf ta’ fiduċja mill-pubbliku fil-forzi ta’ l-ordni, liema fiduċja hija indispensabbli fis-soluzzjoni ta’ reati ta’ gravita bħal dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. L-aħħar parti tal-Mistoqsija hija waħda ipotetika u għaldaqstant ma nistax inwieġeb għaliha.
Leg 9 PQ #9312 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Bishop Zahra Street - Bozza

Question

Tista' l-Enemalta tara li jsir shade fuq in-naħa ta' ġewwa tal-bozza li hemm mal-faċċata tar-residenza "Gloria Joseph House", Bishop Zahra Street, Żejtun biex id-dawl ma jibqax jidħol fuq ġewwa speċjalment fix-xhur tas-sajf meta wieħed iħalli it-twieqi miftuħin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol biex jitwaħħal shade mal-bozza msemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra.
Leg 9 PQ #9352 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xlendi - Diskoteka

Question

Possibbli l-Ministru ġentilment tinformani, wara li d-dipartment konċernat jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji, jekk hux vera li diskoteka ewlenija u popolari fin-niżla tax-Xlendi qed tarmi d-drenaġġ għal ġol wied tax-Xlendi? Possibbli l-Ministru tinformani jekk dawn ir-rapporti humiex minnhom jew le?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kemm id-diskoteka 'La Grotta' kif ukoll id-djar residenzjali li hemm fl-inħawi viċini tagħha li jinsabu fin-niżla tax-Xlendi għandhom l-użu tal-fossa billi m'huwiex possibbli li jikkommunikaw mas-sistema tad-drenaġġ peress li huwa 'Rising Main Sewer'. L-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika permezz ta' l-ispetturi tas-saħħa fi ħdanu għamel diversi spezzjonijiet fil-lokal in kwestjoni u ma rriżultax li seta' sar xi tfigħ ta' drenaġġ fil-Wied tax-Xlendi. Barra minn hekk il-fosos eżistenti qegħdin jitbattlu regolarment permezz ta' kuntrattur privat.
Leg 9 PQ #9353 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Xlendi - Diskoteka

Question

Possibbli l-Ministru jinvestiga rapporti li waslu għandi li diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi estendiet il-bini fuq art pubblika fl-istess wied tax-Xlendi? Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irċevitx rapport dwar dan l-abbuż? Jekk iva, għamlet l-investigazzjonijiet neċessarji u saret site inspection? X'passi ttieħdu jew qed jittieħdu jew se jittieħdu jekk dan l-abbuż jiġi konfermat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta' l-Ippjanar irċeviet rapporti dwar żvilupp illegali fuq is-sit indikat mill-Onor. Interpellant. Wara diversi spezzjonijiet li saru tul dawn l-aħħar snin irriżulta li s-sidien tal-kumpless inkwestjoni huma responsabbli għal diversi illegalitajiet fuq is-sit u nħareġ Enforcement Notice (Avviż 503/97) skond l-Att I ta' l-1992 dwar l-iżvilupp. Dan l-Avviz ikopri l-izvilupp illegali ta' Pizzerija, mħażen taħt l-art, pjattaforma u bar fil-livell t'isfel tal-wied u llegalitajiet oħra. Qed isiru l-arranġamenti sabiex jiġu organizzati r-riżorsi neċessarji biex dan l-iżvilupp illegali jitneħħa mill-Awtorita` kemm il-darba s-sid jonqos li jneħħieh huwa stess. Irid jingħad li oltre dawn l-illegalitajiet indikati hemm illegalitajiet oħra fejn huwa diffiċli għal-Awtorita` li tintervjeni direttament minħabba li l-istess illegalitajiet jagħmlu parti minn u/jew fuqhom jeżisti żvilupp kopert minn permess jew permessi maħruġa skond il-liġi. F'dan ir-rigward qed jiġi analizzat x'passi oħra jistgħu jittieħdu, skond il-liġi, mill-Awtorita` sabiex is-sidien jottemporaw ruhom mal-liġi. 27.09.99
Leg 9 PQ #9354 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xlendi - Postijiet ta' divertiment

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma wara li tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa jekk kull post ta' divertiment li hemm fin-niżla tax-Xlendi (partikolarment dawk viċin diskoteka popolari) għandhomx il-permessi meħtieġa biex joperaw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kull lokal ta' divertiment li hemm fin-niżla tax-Xlendi għandu liċenzja tal-pulizija sabiex jopera.