Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11110 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — HSBC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kuntrarjament għal dak li allega l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-fatt li x-shares ta' l-HSBC f'Malta żdiedu bil-valur tagħhom għal aktar minn Lm4 ifissirx li kibret il-fiduċja u l-valur tal-bank? Dan il-fatt fih innifsu jista' jitqies bħala konferma ta' kemm kienet għaqlija d-direzzjoni tal-Gvern Malti li jbiegħ lill-Mid-Med Bank lil HSBC?

Response (DALLI, JOHN)

L-attivita fil-borża hi dik li hi u l-ishma jitilgħu mhux biss minħabba l-valur intursiku tal-kumpanija nvoluta imma wkoll b`riżultat tal-likwidita li jkun hawn fil-pajjiż kif ukoll tal-ammont ta` ishma li jkun hemm fis-suq. Illum l-ishma kollha fil-borża ta` Malta telgħin. Hu minnu li `l fatt li l-HSBC illum hi shareholder maġġoritarju tal-Mid-Med Bank żied valur lil Bank.

Vetturi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi/vetturi reġistrati f'Malta u f'Għawdex? Kemm jinbiegħu karozzi ġodda f'kull ġurnata bejn wieħed u ieħor? Kemm inbiegħu karozzi ġodda sa l-aħħar ta' Ottubru 1999? Kemm idaħħal minn ħlas ta' liċenzji ta' karozzi kull sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa l-aħħar ta` Settembru 1999, kien hawn 265,961 vetturi irreġistrati f`Malta u f`Għawdex. Mill-ħlas tal-liċenzji tal-vetturi, huwa stmat li din is-sena il-Gvern se jdaħħal is-somma ta` Lm10,000,000.
Leg 9 PQ #10899 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni li għandhom dritt għall-vot

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk humiex isiru investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar persuni li fl-aħħar elezzjoni ġew minn barra minn Malta, speċifikament biex jivvotaw meta allegatament ma kenux kwalifikati ai termini tas-Sezzjoni 57 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u 112 ta' l-Att ta' l-1991 dwar l-elezzjonijiet ġenerali? Kemm hemm nies li qed jiġu nvestigati fuq l-allegati każi msemmija hawn fuq? Kif bdiet din l-investigazzjoni u min għamel ir-rapport lill-Kummissjoni Elettorali? F'każ li r-rapporti saru mill-partiti politiċi, mil-liema partit saru dawn ir-rapporti u kemm saru rapporti dwar numru ta' persuni minn kull partit? Minn min qed jitmexxew dawn l-investigazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija kellha żewġ talbiet mingħand il-Kummissjoni Elettorali sabiex isiru nvestigazzjonijiet dwar persuni li allegatament ivvotaw fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali meta dawn ma kellhomx il-kwalifiki sabiex jivvotaw. Waħda mit-talbiet kienet saret lill-Kummissjoni Elettorali mill-Partit Laburista u kienet dwar persuna waħda, filwaqt li t-talba l-oħra lill-Kummissjoni Elettorali kienet saret mill-Partit Nazzjonalista dwar 137 persuna. Dawn l-investigazzjonijiet qed isiru mill-Economic Crime Unit tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #10900 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Institute of Health Care — Conversion Course

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W30, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li ġiet riferuta għalik u cioe': Billi naf li hemm mill-inqas enrolled nurse wieħed li jaħdem fi sptar privat u li hu interessat li jkun sponsored mill-istess sptar fejn jaħdem biex jagħmel il-Conversion Course għal SRN u billi dan it-tip ta' kors isir biss mill-Institute of Health care, għaliex persuni bħal dawn ma jitħallewx jattendu għal dan il-kors ladarba l-Institute se jitħallas għal dan il-Conversion Course mill-isptar privat in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Enrolled Nurses li qed jattendu jew li ser jattendu il-Convension Course għal SRN ġew magħzula wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li kienet miftuħa għall-impjegati fis-Settur Pubbliku biss. Għaldaqstant persuni oħra ma jistgħux jattendu l-imsemmi kors.
Leg 9 PQ #10905 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Zabbar - Triq San Ġużepp - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-Enemalta tieħu passi biex tirranġa bozza li hemm fi Triq San Ġużepp, Zabbar, li ilha maqtugħa għal għaxar ġimgħat u baqgħet ma ġietx irranġata (għax hi bil-ħsara u mhux sempliċement maqtugħa) minkejja li r-residenti ilhom għaxar ġimgħat jirrapportawha? Possibbli l-Enemalta tieħu passi immedjati biex tirranġa din il-bozza li inti u dieħel f'St Joseph Street, Zabbar min-naħa ta' Ħaż-Żabbar, tinsab l-aħħar bozza? Billi din it-triq tinsab fid-diżabitat u hemm residenti bil-farms joqogħdu f'din it-triq, possibbli jittieħdu passi biex fl-aħħar din il-bozza tiġi rranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn stħarriġ li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li hemm lampi maħruqa fi triq San Ġużepp, Haż-Żabbar

Maltapost — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid fl-aħħar call for application għall-postman mal-Maltapost, kemm applikaw? Kemm-il applikazzjoni ġiet aċċettata u kemm saru interviews? Kemm għaddew u kemm daħlu s'issa? Hemm waiting list ta' dawk li għaddew, u jistgħu jidħlu oħrajn fil-futur qarib minn din il-waiting list? Kemm se jdum validu r-riżultat ta' dan l-eżami? B'kollox kemm tikkalkola li għandha vacancies ta' postman il-Maltapost?

Response (GALEA, ĊENSU)

Billi r-responsabilta` ta` l-amministrazzjoni tal-Maltapost plc hija tal-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi, L-Onor. Membru hu mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #11006 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizja — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-persuna tilfet ħajjitha f'inċidenti tat-traffiku tul l-1999 sa l-aħħar ta' Ottubru? X'kienu l-etajiet tagħhom f'kull każ? Kemm-il-persuna tilfet ħajjitha f'inċidenti tat-traffiku tul l-1998 sa l-aħħar ta' Ottubru u sa l-aħħar ta' l-1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 1999, kien hemm 11-il persuna li tilfu ħajjithom f`inċidenti tat-traffiku. L-etajiet ta` dawn il-persuni kienu kif ġej : 18 36 15 18 35 63 33 62 91 45 26 Ninsab infurmat ukoll li bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 1998, kien hemm 15-il persuna li tilfu ħajjithom f`inċidenti tat-traffiku, filwaqt li bejn l-1 ta` Novembru u l-31 ta` Diċembru 1998, kien hemm persuna waħda.
Leg 9 PQ #8571 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq id-Denci - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jitkompla l-ilma u d-dawl (fejn hemm l-arbli tad-dawl diġa') fi Triq id-Denċi, il-Mellieħa? Ladarba dan ix-xogħol inbeda, possibbli jitkompla biex ir-residenti kollha jkunu moqdija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ilma ninsab infurmat li l-formazzjoni fil-livell ta' din it-triq għadu mhux lest u minħabba dan ma jistgħux jitqiegħdu l-kanni. Meta l-formazzjoni titlesta, is-servizz ta' l-ilma jiġi pprovdut. Rigward id-dawl fl-istess triq, ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet kollha huma lesti u m'hemmx applikazzjonijiet pendenti. Hija l-policy ta' ll-Enemalta li l-linji kollha jiġu mgħoddija ladarba jsiru applikazzjonijeit ġodda.
Leg 9 PQ #8877 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq Ħas-Sajjied - Dawl

Question

Wara li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa biex issir bozza ġdida fi Triq Ħas-Sajjied, Żabbar, ħdejn ir-residenza tal-familja Saliba, residenza numru 16, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli jittieħdu passi biex din il-bozza li ilha ħafna pendenti titwaħħal? Billi din il-familja toqgħod fl-imwarrab u hi ferm anzjana u billi diġa' jeżisti arblu tad-dawl ħdejn din ir-residenza, huwa possibbli jintervjeni l-Ministru biex din il-bozza li ilha tintalab snin twal fl-aħħar titwaħħal għax hemm ferm bżonnha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fl-inħawi msemmija hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #10897 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Probation officers

Question

Jaħseb il-Ministru li l-probation officers lil hemm fil-Probation Services m'għandhomx jitħallew jagħmlu użu mill-karozzi privati tagħhom biex jagħmlu l-home visits għax dawn isiru klijenti, li xi ħadd minnhom jista' faċilment jieħu n-numru tal-karozza u jagħmlilhom xi vendizzjoni? Jaħseb li minħabba l-ammont ta' viżti u ġiri li jkollhom lanqas hu prattikabbli li jużaw il-karozzi tal-linja? Jaħseb il-Ministru li l-aħjar alternattiva hi li l-probation services ikollhom karozzi allokati għal użu esklussiv tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant ser jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #10681 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet tal-qalb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni tal-qalb jew/u Thoracic Surgery saret minn kardjoloġista Malti, Mr Albert Manche', u t-team Malti tiegħu kemm ilu li nġieb Malta? Kemm kienet il-medja ta' pazjenti Maltin li kienu jintbagħtu barra minn Malta għal open heart surgery kull sena, qabel ġie Mr. A. Manche' u kemm hi issa l-medja ta' pazjenti li qed jintbagħtu barra għal open heart surgery kemm ilu hawn Malta dan il-kardjoloġista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-kirurgu Mr. Alex Manche` u t-team tiegħu bdew joffru servizz komplut ta` cardiothoracic surgery minn April 1995. Sal-25 ta` Ottubru 1999 saru 1444 operazzjoni fuq il-qalb u 318 operazzjoni oħra fuq il-pulmun u l-kaxxa tas-sider (thorax), jiġifieri medja ta` 392 operazzjoni ta` cardiothoracic surgery fis-sena. Minn April 1995 l-ebda pazjent adult Malti ma ntbagħat għal kura barra għal operazzjonijiet tal-cardiothoracic surgery. Fl-aħħar sena qabel beda s-servizz tiegħu Mr. Manche`, kien hemm 190 pazjent li ġew operati barra l-pajjiż u 91 oħra sarilhom intervent kirurġiku f'Malta minn kirurġi barranin, li jammontaw għal 280 operazzjoni ta` cardiothoracic surgery fis-sena ta` qabel inbeda s-servizz komplut lokalment.
Leg 9 PQ #10715 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Emerġenza — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kull xahar ta' din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru 1999 kemm daħlu nies fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza? Kemm-il darba issejħet l-ambulanza stand by fuq każi urġenti sa l-aħħar ta' Settembru 1999 (tul din is-sena)? Kemm-il x-ray ittieħed fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa sa l-aħħar ta' Settembru 1999? Il-Ministru jaħseb li għadu qed isir abbuż mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza, fis-sens li hemm sezzjoni ta' nies li għadha tuża dan id-dipartiment qisu kien xi ċentru tas-saħħa jew out-patient department? Fid-dawl ta' dan, jikkonsidra d-Dipartiment tas-Saħħa li jerġa' jibda messaġġi u filmati promozzjonali fuq il-mezzi kollha tax-Xandir u l-Media biex il-pubbliku jiġi mgħallem u avzat aħjar meta għandu jew m'għandux juża d-Dipartiment ta' l-Emerġenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10869 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10685 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tat-Trasport u Kommunkikazzjoni u ċioe' jista' l-Ministru jelenka l-lista tat-toroq li se jiġu rranġati f'Wied il-Għajn? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol u meta hu maħsub li jintemm? Kemm hi prevista l-ispiża totali biex jiġu rranġati dawn it-toroq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-toroq li ser jiġu rranġati f'Wied il-Għajn huma dawn: Triq il-Miklem Malti Triq il-Mintba Triq Patri Wistin Born Triq l-Imriekeb Triq iċ-Ċervjola Triq il-Qawwara Triq il-Menhir Triq ta' Gidwet Triq il-Munxar Triq il-Maħsel Triq Hurd's Bank Triq l-Artillieri Triq il-Batterija taż-Żonqor Triq Għaxqet l-Għajn Triq il-Bajja Triq is-Sliem Parti minn Triq il-Vajrita N/S fi Triq iċ-Ċervjola Parti minn Triq id-Dolmen Parti minn Triq il-Baħrija N/S fi Triq il-Gidwet Car Park u parti mill-promenade fil-bajja ta' San Tumas Dan ix-xogħol mistenni jibda fi Frar/Marzu 2000 u jkun lest sa Ottubru 2000. L-istima ta' dawn ix-xogħlijiet tammonta għal madwar Lm510,000.
Leg 9 PQ #10870 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Bishop Zahra Street - Bozza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9312, jista' l-Ministru jispjega l-fatt li biex sempliċement issir shade ma' bozza li qed idejjaq lil xi residenti dan "għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra"? Jaħseb il-Ministru li fl-Enemalta hemm sezzjonijiet li jistgħu iwaħħlu dan is-shade mingħajr ma' residenti nvoluti ikollhom jistennew aktar? Possibbli l-Enemalta tkun ftit aktar customer oriented f'dan il-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jġena nfurmat lġ x-xogħol fl-ġmsemmġja trġq tlesta kġf kġen meħtġeġ
Leg 9 PQ #10876 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Planning Control Section

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt jien fid-9.11.93, mistoqsija parlamentari numru 13941, jista'l-Ministru jikkonferma r-risposta li kienet ingħatat għaliex minkejja diversi ittri tiegħi lill-"Planning Control Section TPU", s'issa bqajt bla risposta bil-konsegwenza li hemm familja li tixtieq tirranġa d-dar tagħha u s'issa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qatt ma tatha risposta definittiva jekk id-dar tagħhom hux se tintmess b'toroq ġodda li jista' jkun hemm ippjanati? Dan minkejja diversi ittri tiegħi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar (Planning Control Section TPU) liema l-ewwel ittra intbagħtet fit-23 ta'Diċembru, 1998 u minkejja diversi reminders s'issa dejjem bqajt bla risposta, possibbli l-Ministru jintervjeni biex fl-aħħar issir ġustizzja ma'l-għadd ta' residenti f'din il-parti tal-qalba tar-raħal li jixtiequ risposta definittiva dwar x'se jiġri mir-residenzi tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Dwar il-każ li saret referenza għalih fil-Mistoqsija, ninsab infurmat li, permezz ta` ittra datata 12 ta` Marzu, 1999, mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, kien ġie ndikat lill-Onor. Interpellant li kien sar survey ta` l-area kollha ta` l-inħawi sabiex l-Awtorita` tara kif bl-aħjar mod tippjana mill-ġdid din l-area. L-Onor. Interpellant japprezza li dan mhux faċli għax wieħed irid jara kif il-bdil meħtieġ tal-pjan jkun jista` jiġi attwat. Saru wkoll laqgħat ma` l-Onor. Interpellant fejn ġew diskussi l-problemi tad-drenaġġ u tal-ilma tat-triq tal-area, il-bdil meħtieġ biex jiġi protett bini storiku fl-inħawi, kif ukoll l-applikazzjoni għall-żvilupp ta` proġett fl-inħawi. Kienet saret ukoll laqgħa bejn id-Direttur ta` l-Ippjanar, l-applikant u l-perit tiegħu. Fil-preżent l-Awtorita` qiegħda tistenna risposta mill-applikant għall-iżvilupp propost, sabiex l-Awtorita` tkun tista` tikkunsidra l-bdil meħtieġ fil-pjan.
Leg 9 PQ #10895 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet

Question

Jista' jekk hu possibbli l-Ministru jieħu passi biex l-eżamijiet tal-Marketing, Accounts, Economics u Computer Matsec "A"level,ma jikklexjawx fl-istess ħin ta' l-accounts, economics, computer - London "A" level u commerce "O" level kif ġieli ġara fil-passat u dan billi hemm għadd ta' studenti li se jagħmlu dawn l-eżamijiet u allura tkun problema jekk jinzertgaw fl-istess ħin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalkemm il-Bord tal-Matsec jixtieq li ebda eżami tal-Matsec ma jikklexxja ma' xi eżami ieħor għax il-ħinijiet jaħbtu flimkien, ma' dan kollu ma jistax jagħti garanzija li dan ma jseħħx. L-Onor. Membru jifhem li l-eżamijiet tal-Matsec jibdew mit-2 ta' Mejju u jibqgħu sejrin sas-6 ta' Ġunju 2000, waqt li l-maġġoranza ta' l-eżamijiet l-oħra jaħbtu wkoll fl-istess żmien. Bħall-każ tas-suġġetti li semma' l-Onor. Membru, hemm ħafna suġġetti oħra li għandhom numru kbir ta kandidati li jixtiequ joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matsec u għal dawk ta' barra.
Leg 9 PQ #10684 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji kienu tilfu l-pulizija taħt l-amministrazzjoni preċedenti Laburista? X'benefiċċji reġgħu ngħataw lura lill-puliizija taħt din l-amministrazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-miżuri li kienu ttieħdu fis-16 ta` Frar 1998, il-fizzjali kollha stazzjonati fid-Distretti u dawk fid-Dipartiment ta` l-Investigazzjoni Kriminali u s-surġenti f`din it-Taqsima, kif ukoll kuntistabbli li kienu jagħmlu xogħol bħala xufiera bdew jieħdu l-frank tagħhom fil-ġurnata tal-Ħadd u għalhekk tilfu d-dritt għal ħlas doppju. B`effett mill-1 ta` Jannar ta` din is-sena l-membri tal-Korp imsemmija bdew jaħdmu roster ta` frank idur kull ħames t`ijiem, u għalhekk reġgħu ngħataw il-benefiċċju għall-ħlas doppju dovut għall-impjegati li jaħdmu fil-Ħdud u Festi. Minbarra hekk, b`effett mill-1 ta` Jannar, 1999, numru kbir ta` membri tal-Korp, li b`riżultat tal-miżuri li ttieħdu fi Frar 1998 bdew jingħataw time off in lieu għas-sigħat żejda li jaħdmu, reġgħu bdew jitħallsu għal dawn is-sigħat żejda ta` xogħol.

Wied il-Għajn — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-lista tat-toroq li se jiġu rranġati f'Wied il-Għajn? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol u meta hu maħsub li jintemm? Kemm hi prevista l-ispiża totali biex jiġu rranġati dawn it-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li qed isir bħalissa f`Wied il-Għajn hu konness ma` l-`embellishment projects` li qed iwettaq il-Ministeru għall-Ambjent, u għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il garage ġie reġistrat s'issa biex ikunu jistgħu jsiru fih it-testijiet tal-VRT? Kemm ġew liċenzjati s'issa biex dawn jistgħu jibdew jaħdmu? X'passi ħa, qed jieħu jew se jieħu l-Ministru biex jiġu evitati abbużi mis-sidien tal-garaxxijiet billi jwaħħlu karozzi mit-test bl-iskuża li wara ftit dawn taparsi jiġu rranġati mill-istess garaxx bi spiża addizzjonali għas-sid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s`issa d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet irċieva 66 applikazzjoni mingħand persuni jew organiżżazzjoni biex joperaw stazzjon fejn isiru testijiet fuq vetturi. Minn dawn, ġa ġew illiċenzjati tnax il-stazzjon. Biex ma jkunx hemm abbużi, id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet għamel kuntratt ma kull Operatur li fiħ hemm penali ta` Lm10,000 u tiġi rtirata l-awtoriżżazzjoni biex jopera kemm `il darba xi Operatur jikser xi parti minn dan il-kuntratt. Għaldaqstant, kull Operatur iddepożita garanzija bankarja ta` Lm10,000 mad-Dipartiment tal-liċenzji u t-Testijiet. Minbarra hekk id-Dipartiment jagħmel spezzjonijiet għand l-istess garages.
Leg 9 PQ #10678 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — ITU - Ħinijiet

Question

Jaħseb il-Ministru li għandhom jiġu estiżi ħafna aktar il-ħinijiet tad-dħul fl-Intensive Therapy Unit biex b'hekk familjarji tal-qraba rikoverati f'dan il-post ikunu jistgħu igawdu aktar lill-qraba tagħhom li jkunu f'qagħda kritika, uħud minnhom possibbilment fl-aħħar ħinijiet ta' ħajjithom? Jaħseb il-Ministru li għandu jikkonsidra dan is-suġġeriment li llum ġie addottat minn diversi taqsimiet ta' kura intensiva f'diversi pajjiżi Ewropej u anki Amerikani? Jaħseb li pass bħal dan jgħin biex inaqqas l-istress fost il-familjarji li jkunu jistennew barra u l-ħin mhux permessibbli għad-dħul għandu jkun fil-ħin taċ-change over tax-shifts tan-nurses? Jaħseb il-Ministru li dan is-suġġeriment jaqbel sew mal-kunċett modern addottat f'diversi pajjiżi li pazjent anki jekk fl-ITU, xorta jibqa' parti minn familja u ma jsirx biss numru ta'sodda jew proprjeta' ta' l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-konsiderazzjonijiet li qed jagħmel l-Onor Interpellant huma validi. Wieħed irid janaliżża l-impatt ta` it-tip għaliex ma jridx jinħoloq xkiel bla ħtieġa lil staff mediku ta` jaqdu d-dmirijiet tagħhom. Hemm ukoll l-impatt psikologiku fuq il-qraba li jista jkun anki negattiv f`cirkostanzi bħal dawn. Ser nagħti struzzjonijiet lid-Divizjoni tas-Saħħa biex tagħtini l-opinjoni dettaljata tagħha dwar dan is-suġġett.