Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11132 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Awtorita' tat-Turiżmu

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11061 tista' l-Ministru ġentilment tgħid jekk il-ministeru kienx involut fit-twaqqif ta' din l-assoċjazzjoni? Tista' ġentilment tgħid jekk qatt iltaqgħetx ma' din l-assoċjazzjoni? Jekk iva, meta u kemm-il darba? Tista' tinfurmani min huma l-membri ta' din l-assoċjazzjoni u x'kariġi għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex kien involut fit-twaqqif ta' l-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f'Għawdex. S'issa din l-assoċjazzjoni ltaqgħet miegħi erba' darbiet, preċiżament fit-8 ta' Marzu 1999, fil-11 ta' Marzu 1999, fil-5 ta' Ottubru 1999 u fil-15 ta' Ottubru 1999. Din l-assoċjazzjoni hija kostitwita kif muri hawn taħt: Is-Sur Sammy Rapa - Chairman Is-Sur George Said - Viċi-Chairman Is-Sur Paul Scicluna - Teżorier Is-Sur Joe Muscat - Segretarju Is-Sur Victor Borg - Membru Is-Sur Joe Rapa - Membru Is-Sur Amand Verraneman - Membru Is-Sur Mark Busuttil - Membru Is-Sur Mario Grech - Membru Is-Sur Anthony Cassar - Membru Is-Surg George Galea - Membru Is-Sur Frank Magro - Membru Is-Sur Joe Baldacchino - Membru Is-Sur Godfrey Farrugia - Membru
Leg 9 PQ #11180 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Planning Control Section

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10876, tista' l-awtorita' terġa' tibgħatli kopja ta' l-ittra tat-12 ta' Marzu, 1999 billi jien qatt ma rċevejt din l-ittra? Jikkonferma l-Ministru li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-laqgħa li jien kont attendejt fuq il-każ l-ieħor pendenti tas-Sur Alex Mercieca applikant, membru mill-istess awtorita' kien qalli li dan il-każ partikolari (tas-Sur Alex Mercieca) m'għandux x'jaqsam mal-każ l-ieħor imsemmi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 10876 liema każ jsemma wkoll f'ittra li jien bagħat lill-Planning Control Section (TPU) ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar datata 23/12/98?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li kopja ta` l-ittra li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant intbagħtet fil-15 ta` Novembru 1999. Se nara li l-Onor. Membru jingħata kopja ta` din l-ittra. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li peress li l-każ indikat f`din il-Mistoqsija u l-każ imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11180 jikkonċernaw l-istess inħawi, dawn iridu jiġu kkunsidrati flimkien. Ninsab infurmat ukoll li ma jistax jiġi kkonfermat jekk xi membru ta` l-Awtorita` qalx xorta oħra.
Leg 9 PQ #11181 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Deputati — Parking space

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-parking space tad-deputati se jibqa' kif inhu wara li jiem ilu ddikjara li jista' jkun li fil-Belt, kull min jipparkja, minbarra ir-residenti irid iħallas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ghadu ma rċeviex ir-rapport preliminari tat-`Traffic Management Scheme` ghall-Belt u l-Furjana li qed jitfassal mill-Planning Authority u ghalhekk ghadu kmieni wisq biex jinghad x`se jkun suġġerit dwar Pjazza San Ġorg.
Leg 9 PQ #11182 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda Maltin

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-inċident irrapportat mis-sajjieda Maltin dwar theddid minn sajjieda Tuneżini? Kemm kienu s-sajjieda Maltin li għamlu dan ir-rapport u minn fejn kienu? X'jirriżulta mill-investigazzjonijiet li naf li għamel l-ewwel il-ministeru tiegħek?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi diversi sajjieda Għawdxin almenu f'żewġ okkażjonijiet ġew imdawra minn dgħajjes Tuneżin li b'għemilhom intimidaw lis-sajjieda Maltin. Id-Dipartiment ressaq l-ilment lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin sabiex dan ta' l-aħħar ikun jista' jagħmel rapreżentazjonijiet uffiċjali ma' l-Ambaxxatur ta' Tuneż.
Leg 9 PQ #11196 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq San Ġużepp - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10905, jista' l-Ministru jgħid kif l-istess mistoqsija tiegħi, il-bozza in kwestjoni mhux maħruqa iżda hemm ħsara fiha u hu għalhekk li għadha s'issa ma tixgħelx minkejja li dan ilu jiġi rrapportat u spjegat lill-Enemalta għal aktar minn għaxar ġimgħat? Possibbli l-Enemalta terġa' tinvestiga dan l-ilment għax l-informazzjoni mogħtija lill-Ministru hi żbaljata? Jekk l-Enemalta trid, tista' tagħmel kunratt miegħi biex nuriha jien stess fejn hi din il-bozza?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed terġa tistħarreġ dan l-ilment.
Leg 9 PQ #11197 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Yacht Marina — Pontoons

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu aktar pontoons fil-Yatch Marina li hemm ix-Xatt ta' l-Imġarr, Għawdex billi jien informat li hemm mill-anqas post wieħed fejn jista' jiżdied pontoon wieħed ieħor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11115 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq Ħas-Sajjied - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8877, jista'l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Enemalta terġa' tikkonsidra l-każ fuq il-meritu tiegħu minħabba li l-familja imsemmija hi familja anzjana, b'raġel anzjan li huwa bed ridden, li tgħix fi triq diżabitata u fejn hemm dlam ċappa madwar id-dar tagħha li tinsab imdawwra bir-raba'? Għaldaqstant tista' l-Enemalta, fuq bażi umanitarji, terġa' tikkunsidra li twaħħal bozza ħdejn din id-dar fejn diġa' jeżisti arblu tad-dawl? L-isem u l-indirizz tal-familja qed jintbagħtu separatament.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant ġiet mistħarrġa u b'riżultat ta' dan ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex is-servizz ta' dawl fl-inħawi tar-residenza li għaliha qed issir riferenza titjieb.
Leg 9 PQ #11116 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Qtugħ fis-servizz ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10323?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-triq imsemmija hija twila mhux ħażin u tieħu l-kurrent elettriku minn idversi substations. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u fit-tieni parti tal-Mistoqsija. Ta' min jinnota li l-interruzzjonijiet kienu kkawżati f'parti mis-sistema ta' vultaġġ għoli u f'parti mis-sistema ta' vultaġġ baxx u fiż-żewġ każi minħabba ħsarat jew tifi pprogramamt. Tajjeb jingħad ukoll li mhux il-konsumaturi kollha ta' din it-triq inqatgħalhom il-kurrent elettriku f'kull okkażjoni. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid li fil-każ ta' sistema ta' vultaġġ għoli, huwa ppjanat li parti mill-linji jitpoġġew taħt l-art u b'hekk tiżdied is-sigurta tas-sistema. Fil-każ tas-sistema ta' vultaġġ baxx, diġa tpoġġew erba fenders biex tingħeleb il-problema ta' overloading.
Leg 9 PQ #11117 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Emerġenza — Pazjenti

Question

Jista l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10715?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għall-ewwel tlett domandi hija skond it-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-partijiet l-oħra nista` ngħid li safejn wieħed jista jara għadu qiegħed isir abbuż mid-Dipartiment ta` tal-pazjenti f`A & E Department hija approx. 300 li minnhom 35-40% huma każijiet ta` III, li jiġu definiti bħala każijiet li jistgħu jiġu kkurati fil-Health Centres. Id-Dipartiment tas-Saħħa ser jerġa, fiż-żmien qarib, jagħmel serje ta` il-poplu jifhem u jitgħallem minn min għandu jintuża d-Dipartiment ta` l-Emerġenza.
Leg 9 PQ #11126 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

SAG — Ikel lill-membri

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex membri ta' l-SAG li jkunu duty 24 siegħa sħaħ m'għadhomx jingħataw il-faċilita' li jieklu mill-kwartieri ta' Kandja fl-SAG kif kien jiġri qabel, filwaqt li l-Immigranti Illegali li jkunu qed jinżammu f' Ta' Kandja qed jingħataw l-ikel ipprovdut minn ta' Kandja stess? Possibbli li kif qed jiġi provdut l-ikel lill-Immigranti Illegali, jiġi pprovdut ukoll lill-membri ta' l-SAG li jkunu għassa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li m`hemmx membri ta` l-S.A.G. li jkunu duty 24 siegħa sħaħ f`Ta Kandja.
Leg 9 PQ #11130 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xlendi - Diskoteka

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11058 billi l-Ministru għażlet li tweġibini li "hi informata li l-fossa eżistenti f'dan il-fond qed titbattal regolarment, meta tinħass il-ħtieġa minn kuntrattur privat", hux possibbli li l-Ministru ġentilment tinformani - dejjem jekk hu possibbli - kemm-il darba din il-fossa ġiet imbattla mill-kuntrattur privat mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Novembru, 1999?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-fossa li għaliha l-Onorevoli Interpellant għamel referenza qed titbattal minn kuntrattur privat għas-spejjez tas-sid, il-Ministeru m'għandux informazzjoni dwar kemm-il darba din ġiet imbattla.
Leg 9 PQ #11131 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xlendi - Diskoteka

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11058, tista' l-Ministru tgħid jekk biex tagħmel fossa tridx il-permess tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u/jew tad-dipartiment tad-drenaġġ u/jew ta' xi dipartiment governattiv ieħor? Jekk dan hu l-każ, meta intalab permess biex issir il-fossa tad-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi u meta ħareġ il-permess biex issir din il-fossa? Tista' l-Ministru tgħidli meta saret il-pompa f'din id-diskoteka biex id-drenaġġ jibda jitbattal għal ġol-fossa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kostruzzjoni ta' fossa jrid ikun kopert b'liċenzja maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika wara li jingħata permess mill-Awtorita' tal-Ippjanar. Jiena nfurmata li l-fossa in kwistjoni kienet isservi residenza ta' wieħed stranġier li kien jabita f'din id-dar għal madwar tletin sena, sal-1982. Din id-dar kienet inbniet aktar minn erbgħin sena ilu. Għaldaqstant, f'dak iż-żmien il-ħruġ tal-permess tal-bini ta' dar kien jinkludi wkoll il-bini tal-fossa. Din ir-residenza, wara xi alterazzjonijiet strutturali kienet ġiet rikonvertita f'diskoteka, fl-1987, u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa ta' permess biex issir il-fossa. Madankollu, id-diskoteka hija servuta b'fossa waħda u m'hemm ebda pompa.
Leg 9 PQ #11111 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali

Question

B'riferenza għal dak li allega l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-aġġornament tas-seduta parlamentari ta' nhar l-Erbgħa filgħaxija, 3 ta' Novembru, 1999, jista' l-Ministru jgħid jekk hux kompitu tal-Ministru tal-Finanzi li jinvestiga d-dejn li jkollhom kumpanniji jew individwi ma' bank kummerċjali? Huwa l-bank involut li għandu jagħmel kontroll jekk ikun il-każ? Jista' l-Ministru jgħid jekk dak li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni talab lill-Ministru tal-Finanzi biex jagħmel huwiex proprjament irwol tal-Bank Ċentrali?

Response (DALLI, JOHN)

Pajjiżna biddel il-liġijiet tiegħu fl-1994 u saħħaħ ir-regolaturi tal-Banek biex ikun jista` jagħmel, b`mod indipendenti skrutinju dettaljat u regolari tal-operat sħiħ ta` kull bank, inkluż is-self li jagħmel. Jien infurmat li din is-sistema qegħda taħdem tajjeb.
Leg 9 PQ #11112 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' qtil

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il każ ta' murder kien hawn mill-1 ta' Jannar, 1999 sa 3 ta' Novembru, 1999 f'Malta u f'Għawdex? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm hemm li għadhom qed jiġu nvestigati? F'kull każ solvut, liema uffiċjal tal-Pulizija kien qed imexxi l-investigazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-3 ta` Novembru 1999 kien hemm 7 każi ta` qtil, li f`każ minnhom il-vittmi kienu 2. Dwar tlieta minn dawn il-każijiet tressqu 3 persuni quddiem il-Qorti akkużati b`omiċidju volontarju, filwaqt li f`każ ieħor persuna tressqet il-Qorti akkużata b`omiċidju involontarju u traffikar ta` droga. Każ ieħor seħħ reċentement u għalhekk għadu qed jiġi nvestigat, kif qed isir fil-każi l-oħra li għadu ma` tressaq ħadd dwarhom. Dawn il-każi kollha qed jiġu nvestigati mill-Pulizija tad-Dipartiment ta` l-Investigazzjoni Kriminali taħt it-tmexxija ta` l-Assistent Kummissarju nkarigat minn din it-Taqsima.

ETC — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni b'diżabilita' reġistrati f'Malta u f'Għawdex mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B'Diżabilita'? Kemm hawn parking rerservations quddiem djar ta' persuni b'diżabilita' f'Malta u f'Għawdex? Kemm hawn persuni b'diżabilita' qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #11007 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Emerġenza — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 wara inċidenti tat-traffiku? Kemm minnhom intbagħtu ġewwa t-taqsima tal-kura intensiva? Kemm minnhom tilfu ħajjithom? Kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 wara inċidenti tat-traffiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għadha qed tiġi miġbura, tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #11058 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xlendi - Diskoteka

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9352, tista' l-Ministru ġentilment tikkonferma informazzjoni li għandi li l-kuntrattur privat ibattal il-fosos wara li s-sid konċernat jagħmel talba lis-sanita' f'Għawdex? Jekk din l-informazzjoni hija minnha, possibbli li l-Ministru ġentilment tinformani kull meta, xahar b'xahar, is-sid tad-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi għamel talba biex titbattal il-fossa ta' din id-diskoteka mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 (xahar b'xahar)? Jekk it-talba biex titbattal fossa tiġi reġistrata bil-miktub b'xi mod mis-sanita' f'Għawdex, tista' l-Ministru ġentilment tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jew tgħaddi lili privatament, kopja ta' din ir-reġistrazzjoni bil-miktub ta' kull meta saret talba mis-sid ta' din id-diskoteka ewlenija fix-Xlendi biex titbattal il-fossa ta' din id-diskoteka fil-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar, 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru 1999?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fossa tista' titbattal wara li ssir talba permezz ta' applikazzjoni mis-sid lill-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika jew inkella din tista' titbattal u titħammel minn kuntrattur privat inkarigat mis-sid stess għas-spejjez tiegħu, minflok li dan joqgħod jirrikorri għas-servizz provdut mill-Gvern. Rigward il-fossa tad-diskoteka ewlenija li tinsab fin-niżla tax-Xlendi, jiena nfurmata li l-fossa eżistenti f'dan il-fond qed titbattal regolarment, meta tinħass il-ħtieġa, minn kuntrattur privat ikkummissjonat mis-sid. F'dan il-każ is-sid mhux obbligat li jinforma l-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika b'dan. L-onorevoli interpellant għandu jkun jaf li mill-ewwel ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru, 1999, ma ġietx reġistrata l-ebda talba fl-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika f'Għawdex sabiex il-fossa ta' din id-diskoteka partikulari titbattal.
Leg 9 PQ #11059 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Xlendi - Diskoteka

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9353, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hux veru li s-sid tad-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi waqqgħax hu stess il-bini llegali kollu li l-Ministru semma fit-tweġiba tiegħu għall-istess mistoqsija? Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlitx site inspection biex taċċerta ruħha li s-sid waqqa' l-bini kollu illegali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-sid tas-sit li rrefera għalih l-Onor. Interpellant neħħa parti mill-bini llegali, iżda tqajjem punt ta` kjarifika legali dwar bini llegali ieħor, fejn l-avukati tas-sid allegaw li l-ordni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kif maħruġa, ma kienetx ċara biżżejjed u għalhekk is-sid ma setax jaġixxi kif mitlub. Għalhekk intalab li tinħareġ ordni ġdida kif fil-fatt sar. Din l-ordni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qegħda tieħu l-proċess tagħha skond il-liġi u jkunu jistgħu jittieħdu l-passi ulterjuri mill-istess Awtorita`, skond kif jitlob l-istess proċess legali.
Leg 9 PQ #11061 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Awtorita' tat-Turiżmu

Question

Tista' l-Ministru ġentilment tgħid jekk ġietx kostitwita l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Għawdex? Jekk iva, tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri kollha ta'din l-awtorita' u x'kariga għandhom? Meta ġew maħtura dawn il-membri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-onor interpellant li ma ġiet kostitwita ebda Awtorita' tat-Turiżmu ta' Għawdex. Jista' jkun li l-onor membru qed jirreferi għall-Gozo Tourism Association li twaqqfet kmieni din is-sena, li hija Assoċjazzjoni privata w awtonoma għal dawk li huma involuti fis-settur turistiku f'Għawdex.
Leg 9 PQ #11073 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — BOV

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hux qiegħed f'pożizzjoni li jgħid jekk il-persuna li għandha stage 1 ta' l-ACIB, li diġa' ħadmet darbtejn (b'total ta' sitt xhur) bħala summer job mal-Bank of Valletta u li għaddiet mill-interview f'Ottubru 1999 għal clerk mal-BOV u li tinsab fuq il-waiting list biex tidħol mal-BOV għandhiex ċans li tiġi imsejħa? Billi l-BOV impjega biss madwar tmien skrivani minn dan l-interview, hemm il-ħsieb li jista' jimpjega oħrajn sakemm dan l-eżami jibqa' validu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li BOV hija kumpanija privata.