Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11296 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Wara li issa ġie magħruf li nħatret l-Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu mpjegati nies ma' din l-awtorita' biex jimlew vacancies?

Response (REFALO, MICHAEL)

Għandi pjaċir ninfurma lill-Onorevoli ħabib tiegħi u lill-Kamra li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ħejjiet organigramma għal personal meħtieġ wara li jiġi eżawrit l-eżerċizzju ta' possibbli integrazzjoni ta' min bħalissa jaħdem fid-Dipartiment tat-Turiżmu, mal-'H.C.E.B.', l-'I.T.S.' u l-Ministeru jiġi stabilit in-numru ta' postijiet vojta u joħorġu, kif fil-fatt ħarġu, sejħiet biex jimtlew postijiet battala.
Leg 9 PQ #11273 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Sqaq Ħas-Sajjied - Bozza

Question

Possibbli li l-Ministru personalment jieħu passi biex tiġi trasferita bozza li hi mwaħħla ma' razzett Nru.8, Sqaq Ħas-Sajjied, Zabbar u li qed tagħmel ħsara kbira strutturali fil-faċċata ta' dan ir-razzett antik, u minflok tiġi trasferita ma' arblu tad-dawl li hemm ftit piedi 'il-bogħod (faċċata tar-razzett) fejn diġa' hemm il-mains tad-dawl għaddejjin miegħu? Possibbli l-Enemalta tieħu passi biex din il-biċċa xogħol żgħira ssir, għax minkejja diversi rapporti, s'issa baqa' ma' sar xejn bil-konsegwenzi li s-sidien ta' dan ir-razzett għadhom ibatu l-konsegwenzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #11274 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Railing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitkompla ir-railing ta' biswit il-pixxina ta' Wied il-Għajn u ta' l-inħawi taż-Żonqor li qed isiru mal-ġenb tal-baħar u li ilu żmien wieqaf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm żewġ partijiet fejn ir-railings għadhom ma sarux: parti li mistennija tkun lesta sa l-aħħar ta' Novembru u parti oħra fejn il-bankina ser titwessa' u għalhekk ix-xogħol tas-sottobank u tar-railing ikun jista' jitkompla wara li jkun ħareġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar (PA 4770/99).

Żabbar — Triq Lia - Xogħlijiet

Question

Possibbli l-Ministru jieħu passi biex il-kuntrattur ikompli x-xogħol fi Triq Lia, Żabbar li nbeda, tħaffret ħofra kbira u tħalla kollox kif inhu għal bosta ġranet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi mall-kuntrattur biex dan ix-xogħol jitlesta.
Leg 9 PQ #11289 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Delimara — Servizz ta' l-elettriku

Question

B'riferenzi għal diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi preċedenti saħansitra mill-1992 'il hawn, u minkejja diversi tentattivi fosthom mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll rapporti fuq gazzetti lokali, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li familja li tgħix biswit l-ex-stazzjoni ta' Deutsche Welle f'Delimara li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, għadha s'issa bla dawl tant li t-tifla tagħha li qed tistudja f'livell post sekondarju jkollha tistudja fid-dawl tal-lampa tal-pitrolju? Billi qabel, meta kien għad hemm l-istazzjoni Deutsche Welle, l-Enemalta kienet tgħid li ma setgħetx tagħti servizz ta' l-elettriku minħabba lmenti ta' interferenza, minn dan l-istazzjon, issa li dan l-istazzjoni tneħħa u ġie żarmat, x'inhi r-raġuni li lejliet il-millenium il-ġdid, din il-familja għadha bla servizz ta' l-elettriku u jkollha tgħix ġod-dawl tal-lampa tal-pitrolju? Jista' l-Ministru jintervjeni personalment u jsegwi dan il-każ biex forsi fl-aħħar l-Enemalta tagħmel xi ħaġa ħalli din il-familja ma tibqax emarġinata bla servizz utli ta' l-elettriku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat=twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 1338 fis-Seduta numru 15. Minn dakinhar is-sitwazzjoni ghadha ma nbidlitx.
Leg 9 PQ #11290 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kura mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel u xi pjanijiet għandu l-Ministeru tas-Saħħa fejn tidħol ir-riforma tal-kura mentali? X'sar f'dan il-qasam taħt gvern preċedenti mmexxi mill-Partit Laburista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li l-pjanijiet tal-Ministeru tas-Saħħa huma bbażata fuq il-policy skond dokument ``National Mental Health Services'' miktub mid-Dipartiment tal-Policy u Ppjanar fil-qasam tas-Saħħa fl-1995. Tlestiet ir-riforma fis-sistema finanzjarja u maniġerjali ta` l-Isptar Monte Carmeli li qed tagħti kontroll fuq in-nefqa, qed jinqata` l-ħela u daħlet ir-responsabilita` u l-akkontabilita` fuq l-użu tar-riżorsi. Tlestew ukoll il-protokolli amministrattivi fl-areas ta` priorita` fl-isptar. Dawn ser jiġu mplimentati fix-xhur li ġejjin sabiex nassiguraw li l-kura tingħata b'mod personalizzata, ħolistika u f'waqtha. Ingħalqet Ward 10, u qed isiru pjanijiet biex tinfetaħ ward forensika. Tlestew il-pjanijiet biex tiġi refurbished Female Ward 6, li ser tibda tintuża bħala Mixed Admission Ward. Saru diversi proġetti kapitali biex jitjieb l-ambjent ta` diversi swali li kien ilhom mitluqa. Sar taħriġ estensiv lill-managers ta` l-isptar u l-kapijiet ta` diversi sezzjonijiet biex jingħatawlhom l-iskills maniġerjali neċessarji sabiex ikunu effettivi fir-rwol tagħhom. Tkompliet u ssaħħet il-kollaborazzjoni mall-Ministeru tal-Politika Soċjali, mal-Housing u ma` l-ETC, sabiex komplejna nintegraw lill-pazjenti fil-komunita` bl-aktar mod indipendenti possibbli.
Leg 9 PQ #11291 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kors tal-mediċina

Question

Id-deċiżjoni li għall-ewwel darba titneħħa n-numerus clausus mill-kors tal-mediċina kif se taffettwa fit-tul lid-Dipartiment tas-Saħħa din id-deċiżjoni li għandha twassal biex jiggradwaw aktar tobba fis-snin li ġejjin? Meta kien iddaħħal għall-ewwel darba in-numerus clausus fil-kors tal-mediċina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minkejja li l-kors tal-mediċina kien qiegħed jibda kull sena n-nuqqas tat-tobba sal-lum għadu magħna. Fit-tul din id-deċiżjoni għandha taffetwa posittivament lid-Diviżjoni tas-Saħħa billi ma jkunx hemm aktar nuqqas ta` tobba fis-servizz, u billi jkun jista` li t-tobba jibdew jaħdmu ġimgħa ta` siegħa. Dan ilu jintalab mill-Assoċjazzjoni tat-tobba stess. Infakkar lill-Onor. Interpellant li minħabba n-nuqqas preżenti ta' tobba hemm żewġ Ċentri tas-Saħħa li ma jistgħux joffru is-servizzi kollha. Billi t-tieni parti tal-mistoqsija tikkonċerna l-Universita`, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #11272 Sitting 184 1999-11-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nisa bil-breast cancer - Counselling

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jipprovdi servizz ta' counselling għan-nisa li jkollhom breast cancer u/jew li jgħaddu mill-esperjenza ta' mastectomy?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ta` min jirrimarka li fir-rigward ta` counselling għan-nisa li jkollhom cancer tas-sider, il-Ministru jagħti valur u sapport lil NGO bl-isem ta` Breast Care Group. Dan il-grupp organiżża diversi taħdidiet għal infermiera (madwar 70) u joffri wkoll xi servizzi ta` counselling. Servizzi ta` kura għal nisa li jkollhom canser fis-sider jeħtieġ team multidixxiplinarju. Irridu nħarġu persuni li jispeċjaliżżaw fuq pariri li jingħataw lil pazjenti u familjari fil-perjodu mmedjat wara l-operazzjoni. Kien għal din ir-raġuni illi l-kummissjoni fuq il-cancer tas-sider ġiet mitluba li tħares lejn il-problema b`mod sħiħ. Dan għaliex żvilupp ta` servizz għandu jkolli bażi li tagħmlu sostenibbli.
Leg 9 PQ #11219 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Ħaddiema

Question

Peress li dan l-aħħar il-General Workers Union qalet li ma kenitx lesta li taċċetta ħlas ta' arretrati lill-ħaddiema tat-Tarzna f'forma ta' bonus,jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux veru li l-istess GWU aċċettat din il-kondizzjoni f'każijiet simili imma f'kumpanniji oħra tal-Gvern? Jekk fil-pożittiv, jista' l-Ministru jispeċifika għal-liema każi l-union aċċettat dawn il-kondizzjonijiet u jgħid x'qed iwassal lil union issa ma taċċettax din il-ħaġa għal ħaddiema tat-Tarzna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sa fejn naf jien, il-kumpaniji li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma jiffurmawx parti mid-dekasteru tiegħu u għaldaqstant mhinix f'pożizzjoni li nagħti tweġiba.
Leg 9 PQ #11222 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

BOV — Avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' avukati mpjegati fl-Uffiċċju legali tal-Bank of Valletta u kemm minnhom huma fuq bażi fulltime u part-time?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11073.
Leg 9 PQ #11223 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

BOV — Avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permessibbli li l-avukati tal-Bank of Valletta jagħmlu xogħol legali b'mod privat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11073.
Leg 9 PQ #11224 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

BOV — Avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permessibli li l-avukati tal-Bank of Valletta jagħmlu xogħol privat waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11073.

Wied il-Għajn — Traffic island

Question

Possibbli jiġi kkonsidrat li fil-junction fejn Triq il-Qaliet, f'Wied il-Għajn toħroġ u tingħaqad ma' Triq il-Gardiel, issir xi ħaġa bħal traffic island bit-tama li l-karozzi li jkunu ġejjin b'ċertu veloċita' minn ġo Triq il-Qaliet, ikollhom inaqqsu l-ispeed peress li ta' spiss qed jiġru inċidenti - uħud gravi - f'din il-junction?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.

Wied il-Għajn — Triq il-Gardiel - Traffic lights

Question

Possibbli li t-Traffic Control Board jikkonsidra li jagħmel zebra crossing jew traffic lights fi Triq il-Gardiel f'Wied il-Għajn biswit Triq il-Munxar fejn bosta nies ikollhom jaqsmu f'din it-triq traffikuża biex imorru jixtru mis-supermarket u ħwienet oħra li hemm fi Triq il-Munxar u toroq oħra biswit din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Leg 9 PQ #11215 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha mpjegati l-IPSE, x'kategoriji differenti ta' mpjegati għandha, x'tip ta' kuntratti għandhom l-impjegati u kemm minn dawn l-impjegati huma fuq loan jew on secondment minn dipartmenti oħra tal-gvern jew korporazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent l-IPSE timpjega 15-il persuna mqassmin f'dawn il-gradi 1 Kap Eżekuttiv, 5 Managers, 7 Executives u 2 Skrivani. Minn dawn l-impjegati, disgħa għandhom kuntratt definit ta' sena u s-sitta l-oħra qed jaħdmu b'kuntratt indefinit. M'hemm l-ebda impjegat li huwa 'on loan' jew 'on secondment' minn xi dipartiment jew korporazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-Gvern.
Leg 9 PQ #11216 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-chairman ta' lPSE u min huma l-membri fuq il-bord ta' l-istess organu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10910 fis-Seduta numru 174.
Leg 9 PQ #11217 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-kuntratt li għandu l-Kap Eżekuttiv ta' l-IPSE, jgħid meta sar il-kuntratt, x'salarju għandu x'benefiċċji oħra jinkludi minbarra s-salarju? Il-kuntratt huwa wieħed definit?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11218 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-impjegati tal-IPSE għandhom kuntratt definit ta' xogħol, jgħid min huma u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-disa' impjegati ta' l-IPSE li bħalissa qed jaħdmu b'kuntratt definit ta' xogħol jokkupaw dawn il-gradi 1 Kap Eżekuttiv, 5 Managers u 3 Executives.