Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11387 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta'l-amnestiji kollha li ngħataw minn gvernijiet differenti mill-1971 'l hawn, inkluż id-data ta' meta ingħataw, mil-liema gvern ingħataw, x'kienet tgħid l-amnestija u x'kienet l-okkażjoni għal kull amnestija?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tiġi rranġata s-sistema tat-telephones tal-main operating theatre, għax kif jistgħu jikkonfermaw uħud mit-telephone operators ta' St Luke's sar diffiċli biex tgħaddi call minn barra u jirrispondik f'qasir żmien? Possibbli wkoll li fit-theatres u fir-recovery room terġa' tiddaħħal il-call waiting u l-feature command li kienet ta' utilita' kbira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
is-suġġerimenti ta`l-Onor. Interpellant qed jiġi studjat. F`din il-materja jinħtieġ jinstab il-bilanċ bejn il-ħtieġa ta` komunikazzjoni minn barra l-Isptar mat-tejatri ta` l-operazzjonijiet mingħajr ma jiġi disturbat b`mod esaġerat l-istaff waqt il-qadi ta` dmirijietu.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11293?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech, mill-1 ta`
Jannar 1999 sa 30 ta` Settembru 1999 saru, 11,615 operazzjoni taħt GA (General Anaesthesia); 370 operazzjoni taħt Spinal Anaesthesia; 3,205 operazzjonijiet taħt Local Anaesthesia u 1,578 operazzjoniji taħt Local Amnaesthesia with Sedation.
L-informazzjoni minn Ottubru s`issa għada qed tinġabar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11113?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa l-aħħar t'Ottubru 1999, in-numru ta' persuni b'diżabilita' rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kien ta' 6340 persuna waqt li n-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Malta u Għawdex kien ta' 314.
Il-permessi għar-"Reserved Parking" quddiem djar ta' persuni b'diżabilita' joħorġu mit-"Traffic Control Board" u għalhekk din l-informazzjoni għandha tintalab lill-Ministru responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm marru nies barra minn Malta biex jaraw apparat mediku u eventwalment jixtru, għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Minn huma n-nies li marru u kif intgħażlu?
Min se jħallas għal din il-mawra u kemm se tiġi tiswa lill-gvern?
X'inhu l-grad ta' kull persuna li marret? X'inhu l-apparat mediku li marru jaraw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni ghadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux fil-pussess tiegħu dar kbira f'Ħal Tarxien li kien qed jikkonsidra li jagħtiha lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien kif darba kien stqarr l-istess ministru pubblikament?
Fil-fatt il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien s'issa għamel talba għal din id-dar?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub li jaghti l-indirizz preciz tad-dar biex ikunu jistghu jsiru l-verifiki necessarji. B`danakollu ta` min ifakkar lill-Onor.Interpellant illi d-domanda dwar jekk fond hux propjeta jew le tal-Gvern ghandha tiġi ndirizzata lill-Onor. Ministru tal-Intern
Wara li fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar intela' l-post ta' Office Administrator (skala 7) minn persuna li qabel kienet tokkupa l-kariga ta' Personnel Assistant (skala 6), jista' l-Ministru ġentilment jgħidilna jekk il-post ta' Personnel Assistant li issa tbattal huwiex se jimtela'?
Jekk iva, meta hu maħsub li toħroġ is-sejħa ta' l-applikazzjonijiet għal dan il-grad?
Jekk m'hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa ta' l-applikazzjonijiet, hemm raġuni għal dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ħatra li saret dan l-aħħar fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar, dik ta` Human Resources Office Administrator fi Grad 7, saret skond ristrutturar li qed isir fl-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani ta` l-Awtorita` sabiex dan l-uffiċċju jkun jista` jaqdi aħjar il-bżonnijiet ta` l-Awtorita`.
Ninsab infurmat ukoll li b`riżultat ta` din il-ħatra, il-pożizzjoni ta` Senior Administrator Assistant (Personnel) ser tiġi eventwalment eliminata u għalhekk mhux il-każ li toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet.
B'riferenza għal-liberalizzazzjoni tal-coaches, jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-awtorita' għandhiex applikazzjonijiet biex jiġu mportati coaches hekk kif jispiċċa l-monopolju fl-aħħar ta' din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa issa l-Awtorita` rċeviet żewġ talbiet.
B'riferenza għal-liberalizzazzjoni tal-coaches f'Jannar 2000, nixtieq nistaqsi lill-Ministru fuq liema kriterji sejra timxi l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku peress li minn informazzjoni li għandi, l-awtorita' tgħidlek biss biex tapplika u ma tagħtik l-ebda kondizzjonijiet li jridu jiġu onorati, u lanqas indikazzjoni ta' meta tista' tingħata r-risposta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa issa l-Awtorita` qiegħda tikkunsidra l-mod kif għandha tiġi mplimentata l-liberaliżżazzjoni.
Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11219 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': Peress li dan l-aħħar il-General Workers Union qalet li ma kenitx lesta li taċċerta ħlas ta' arretrati lill-ħaddiema tat-Tarzna f'forma ta' bonus, jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux veru lil-istess GWU aċċettat din il-kondizzjoni f'każijiet simili imma f'kumpanniji oħra tal-Gvern? Jekk fil-pożittiv, jista' l-Ministru jispeċifika għal-liema każi l-union aċċettat dawn il-kondizzjonijiet u jgħid x'qed iwassal lil union issa ma taċċettax din il-ħaġa għal ħaddiema tat-Tarzna?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-kwistjoni ġiet riżolta bil-ftehim li ntlaħaq fuq il-ftehim kollettiv tat-Tarzna.
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-amnestiji kollha li ngħataw minn gvernijiet differenti mill-1971 'l hawn, inkluż id-data ta' meta ingħataw, mil-liema gvern ingħataw, x'kienet tgħid l-amnestija u x'kienet l-okkażjoni għal kull amnestija?
Response (GATT, AUSTIN)
`Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru tal-Intern li tahtu jaqghu l-awtoritajiet tal-Habs u li jzommu d-dettalji tal-amnestiji moghtija mill E.T. l-President.`
Jikkonsidra l-Gvern li eventwalment jiġi ntrodott f'Malta il-liguid petroleum gas (GPL) għal użu tal-vetturi li jużaw il-petrol bħala mezz ta' fuel?
Billi dan il-mezz ta' fuel hu pollution free kif ukoll aktar ekonomiku u billi dan hu użat ħafna f'diversi pajjiżi Ewropej, x'inhi r-raġuni li dan għadu ma ddaħħalx Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-introduzzjoni ta` Liquid Petroleum Gass (LPG) ghall-uzu tal-vetturi qed jigi kkunsidrat. Ghalkemm dan it-tip ta` fuel huwa aktar nadif mill-petrol, madanakollu wiehed ma jkunx korrett meta jghid li dan it-tip ta` fuel huwa `pollution free`. Tajjeb jinghad li qabel ma` dan it-tip ta` fuel ikun jista` jigi ntrodott fis-suq, wiehed irid jikkunsidra l-aspetti fiskali kif ukoll dawk ta` sigurta` konnessa ma` l-uzu tal-gass.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11181, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-prinċipju li l-membri parlamentari għandhom xorta jkollhom faċilita' ta' parking fi Pjazza San Ġorġ, mingħajr ħlas?
Jista' jiġi nkluż ukoll l-istaff tal-Parlament li jaħdmu ħinijiet twal, fosthom meta jkun hemm seduti filgħodu u filgħaxija, jaħdmu mit-8.00 a.m. sal-10.00 p.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
M`ghandi xejn xi nzid mar-risposta li tajt ghall-mistoqsija parlamentari nru. 11181 ghajr illi personalment naqbel li l-membri tal-parlament ghandhom ikollhom facilitajiet ghall-ipparkjar waqt is-seduti tal-parlament.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk nurse li jkun assenjat light duties minħabba raġunijiet mediċi li jkunu approvati minn ċertifikati mediċi ta'speċjalisti, jitlifx l-increaments sempliċement għax ikun qed jaħdem on light duty fi sptar tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-perijodu li fih impjegati tal-Gvern ikunu qed jaħdmu fuq 'light duty' ma jgħoddilhomx biex jieħdu l-'increment', ħlief fil-każ speċifiku meta dawn jaħdmu 'light duty' bħala riżultat ta' korriment waqt ix-xogħol. Dan ir-regolament ġie maħruġ mill-uffiċċju tal-Prim Ministru fl-10 ta' Settembru 1996 u kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 wara inċidenti tat-traffiku?
Kemm minnhom intbagħtu ġewwa t-taqsima tal-kura intensiva?
Kemm minnhom tilfu ħajjithom?
Kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 wara inċidenti tat-traffiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pazjenti li daħlu fid-Dipartiment ta` l-Emerġenza sa l-aħħar ta` Ottubru 1999 wara inċidenti tat-traffiku kienu hekk:
January 47
February 59
March 57
April 49
May 87
June 80
July 114
August 80
September 69
October 77
------------------------
Total 719
------------------------
Ġewwa t-taqsima tal-kura intesiva intbagħtu 29 pazjent.
Pazjenti li tilfu ħajjithom kien hemm 5.
Il-pazjenti li daħlu fid-Dipartiment ta` inċidenti tat-traffiku kienu hekk:
January 26
February 34
March 32
April 33
May 52
June 58
July 67
August 46
September 69
October 55
---------------------------
Total 472
---------------------------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien se jiġbor oriġinarjament il-gvern mit-taxxa ta' 50c fuq kull item fuq ir-riċetti tal-mediċina?
Kemm kien ippjanat li jiġbor il-gvern preċedenti meta wara kritika ħarxa biddel it-taxxa ta' 50c għal fuq kull riċetta u mhux fuq kull item?
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hu maħsub bejn wieħed u ieħor li ffranka flus il-poplu Malti kemm ilu li neħħa għal kollox din it-taxxa il-gvern preżenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond id-Diskors tal-Budget 1998 (paġna 85), il-Gvern kien qed jistenna li jdaħħal is-somma ta' Lm1.3 miljun.
Ibbażaha fuq in-numru ta' pazjenti li attendew l-ispiżeriji tal-Gvern matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena huwa stmat li l-poplu ffranka s-somma ta' Lm246,554.50.
Mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Novembru, 1999 kemm-il operazzjoni saret taħt GA (General Anaesthesia); kemm saru taħt spinal anaesthesia u kemm saru taħt local anaesthesia fl-isptarijiet St. Luke's u Karen Grech?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi n-numru huwa kbir l-informazzjoni għada qed tiġi miġbura.
Wara li nħatret l-Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu f'Malta, il-liġi tipprovdi biex tinħatar awtorita' simili għal Għawdex?
Jekk ir-risposta hi fl-affermattv, din inħatret?
Jekk inħatret minn huma l-membri u x'kariga għandhom?
Jekk għadha ma nħatritx, meta hemm il-ħsieb li tinħatar?
Minn min se tinħatar?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nattira l-attenzjoni tal-Onor ħabib tiegħi li l-Att ta' l-1999 dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta jipprovdi għal ħatra ta' Awtorita' waħda. Għawdex hu rappreżentat kemm fuq l-Awtorita' kif ukoll fuq id-Direttorati li jaqgħu taħtha.