Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm-il ticket ħarġu mill-1 ta' Jannar sal-1 ta' Diċembru, 1999 mill-pulizija ta' Għawdex minħabba parking ħażin jew double parking ħdejn id-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi?
Kemm-il raid sar mill-pulizija ta' Għawdex għad-drogi f'din id-diskoteka mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ottubru, 1999?
Jista' l-Ministru jgħid meta saru dawn ir-raids, x'ħin u mil-liema uffiċjal tal-pulizija tmexxew?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-1 ta` Diċembru ta` l-1999 il-Pulizija ta` Għawdex ħarġu 169 Traffic Offence Tickets għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Ninsab infurmat ukoll li, għalkemm ma sarux raids speċifikament għar-raġuni indikata fil-Mistoqsija, il-Pulizija dejjem kienu preżenti u saru tfittxijiet fid-dħul kif meħtieġ meta kienet organizzata xi attivita` fil-lokal li saret referenza għalih.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għandux il-ħsieb li jdaħħal aktar assistant heads fl-iskejjel ta' l-Istat, wara li diġa' daħħal madwar 23? Kemm se jdum validu dan l-eżami u meta se jiskadi r-riżultat tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li dan l-eżerċizzju ta' għażla hu validu għal sentejn, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tibqa' taħtar Assistant Heads skond il-bżonn matul is-sentejn tal-validita` ta' dan l-eżerċizzju. Fil-fatt minn meta saret din il-Mistoqsija Parlamentari sal-lum, in-numru ta' Assistant Heads maħtura tela' għal 37.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Diċembru, 1999?
Kemm minnhom saru taħt general anaesthesia u kemm minnhom saru taħt local anaesthesia, spinal anaesthesia jew taħt sedation?
Kemm-il twelid sar fl-Isptar Ġenerali mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?
Kemm minnhom kienu ċesarji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li:
1. Mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Diċembru 1999 saru 1981 operazzjoni.
2. Dawn saru kif ġej:
(i) general anaesthesia 764
(ii) local anaesthesia 705
(iii) spinal anaesthesia 47
(iv) epidural anaesthesia 13
(v) sedation 452
3. Mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-1 ta' Diċembru 1999 twieldu 304 (156 subien u 148 bniet).
4. 54 minnhom kienu ċesarji.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il murder sar f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?
Kemm minn dawn il-murders ġew solvuti u minn min tmexxiet l-investigazzjoni f'kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Sptar Ġenerali — Dipartiment ta' l-Emerġenza - Pazjenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu nies id-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?
Issir sistema ta' triage fl-emerġenza ta' l-isptar ta' Għawdex biex tkun stabbilita l-urġenza tal-każ?
Jekk issir, x'inhu l-persentaġġ ta' kull kategorija tal-pazjenti li daħlu mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999 fl-Emerġenza ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li :
1. bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-1 ta' Diċembru 1999 daħlu 12140 pazjent fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex; u
2. m'hemmx sistema ta' triage fl-emerġenza ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il trip sar mill-vapuri tal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-15 ta' Diċembru, 1999?
Kemm-il darba l-vapuri tal-Gozo Channel ħadmu għal Sa Maison f'dan il-perjodu?
Kemm qasmu passiġġieri u karozzi kull xahar mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-15 ta' Diċembru, 1999? Meta hemm il-ħsieb li jidħol fil-flotta tal-Gozo Channel il-vapur il-ġdid "Madonna ta' Pinu"?
Meta hemm il-ħsieb li jsir il-moll taċ-Ċirkewwa biex il-vapuri jkunu jistgħu jitrakkaw fil-maltemp?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru tat-trips li saru mill-vapuri tal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar 1999 sal-15 ta' Diċembru 1999 kien ta' 19,856 u li 598 minnhom kienu vjaġġi li saru għal Sa Maison. Matul l-istess perijodu kien hemm 2,893,739 passiġġier u 647,294 karozza li qasmu bejn il-gżejjer bil-vapuri tal-Gozo Channel u dawn huma mqassma xahar b'xahar kif jidher hawn taħt:
Passiġġieri Karozzi
J annar 134,374 34,823
Frar 153,333 37,547
Marzu 220,576 49,503
April 277,093 56,957
Mejju 265,418 55,9 47
Ġunju 286,700 63,539
Lulju 348, 209 75,801
Awissu 391,433 85,390
Se ttembru 313,373 69,247
Ottubru 260,8 04 57,698
Novembru 175,647 41,886
1 ta' Diċembru sal-15
ta' Diċembru 1999 66,779 18,956
Il-vapur 'TA' PINU' hu mistenni li dalwaqt jiġi mogħti lil Gozo Channel u li jidħol fis-servizz xi ftit ġimgħat wara. Ix-xogħol fuq il-moll taċ-Ċirkewwa għandu jinbeda mill-aktar fis possibbli.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?
Kemm minnhom spiċċaw pazjenti l-isptar u kemm minnhom spiċċaw fiċ-ċentri tas-saħħa f'Għawdex konsegwenza ta' dawn l-inċidenti?
Kemm minn dawn il-pazjenti nvoluti f'inċidenti tat-traffiku kellhom feriti ta' natura ħafifa u kemm kellhom feriti ta' natura gravi?
Kemm minnhom tilfu ħajjithom u x'kienet l-eta' ta' kull vittma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-1 ta' Jannar, 1999 sat-30 ta' Novembru, 1999 kien hemm 158 inċident tat-traffiku li ġew riferuti lill-faċilitajiet tas-saħħa f'Għawdex.
148 każ spiċċaw l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 10 fiċ-Ċentru tas-Saħħa.
31 persuna involuti f'dawn l-inċidenti sofrew feriti ta' natura gravi u daħħlu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, li minnhom 4 intbagħtu l-Isptar San Luqa, Malta, filwaqt li 127 sofrew feriti ta' natura ħafifa u ntbagħtu d-dar.
Persuna waħda biss involuta f'inċident tat-traffiku miet u dan kien ġuvni ta' 26 sena li miet fl-Isptar San Luqa.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm nurses reġistrati man-Nursing and Midwifery Board? Xi grad għandhom? Kemm minnhom jaħdmu mal-gvern u kemm mal-privat? Kemm minnhom ma jaħdmux u huma taħt l-eta' ta' 60 sena? Kemm minnhom huma barranin u minn liema pajjiżi ġejjin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent fir-reġistri miżmuma mill-Bord dwar Infermiera u Qwiebel hemm 1728 Infermier Iskritti fl-Elenku (E.N.) u 1456 Infermiera Reġistrati (S.R.N.). Minn dawn hemm (a) 1196 li jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa u (b) 74 barranin li ġejjin minn dawn il-pajjiżi:- Renju Unit, Ġermanja, Niġerja, Albanija, Ċina, Slovakja, Slovenja, Bulgaria, Filippini, Stati Uniti, Kanada, Pakistan u Ukranja.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Ministeru għal Għawdex biex il-vapur "Ix-Xlendi" li ġie mgħarraq ftit 'il barra minn Għajnsielem u li sfortunatament inqaleb wiċċu 'l isfel u issa jien informat li nħareġ aktar 'il barra bil-maltemp, dan ma jitħalliex jaqa' fis-sies fond li hemm fil-viċinanza fejn l-aċċessibbilta' għalih mill-għaddassa isir aktar diffiċli?
Hemm ħsieb li jinġiebu tug boats biex jiġbduh lura, jaqilbuh wiċċu 'l fuq u possibbilment jankrawh biex ma jerġax jinġarr bil-maltemp?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Gozo Tourism Association qegħda tagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni biex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom li bdew jaħdmu roster ta' 24 siegħa l-Filing Department ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Meta bdew jaħdmu din ir-roster u kemm hemm impjegati fuq din ir-roster ta' 24 siegħa?
X'inhu l-grad tagħhom?
Mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Jannar 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm-il file intalab kuljum u f'liema ħin intalab u minn min intalab (mingħajr ma jissemmew ismijiet ta' pazjenti jew numri ta' files)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġiebu pazjenti minn Għawdex bil-helicopter mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?
Kemm minnhom kienu minħabba inċidenti tat-traffiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru ġentilment igħidilna kif filwaqt li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha għaddejja bil-proċess ta' riforma, inħolqu żewġ postijiet ta' Assistent Direttur?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kumitat ta' riforma li twaqqaf dan l-aħħar, hemmx xi persuna li tikkwalifika biex issir Assistent Direttur?
Jekk dan huwa l-każ, il-Ministru jidhirlu li dan jista' jkun konflitt ta' interess u jista' jiġi interpretata bħala abbuż minħabba li l-istess persuna hija membru tal-kumitat li ħoloq il-post ta' Assistent Direttur?
Kif se jkun kompost il-bord ta' l-għażla?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-Bord iddeċieda li joħroġ sejħa għal żewġ postijiet ta` Assistent Direttur.
Ninsab infurmat li fil-kumitat ta` riforma nterna li waqqfet l-Awtorita` hemm mill-anqas żewġ persuni li jistgħu jikkwalifikaw
għal pożizzjoni ta` Assistent Direttur.
L-Awtorita` jidhrilha li ma hemm l-ebda konflitt ta` interess għax dan il-Kumitat jagħti biss pariri. Id-deċiżjoni finali hija f`idejn il-Bord tal-Awtorita`.
Il-Bord tal-għażla ġie kompost minn fost il-membri tal-Bord u d-Direttur tal-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq iż-Żonqor kif ukoll xi lampa biswit il-Knisja, f'Wied il-Għajn għadhom mitfija minkejja li waslu l-Milied u lejliet il-Millenium fejn bla dubju Wied il-Għajn hu mistenni li se jiġbor fih għadd kbir ta' nies għaliex hu attrazzjoni prinċipali għan-naħat t'isfel ta' Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn qed jieħu ħsieb jorganizza u jagħmel id-diversi dwal dekorattivi tal-Milied li hawn f'diversi rħula f'Malta u f'Għawdex - il-gvern, il-kunsilli lokali jew l-entitajiet kummerċjali?
X'inhi r-raġuni li f'Wied il-Għajn li hu attrazzjoni prinċipali għan-naħat t'isfel ma saret ebda mixgħela għal Millenium il-ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħal fis-snin l-oħra, id-dwal dekorattivi tal-Milied li hawn f'diversi rħula f'Malta u Għawdex ma ġewx installati mill-Gvern Ċentrali.
Il-mixgħela fl-okkażjoni tal-Millennju l-Ġdid ġiet limitata, għal raġunijiet li jafhom kulħadd, għall-medda li tieħu mill-Monument ta' Spencer fil-Blata l-Bajda, sa Triq Ġilormu Cassar fil-Belt Valletta. Parti mill-ispejjeż għall-illuminazzjoni ta' Triq ir-Repubblika tħallsu wkoll mill-Kumitat Nazzjonali għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju.
Ma jaħsibx il-Ministru li l-kumitat organizzattiv tal-festi tal-Millenium għandu jfittex jibgħat l-inviti għal lejliet il-Millenium, jekk fil-fatt se jkun hemm inviti?
Ma jaħsibx il-Ministru li jekk dawn joħorġu aktar tard, meta fadal biss madwar 15-il ġurnata, ħafna mistiedna jkunu diġa' għamlu l-arranġamenti u l-pjanijiet alternattivi tagħhom ta' fejn u kif se jqattgħu lejliet il-millenium?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-poplu Malti kollu hu mistieden għall-attivitajiet li ser isiru fl-aħħar jiem ta' din is-sena (26-31 Diċembru 1999) biex isellmu lil dan il-millennju u jagħtu merħba lill-millennju l-ġdid. Dawn ser isiru fl-Arena ta' l-Indipendenza u fil-Belt Valletta. Mhux il-każ li joħorġu inviti għal xi attivita` partikolari.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ticket ħarġu mill-1 ta' Jannar sal-1 ta' Diċembru, 1999 mill-pulizija ta' Għawdex minħabba parking ħażin jew double parking ħdejn id-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi?
Kemm-il raid sar mill-pulizija ta' Għawdex għad-drogi f'din id-diskoteka mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Ottubru, 1999?
Tista' l-Ministru tgħidli meta saru dawn ir-raids, x'ħin u mil-liema uffiċjal tal-pulizija tmexxew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-roster li jaħdmu d-detectors ta' leakages ta' l-ilma li jaħdmu mal-Water Services Corporation?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-dedectors ta` leakages tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma jahdmu gimgha ta` erbghin siegha mqassma kif gej.
It-Tnejn, l-Erbgha u l-Gimgha mis-sebgha ta` filghaxija sal-hamsa ta` filghodu ta` l-ghada u darba s-Sibt u d-darba ta` wara l-Hadd mis-sebgha ta` filghaxija sal-hamsa ta` l-ghada filghodu.