Jista' l-Ministru ġentilment jara għalfejn bozza ħdejn id-dar Casa San Antonio, Triq il-Qadi, Żejtun ilha maqtugħa madwar sitt ġimgħat għax l-Enemalta qed jgħidu lir-residenti li bozoz m'għandhomx?
Jaħseb il-Ministru li sitt ġimgħat huma aktar minn biżżejjed biex tissewwa bozza maqtugħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza msemmija saret fit-12 ta` dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta ġentilment jinvestiga għaliex id-dawl elettriku fi Sqaq tar-Rumi f'Wied il-Għajn ilu maqtugħ għal dan l-aħħar xahar minkejja li dan l-isqaq hu ferm abitat u fl-istess ħin jinsab f'post imwarrab qalb l-għelieqi?
Għaliex ħaddiema ta' l-Enemalta marru tliet darbiet fuq il-post u baqgħu ma rranġaw xejn?
Jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni għax xahar ilu aktar minn biżżejjed biex dawn il-familji jibqgħu fid-dlam?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-problema ta` dawl maqtugh li kien hemm fi Sqaq tar-Rumi, Wied il-Ghajn, kienet tinvolvi zewg hsarat li ssewwew fis-6 ta` Dicembru, 1999 u fit-12 ta` Jannar ta` din is-sena.
Jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga ilmenti li wasluli minn xi residenti fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu u xi toroq oħra fil-viċinanzi, li għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat qed ikollhom pressa baxxa ta' l-ilma tant li m'humiex qed jimtlew it-tankijiet ta' l-ilma fuq il-bjut b'konsegwenza li diversi residenti qed ikollhom jitolbu l-bowsers kważi ta' kuljum biex jimlew it-tankijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma li min-naha taghha qed tistharreg il-kaz u jekk mehtieg tiehu l-azzjoni necessarja.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10007 li kienet tikkonċerna l-ħtieġa ta' bozza ġdida fi Sqaq Strejnu, Nru.1, Żejtun u li fit-tweġiba tiegħek inti tlabtni aktar informazzjoni ta' fejn trid titwaħħal eżatt din il-bozza, possibbli l-Enemalta tiġi nformata li l-bozza hi meħtieġa fit-tarf tas-Sqaq Strejnu Nru. 1, (li jinsab fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun) jiġifieri fejn l-isqaq jagħlaq?
Possibbli li din il-bozza issir fl-aqsar żmien possibbli għax f'din il-parti tas-sqaq li hi ferm mudlama hemm żewġ anzjani li jkunu waħedhom u qed ikunu imbeżża' minħabba d-dlam li hemm u anke għaliex dan l-isqaq jinsab xi ftit diżabitat?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni kif moghtija mill-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittiehed azzjoni bla aktar dewmien.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm organizzat courses differenti l-ETC mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Jannar, 2000? F'dawn il-courses attendew xi persuni b'diżabilita'?
Fl-istess perijodu x'ħidma wettqet l-ETC biex tgħin persuni b'diżabilita' issibu mpjieg?
Kemm minn dawk li qed jirreġistraw bħalissa huma reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' bħala persuni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' Diċembru 1999, l-ETC organiżżat tmien korsijiet speċifikament għal persuni b'diżabilita'. Għal dawn il-programmi ta' taħriġ attendew 44 persuna b'diżabilita'. Erbatax oħra ġew integrati f'korsijiet normali ta' l-ETC. Ma dawn wieħed irid iżid sitt programmi ta' taħriġ organiżżati flimkien ma' l-Eden Foundation li għalihom attendew sbatax-il persuna.
Il-ħidma ta' l-ETC biex tgħin persuni b'diżabilita' jsibu mpjieg kienet tikkonsisti minn:
* Pariri lill-persuni b'diżabilita' li qed ifittxu mpjieg.
* L-użu ta' skemi li jħajjru lil min iħaddem biex jimpjega persuni b'diżabilita'.
* Taħriġ fiċ-ċentru ta' l-ETC jew f'organiżżazzjonijiet oħra li għandhom faċilitajiet apposta bħalma hi l-Eden Foundation.
* Koordinament ma' organiżżazzjonijiet li jistgħu jirreferu persuni b'diżabilita' għas-servizzi ta' mpjiegi jew taħriġ li toffri l-ETC.
* Taħriġ fuq postijiet tax-xogħol biex jiġu megħjuna persuni b'diżabilita' jintegraw fid-dinja tax-xogħol. Taħriġ bħal dan sar b'kollaborazzjoni ma' Dar il-Wens u l-Eden Foundation.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, jien infurmat li l-ETC ma żżommx din l-informazzjoni, iżda ser jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex din l-informazzjoni tibda' tinġabar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawk li qed jirreġistraw bħalissa għax-xogħol huma 'l fuq minn 40 sena?
Xi pjanijiet għandha l-ETC biex il-gvern iżomm il-wegħda elettorali tiegħu li jgħin persuni 'l fuq minn 40 sena biex isibu xogħol - ħaġa li fis-snin li għaddew dehret li ma tantx hi faċli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Diċembru 1999 in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u huma minn 40 sena 'l fuq kien ta' 3,020.
Bħalissa l-ETC qed tiddiskuti skema apposta ndirizzata għall-ħaddiema 'l fuq minn 40 sena u jinsabu bla xogħol. Malli din l-iskema tiġi finaliżżata tingħata nformazzjoni lill-pubbliku u l-aktar lil dawk li jistgħu jibbenefikaw minnha.
Possibbli li l-iStorm Water Division u d-Dipartiment tat-Toroq jinvestigaw u possibbilment jirrimedjaw il-ħsara li qed tħalli fir-raba' li hemm fi Triq il-Gardel, Wied il-Għajn, għax l-ilma m'għandux minn fejn jgħaddi minħabba car park li nbena quddiem restaurant?
Billi bost bdiewa qed ibatu għadd ta' ħsara fl-uċuħ tagħhom, possibbli jittieħdu passi immedjati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-`car park` huwa mibni fuq art privata u mhux parti minn triq pubblika, mhix kompetenza tad-Dipartiment tat-Toroq jew ta` l-`Istorm Water Section` biex jikkunsidra l-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant.
Wara diversi korrispondenza tiegħi u diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi biex fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn issir xi ħaġa biex jinqata' l-abbuż ta' l-overspeeding, possibbli li t-Traffic Control Board jikkonsidra li jagħmel traffic lights f'din it-triq qabel issir xi inċident fatali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-'traffic lights' fi Triq il-Qaliet ġew approvati mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fl-1 ta' Diċembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu l-ammont ta' faults tat-telefon meta mqabbla bejn is-South zone u n-North zone?
Veru li fl-exchange taż-Żejtun hemm ammont sostanzjali ta' faults? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm hemm faults, fejn huma u kemm minnhom ilhom aktar minn xahar?
X'inhi r-raġuni ta' dawn il-faults, il-maltemp jew xi raġuni oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Skond ir-rekords tal-Maltacom, li jkopru sa l-10 ta` Jannar, 2000, l-ammont ta` faults fin-naha ta` fuq ta` Malta u f`dik tan-nofsinhar hija prattikament l-istess. Infatti n-numru ta` hsarat fiz-zona ta` fuq ta` Malta huwa ta` 483 waqt li f`dik tan-nofsinhar huwa ta` 578. Minn din l-ahhar figura, 287 hsara jappartjenu lill-Exchange taz-Zejtun.
Tajjeb jinghad li lejn tmiem Novembru 1999, is-sitwazzjoni generali tal-hsarat kienet wahda normali. Madanakollu l-maltemp qawwi li hakem il-gzejjer Maltin fil-gimghat ta` wara wassal ghal hsarat f`10 cables ewlenin. Bhalissa z-zona ta` fuq ta` Malta regghet lura ghal-livelli normali, waqt li fiz=zoni tan-nofs u tan-nofsinhar ghada ghaddejja hidma biex is-sitwazzjoni tigi ghan-normal. Barra minn hekk kien hemm ukoll zewg cut-overs fiz-zona tan-nofsinhar ta` Malta, cioe` fiz-Zurrieq u f`Birzebbuga, biex dawn l-Exchanges ikunu `Y2K compliant`. Dan ix-xoghol sar matul it-tieni gimgha ta` Dicembru 1999 u kien jinvolvi fuq 10,000 abbonat. Ta` min jghid li jsiru l-cut-overs, huwa normali li jigu identifikati numru ta` hsarat li minkejja li s-servizz jibqa` ghaddej, juru li l-parametri teknici huma inqas minn sodisfacenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl ta' barra u f'xi inħawi anki ta' ġewwa qed jinqata' ta' spiss prattikament fl-inħawi ta' Triq il-Falkunier, Żejtun u Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun/Wied il-Għajn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li skond ir-rekords miżmuma mill-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fi Triq il-Falkunier iż-Żejtun, kien hemm żewġ interruzzjonijiet minħabba ħsarat fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli. Dawn kienu fl-4 u fis-7 ta' Diċembru 1999.
Fir-rigward ta' Triq id-Daħla ta' San Tumas, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni ma jirriżultax li kien hemm xi interruzzjonijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12022?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-rapport ta' l-esperti Belġjani huwa dokument pubbliku.
Rigward is-suġġeriment tiegħu għal `team' multi-dixxiplinarju ninfurmah li diġa jeżisti kumitat speċifikament fuq il-kura tas-Saħħa Mentali fil-Komunita' mmexxi mit-tabib A. Amato Gauci. Dan qed jistudja kif ir-riżorsi ser jiġu żviluppati u ffinanzjati.
B'kollox fl-isptar f'Monte Carmeli hemm 698 pazjent li minnhom hemm 209 bil-`leave'. Madwar 342 pazjent jiġu jżuruhom nieshom. L-eta' medja hi ta' 44 sena bl-iżgħar pazjent li għandu 10 snin u l-ikbar waħda li għandha 97 sena.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk it-Traffic Control Board irċeviex talba mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun biex Triq Alfredo Cachia Zammit, fiż-Żejtun issir one way kif fil-fatt waslet informazzjoni għandi?
Jekk dan hu minnu, jaf it-Traffic Control Board li din it-triq hi ferm wiesgħa u m'hemmx ġustifikazzjoni li din għandha ssir one way?
Qabel japprova din it-talba, jekk fil-fatt diġa' saret talba, jista' t-Traffic Control Board jinvestiga bis-serjeta' r-raġuni għaliex saret din it-talba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma saritlu l-ebda talba mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun biex Triq Alfredo Cachia Żammit issir 'one way'.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl kemm ta' barra kif ukoll ta' ġewwa qed imur ta' spiss fi Triq Kapumastru, Żejtun?
Għaliex id-dawl ta' barra ilu ġimgħat sħaħ maqtugħ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-triq imsemmija kienet effettwata minn ħsarat separati fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli fl-4 u fis-17 ta' Diċembru 1999, waqt li l-manutenzjoni meħtieġa fuq id-dawl ta' barra saret fit-28 ta' Diċembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijet pendenti bħalissa quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ilhom aktar: (i) minn sitt xhur; (ii) minn sena; (iii) minn sena u nofs; (iv) sentejn jew aktar; u (v) anqas minn sitt xhur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-10 ta` Jannar 2000, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kellha quddiemha 3,746 applikazzjoni pendenti. Dawn l-applikazzjonijiet huma mifruxa fuq il-perijodi mitluba kif muri hawn :
aktar minn sitt xhur 1,622
anqas minn sitt xhur 2,124
aktar minn sena 813 *
aktar minn sena u nofs 574 *
sentejn jew aktar 429 *
* L-ammonti murija għal perijodi mitluba huma ammonti kumulattivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha imwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Kemm-il applikazzjoni ġiet ipproċessata?
Kemm kien hemm refusals u kemm-il darba inħareġ il-permess?
Kemm-il darba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar talbet estensjoni taż-żmien stabbilit biex tagħti d-deċiżjoni tagħha?
Kemm hemm nies impjegati fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
L-Awtorita` ta' l-Ippjanar ilha mwaqqfa mit-30 ta` Ottubru 1992. Ninsab infurmat li minn din id-data sal-10 ta` Jannar 2000, l-Awtorita` irċeviet 52,534 applikazzjoni għall-permess ta` żvilupp li 3,843 minnhom ġew mgħoddija lill-Awtorita` mill-PAPB. L-Awtorita` iddeċidiet 48,788 applikazzjoni li 8,918 minnhom ġew irrifjutati.
Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat ukoll li fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar hemm 321 impjegati. Din il-figura tinkludi n-nies li huma direttament impjegati ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ħaddiema 'Detailed', impjegati b`Kuntratt Definit u impjegati part-time.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid min huma l-membri kollha tan-Nursing and Midwifery Board? Kemm u liema huma dawk eletti u dawk maħtura mill-gvern? Minn hu r-reġistratur tal-bord u min hu ċ-chairman? Min minnhom jitħallas, u kemm hu s-salarju ta' kull wieħed li jitħallas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-membri tal-Bord ta' l-Infermiera u l-Qwiebel huma dawk kif pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Jannar 1999 u l-5 ta' Marzu, 1999 rispettivament. Ħadd mill-membri m'għandu salarju. Iċ-Chairman jitħallas bir-rata stabbilita mid-Dipartiment għal kull laqgħa li jattendi minħabba li mhux uffiċjal pubbliku jew fis-Servizz Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost id-direttorat tan-nursing? X'inhuma l-gradi tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant, li d-direttorat tan-nursing huwa kompost minn:
Ms Nicolina Farrugia - Director Nursing Services
Mr Emanuel Saliba - Nursing Officer
Ms Maria Montebello - Staff Nurse
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11273 u 12032, jista' l-Ministru jgħid:
(1) Meta saret din l-inspection u minn min saret?
(2) Min għamel din l-inspection, xi grad u xi kwalifiki għandu biex jiddeċiedi hu jekk hux qed isir jew tistax issir ħsara bil-lampa li hemm imwaħħla ma' dan ir-razzett antik?
(3) Kien hemm xi perit li hu l-persuna kwalifikata u kompetenti biex jiddeċiedu hux qed issir ħsara jew hix se ssir ħsara b'din il-lampa?
(4) Billi mhux veru li hemm lampa oħra fil-viċin, possibbli li l-foreman jagħmel appuntament miegħi biex inżuru l-post flimkien, (in-numri tat-telephones tiegħi qed jintbagħtu separatament)?
(5) Jista' l-Ministru jinvestiga r-risposta li ngħata mill-Enemalta għaliex jirriżulta li ma tirriflettix ir-realta'?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ispezzjoni saret fis-27 ta` Dicembru, 1999 mill-Perit Carmelo Busuttil li huwa l-Perit tal-Korporazzjoni.
Nahseb l-aktar persuna kompetenti li tista` tghaddi opinjoni u taghti parir dwar materja ta` struttura ma ` tista ` tkun hadd ghajr Perit. Ta` min jghid ukoll li dwar din il-materja l-Perit imsemmi ikkonsulta wkoll lill-inginier u l-foreman tad-distrett.
Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 12032, tezisti lampa fil-vicinanzi tal-bini li ghalih qed issir riferenza. Huwa minnu li din il-lampa bhalissa mhux qed tiffunzjona, pero` is-sitwazzjoni ser tigi rimedjata.
Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12098?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li d-dawl fl-inħawi msemmija ġie iċċekkjat mill-Korporazzjoni Enemalta fis-17 ta' Diċembru 1999 u fil-fatt dakinhar inbidlu erba' lampi fi Triq iż-Żonqor.