Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13069 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Bozoz maqtugħin

Question

Possibbli l-Enemalta tara li jinbidlu żewġ bozoz li huma maqtugħa u jinsabu waħda ħdejn Nru. 56, Triq id-Daħla ta' San Tumas u oħra ftit 'l isfel minn "Dar Ħal Tmiem" Triq Strejnu, Żejtun? Billi dan il-post jinsab imwarrab u mudlam u billi diġa' kien hemm żewġ attentati ta' rape fl-inħawi, possibbli li l-uffiċjal inkarigat jara li dawn il-bozoz li ilhom żmien maqtugħin jiġu rranġati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozoz li ghalihom qed issir riferenza saret fit-22 ta` Jannar ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #13070 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq is-Sibbien - Dawl

Question

Possibbli li l-Enemalta tieħu passi biex ir-residenzi ta' Triq is-Sibbien, Wied il-Għajn imsemmija aktar 'il quddiem f'din il-mistoqsija lkoll joqogħdu, ma jibqax immurilhom id-dawl elettriku ġewwa ta' spiss kif fil-fatt qed jiġri? Billi dawn ir-residenti qed ikunu nformati li din il-ħsara hi kawżata minn overloading fuq il-linja li tissupplixxi id-dawl elettriku lir-residenzi tagħhom u billi l-ħaddiema ta' l-emerġenza jagħmlu tiswijiet temporanji biss kull meta jkunu imsejħa filgħaxija jew bil-lejl, possibbli min hu responsabbli jara li jsiru it-tiswijiet neċessarji biex dan l-inkonvenjent jinqata' darba għal dejjem? Billi hemm minn fost dawn ir-residenti li għandu trabi tat-twelid u meta jinqata' d-dawl ma jkunx jista' jsaħħan id-dar, possibbli li jsir intervent immedjat minħabba li ninsabu fl-eqqel tax-xitwa? Possibbli l-Enemalta tinnota li r-residenzi milquta huma Nri: 36, 40, 42 u Collingwood 48?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ricentement sar ix-xoghol mehtieg sabiex tigi rinfurzata s-sistema ta` vultagg baxx fi Triq is-Sibbien gewwa Marsaskala.
Leg 9 PQ #13194 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq Lia - Dawl

Question

Possibbli li l-Enemalta tieħu passi biex jeħel arblu ħdejn id-dar "Ix-Xemx" Triq Lia, Zabbar, ħalli jiġi shifted il-wire li hemm imwaħħal ma ' bracket ma' din id-dar? Għaliex s'issa għadu ma sar xejn, minkejja li s-sid ta' din ir-residenza kiteb ittra bil-perit tiegħu fuq il-ħsara li qed issirlu, saret site inspection mill-foreman ta' l-Enemalta ta' Raħal Ġdid u minkejja li s-sid konċernat mar diversi drabi fl-uffiċċju ta' l-Enemalta, Raħal Ġdid, s'issa baqa' ma sar xejn, għalkemm s-sid dejjem jiġi imwiegħed li se jmorru jagħmlu re-routing tal-wires u jneħħu l-bracket li qed tagħmel ħsara ma' din ir-residenza? Ladarba s'issa baqa' ma sar xejn u dan il-każ sempliċi baqa' jitwal daqstant, possibbli l-Ministru jara li issa jittieħdu passi sabiex dan iċ-ċittadin ma jibqax ibati ħsarat mar-residenza privata tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

PTA — Zabbar

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex bus shelters approvati għal ġo Ħaż-Żabbar, mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għadhom ma waslux s'issa? Għaliex z-zebra crossings approvati f'Ħaż-Żabbar għadhom bla dawl minkejja li jien informat li kien lest iħallas l-ispejjeż l-istess Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta` Haż Żabbar, fi żmien sena għamel talba għal ħames `Bus Shelters`. Tlieta minnhom diġa ġew installati. It-tnejn l-oħra ser jitpoġġew aktar tard din is-sena.
Leg 9 PQ #12918 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Internal Affairs Unit

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk ċittadin li jagħmel rapport fuq membru tal-korp tal-pulizija biex jiġi nvestigat mill-Internal Affairs Unit, għandux dritt li jitlob li jagħti x-xiehda jew l-evidenza tiegħu, biex b'hekk ikun hemm a fair trail u jinstemgħu iż-żewġt verżjonijiet, kemm tal-membru in kwestjoni kif ukoll taċ-ċittadin li jressaq ir-rapport?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-proċedura addotata fl-investigazzjoni ta` lmenti kontra membri tal-Korp tal-Pulizija, ma hemm xejn x`jipprekludi lil persuna li tkun għamlet l-ilment milli titlob li tkun mismugħa mill-uffiċjal li jkun qiegħed jinvestiga l-ilment.
Leg 9 PQ #12919 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Internal Affairs Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-Internal Affairs Unit tal-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Internal Affairs Unit fil-Korp tal-Pulizija huwa kompost minn Spettur u Kuntistabbli.

Anzjani — Care workers

Question

B'riferenza għall-postijiet ta' care workers fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani, liema sejħa saret fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 7 ta' Jannar 2000 f'paġna 74, partikolarment għall-paragrafu 6 fejn jintqal (quote) "L-applikanti għandhom jinnominaw żewġ persuni biex jagħmluha ta' referees (politikanti u qraba ta' applikanti ma jistgħux jaġixxu bħala referees)" (unquote), jaħseb il-Viċi Prim Ministru li: (1) peress li l-kelma "politikanti" skond id-dizzjunarju tal-Professur Joseph Aquilina, maħruġ fl-1990 f'paġna 1067, il-kelma "politikant" tfisser "petty politician jew dabbler in politics" il-kelma adatta kellha tkun "politiċi" għaliex "politikanti" tammonta għal insult għal klassi politika Maltija; (2) il-fatt innifsu li l-politiċi, inkluż membri parlamentari, ma jistgħux jagħmluha ta' referees timplika nuqqas ta' fiduċja fil-klassi politika Malija u/jew li m'humiex responsabbli biżżejjed biex jagħmluha ta' referees, meta l-istess membri parlamentari jistgħu jagħmluha ta' referees f'diversi applikazzjonijiet għal xogħol kif ukoll bħala xhieda li r-ritratti ta' applikanti jkunu verament tal-persuna konċernata u anke biex jifformaw applikazzjonijiet uffiċjali, bħal dak tal-passaport; u (3) taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-klawsola msemmija f'gazzetta uffiċjali tal-Gvern m'għandhiex tiġi ripetuta fil-futur għaliex tista'timplika nuqqas ta' serjeta' u allura sfiduċja fil-membri parlamentari Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

(1) Huwa veru li l-użu tal-kelma "politiċi" għandha tifsira aħjar minn "politikant". (2) u (3) Il-fatt li l-politiċi ma jistgħux jagħmluha ta' referees tidher li hija politika tal-Public Service Commission u l-Management and Personnel Office, u allura dan id-dipartiment mhux f'posizzjoni li jwieġeb din il-parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #12510 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Każi ta' Qtil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12120 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li ġiet riferuta lilek u cioe': tista' tgħid kemm-il murder sar f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Kemm minn dawn il-murders ġew solvuti u minn min tmexxiet l-investigazzjoni f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ma kienx hemm każijiet ta` omiċidju volontarju f`Għawdex.
Leg 9 PQ #12341 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Nuqqas ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Enemalta inqabdet bla bozoz bil-konsegwenza li hemm volum ta' bozoz maqtugħa? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għaliex min kien responsabbli ma ordnax bozoz minkejja li kienet ġejja x-xitwa u allura minħabba l-maltemp kellu jkun ovvju li t-talba kienet se tiżdied?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt kien hemm problema fil-kuntratt tat-tender li wassal biex ikun hemm skarsezza ta` bozoz fil-Korporazzjoni Enemalta. Li gara kien li f`dawn ic-cirkustanzi l-Korporazzjoni Enemalta kellha tohrog `letter of acceptance` lill-kuntrattur iehor skond kif jesigu r-regolamenti finanzjarji li jorbtu din it-tender. Sabiex tkun tista` tlahhaq mad-domanda, l-Korporazzjoni kellha anke tohrog `direct orders` ghax-xiri ta` bozoz godda wara diversi sejhiet ghall-kwotazzjonijiet. Ninsab infurmat li l-bozoz godda li ser jinxtraw skond il-kuntratt tat-tender sejrin jaslu dalwaqt.
Leg 9 PQ #12342 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żejtun - Kindergarten

Question

Ladarba issa tlesta x-xogħol fuq l-iskola tal-kindergarten, Żejtun liema xogħol ilu lest minn Settembru 1999 għaliex sal-lum għadha ma twaħħlitx il-gate tal-ħadid biex tagħlaq l-aċċess għal din l-iskola fejn matul il-lejl faċilment jistgħu jidħlu nies li fost affarijiet oħrajn jistgħu jabbużaw mid-droga, bil-konsegenza li jħallu xi siringi u jsibuhom it-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalkemm kien hemm xi diffikultajiet, il-grada li saret riferenza għaliha ser titwaħħal fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #12396 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Staff

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12117 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid minbarra n-nurses u t-tobba, minn aktar jaħdem il-Ħdud fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qegħda nissottometti lista ta' impjegati li jaħdmu fuq roster li jinkludi l-Ħdud, b'total ta' 365 ħaddiema. In-Nursing Aides huma inklużi f'din il-lista billi m'humiex meqjusa bħala nurses. Ambulance Driver 13 Assistant Foreman 1 Assistant Principal Radiographer 1 Assistant Technical Officer 5 Boiler Attendant 4 Chaplain 4 Cook 5 ECG Tech 2 Fitter 1 Gardener 2 G eneral Hand 20 Health Assistant 166 Health Attendant 3 Hospital Auxiliary 35 Hospital Orderly 2 Labourer 1 Lighthouse Keeper 1 Medical Lab. Tech. 2 Messenger 5 Mortuary Attendant 1 Motor Transport Driver 3 Nursing Aide 7 Operative 2 Porter 1 P ostperson 1 Principal Med. Lab. Tech. 1 Principal Radiographer 1 Security Guard 25 Senior Messenger 1 Senior Radiographer 3 Senior Technical Officer 1 Senior Technician 3 Senior Tradesperson 19 Snr Medical Lab. Tech. 3 Supervisor 6 Technical Officer 3 Technician 5 Timekeeper 1 Tradesperson 5 GRAND TOTAL 365
Leg 9 PQ #12397 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Mastrudaxxi

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12105 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid x'roster jew rosters jaħdmu l-mastrudaxxi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm erba' (4) ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta' mastrudaxxa, dawn kollha jaħdmu fuq roster ta' ACO.
Leg 9 PQ #12398 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pazjenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12118 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid kemm inġiebu pazjenti minn Għawdex bil-helicopter mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999? Kemm minnhom kienu minħabba inċidenti tat-traffiku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-1 ta' Jannar 1999 sal-1 ta' Diċembru 1999 ittieħdu total ta' 64 pazjent minn Għawdex bil-helikopter, li minnhom 4 kienu minħabba inċidenti tat-traffiku.
Leg 9 PQ #12399 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Filing Department

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12116 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid kemm ilhom li bdew jaħdmu roster ta' 24 siegħa l-Filing Department ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Meta bdew jaħdmu din ir-roster u kemm hemm impjegati fuq din ir-roster ta' 24 siegħa? X'inhu l-grad tagħhom? Mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Jannar 1999, tista' tgħid kemm-il file instab kuljum u f'liema ħin intalab u minn min intalab (mingħajr ma jissemmew ismijiet ta' pazjenti jew numri ta' files)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Medical Records ilhom jaħdmu fuq roster ta' 24 siegħa (ANOO) għal dawn l-aħħar sena u għaxar xhur, jiġifieri minn nhar il-25 ta' Marzu 1998. Hemm b'kollox erba' ħaddiema jaħdmu fil-filing department ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jiġifieri Gardener u tliet Health Assistants li tnejn minnhom dalwaqt se jinħatru Nursing Aides. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nista' nagħti biss l-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jiġifieri, in-numru ta' files li ntalbu mid-diversi dipartimenti jew taqsimiet ta' l-isptar u li attwalment ġew riferuti lill-istess taqsimiet.
Leg 9 PQ #12275 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq il-Silla - Dawl

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-aħħar ta' Diċembru, 1999, kemm-il darba mar id-dawl ta' l-elettriku fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn jew partijiet minnha? Possibbli l-Enemalta tieħu passi biex dan l-ilment jiġi solvut għax qed ikun ta' inkonvenjent kbir lir-residenti ta' din it-triq speċjalment issa li ninsabu fl-aqwa tax-xitwa? X'qed jikkaġuna dan il-qtugħ fi Triq is-Silla u f'xi toroq oħra fil-viċinanzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi seduta ohra.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jara għalfejn l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament baqgħet ma riċevitx l-benefiċċji soċjali ta' meta kienet bis-sick leave minkejja li sfat imweġġa' f'Settembru 1998 u damet bis-sick leave sa Marzu 1999? Possibbli li din il-persuna jinħarġulha l-benefiċċji dovuti għax minkejja li ilmentat diversi drabi, baqgħet ma rċeviet xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna konċernata ġiet infurmata fuq it-talba li kellha biex tirċievi l-Benefiċċju tal-Mard.
Leg 9 PQ #12335 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidel id-drenaġġ fl-area ta' Ħajt il-Wied taż-Żejtun minħabba li jien informat li s-sistema li hemm mhux qed tlaħħaq mad-domanda li llum kibret sew? Billi l-pajpijiet tad-drenaġġ f'din l-area llum saru żgħar, hemmx il-ħsieb li jinbidlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-fatt hemm ħsieb li jsir relief sewer-main ġewwa Ħajt il-Wied, iż-Żejtun. Tender għal dan ix-xogħol għandha tiġi ppubblikata fil-futur.
Leg 9 PQ #12338 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Oftamoloġija — Implant lenses

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa biex id-Dipartiment ta' l-Oftamoloġija f'każi ta' implant ta' lenses, speċjalment wara operazzjonijiet tal-kataretti, ikejjel id-daqs tal-lense skond l-individwi u mhux jagħmel waħda standard kif isir s'issa? Hemm il-ħsieb li jinxtara dan l-apparat komputerizzat kif hemm f'xi kliniċi privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mhux kull pazjent ikollu lens standard. F'Karen Grech Theatre hemm ir-range ta` lenses kollha. Id-daqs tal-lens tkun skond ir-refraction tan-nuċċali tal-pazjent. Hemm ordni biex jinxtara apparat ['A' Scan] biex jieħu il-kejl eżatt kemm jista` jkun.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Jannar, 2000 kemm-il persuna żaru jew talbu servizz mill-Job Centres ta' l-ETC f'Malta u f'Għawdex? Fil-fatt kemm-il job centre hawn, fejn jinsabu; u meta nfetħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istatistika mitluba mill-Onor. Membru ma tinżammx u għalhekk mhux f'pożizzjoni li nagħtiha bi preċiżjoni. L-ETC għandha Job Centre fil-Belt, f'Għawdex, f'Bormla u fil-Mosta. L-aħħar żewġ Job Centres (i.e. dawk ta' Bormla u tal-Mosta) infetħu s-sena li għaddiet.

Cargo Handling — Servizzi

Question

Jaħseb il-Ministru li l-Cargo Handling għandha toffri servizz anki nhar ta' Sibt biex il-cargo li jasal Malta qabel il-weekend ma jkollux jibqa' sat-Tnejn biex jiġi released bil-konsegwenza li jista' jiżdied ir-riskju tas-serq? Għaliex sid ta' lanċa żgħira li hu Għawdxi u li l-lanċa tiegħu waslet Malta fuq vapur tal-Cargo il-Ġimgħa filgħaxija jew is-Sibt filgħodu kellu jerġa' jirritorna lejn Għawdex is-Sibt filgħodu u jerġa' jiġi t-Tnejn filgħodu sempliċement għax il-Cargo Handling kien magħluq is-Sibt filgħodu? Jikkonsidra l-Ministru li dan is-servizz għandu jkun aktar customer oriented u jestendi s-servizzi tiegħu imqar għal nofs ta' nhar is-Sibt filgħodu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ħinijiet tax-xogħol tal-port huma regolati mill-`Ports (Hours of Business) Regulations, 1974`. Dawn ir-regolamenti jistabilixxu li l-mollijiet ikunu miftuħa għax-xogħol mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Madankollu l-Cargo Handling Co. Ltd. ikunu lesti li jirrilaxxaw merkanzija minn fuq mollijiet barra l-ħinijiet uffiċċjali, jekk l-importatur javża bil-quddiem lill-kumpanija dwar din il-ħtieġa u jekk ikun ipproċessa d-dokumenti meħtieġa kif stabbilit f`regolament 77 tar-Regolamenti tal-Portijiet, 1966. Dwar il-każ imsemmi fil-mistoqsija jien infurmat li l-persuna konċernata marret il-port qabel ma kellha d-dokumenti neċċessarji għar-rilaxx ta` merkanzija.