Legislature:
Category:
Reset
Active:

Day centres

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn day centres f'Malta u f'Għawdex? Fejn huma? Kemm jattendu guvintur u xebbiet f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Kemm hemm staff f'kull ċentru? X'inhi l-ispiża kapitali u rikorrenti f'kull ċentru f'kull sena? Kemm hi l-ispiża tat-trasport f'kull ċentru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Żabbar — Xogħol f'Pjazza Sliema/San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm il-bidu tax-xogħol fuq Pjazza Sliem u Pjazza San Ġakbu ġewwa Ħaż-Żabbar? Meta se jibda x-xogħol fuq dawn il-pjazez?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li dan huwa xogħol li qed isir mill-Kunsill, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #13553 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kunsill lokali huwa responsabbli għat-tiswija u manutenzjoni tat-Triq San Ġużepp bejn il-bypass ta' Sant'Antnin, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun? X'inhi r-raġuni li din it-triq tinsab fi stat hekk ħażin meta din it-triq tista' isservi biex tnaqqas ħafna mit-traffiku u l-konġestjoni li jgħaddi minn Triq Hompesch, Żabbar u fl-istess ħin jekk tiġi rranġata u ssir aċċessibbli u tibda tintuża aktar jonqos l-abbuż u rimi ta' imbarazz u ħmieġ li sfortunatament saret rinomata għalih din it-triq? Possibbli l-Kunsill Lokali taż-Żejtun u Ħaż-Żabbar jiddeċiedu darba għal dejjem taħt liema kunsill taqa' din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-imsemmija triq mhix arterjali taqa` taħt ir-responsabbilta tal-Kunsilli Lokali. F`dan il-każ il-konfini bjen iż-Żejtun u Żabbar hu determinat biżżejjed biex jiġi identifikat miż-żewġ Kunsilli.
Leg 9 PQ #13430 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Security Officer

Question

B'riferenza għal dawk is-security officers li ġew appuntati bħala security officers fl-isptarijiet ftit taż-żmien ilu, għax kien hemm vakanzi għalihom iżda tħallew fi grad ta' hospital auxiliaries u llum reġgħu intbagħtu lura jagħmlu x-xogħol ta' hospital auxiliaries, jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet interni għal hospital security officers? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv meta, bejn wieħed u ieħor, se joħorġu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ser jinħarġu l-applikazzjonijiet interni għal Security Guards fi żmien qasir.

SVDP — Impjegati

Question

Billi fir-residenza St Vincent de Paule hemm madwar 20 casual cleaners u billi f'dan il-post hemm nuqqas kbir ta' cleaners, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu tal-post għax ilhom casual cleaners għal dawn l-aħħar tmien snin u, minkejja li jaħdmu ġimgħa ta' 40 siegħa, xorta waħda għadhom bil-kundizzjonijiet ta' casuals?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-'casual cleaners' li qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom fir-Residenza San Vinċenz de Paule jiffurmaw parti minn grupp akbar ta' mpjegati każwali fis-Servizz Pubbliku li dwarhom għaddej eżerċizzju sabiex possibilment jiġi rivedut l-'istatus' ta' l-impjieg tagħhom.

Zabbar — Triq Lia - Xogħlijiet

Question

Billi jien informat li x-xogħol fi Triq Lia, Zabbar, f'dik il-biċċa triq fejn ġiet irranġata dan l-aħħar, kien hemm problema fuq it-tarmac kif ukoll għax kien qed iżomm l-ilma, jista' r-Roads Department jieħu passi immedjati biex ix-xogħol jiġi rranġat u jiġi assigurat li sar sewwa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntrattur irranġa xi partijiet mix-xogħol li għamel li kienu rriżultaw b`xi problemi. Id-Dipartiment qiegħed jispezzjona x-xogħol li tlesta biex jara jekk dawn ir-`remedial works` għandhomx jiġu aċċettati.
Leg 9 PQ #13528 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Elezzjoni Ġenerali — Kawżi dwar Corrupt Practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet il-kawża tal-Corrupt Practices li ġraw fl-elezzjoni ta' Mejju 1987 dwar partitarji Nazzjonalisti li ssawtu jew ma tħallewx jivvutaw minn partitarji Laburisti? Kemm-il seduta saret? Min kien l-imħallef jew il-maġistrat? Meta nqatgħet is-sentenza? Kemm kienu akkużati? Kemm instabu ħatja? Kemm issejjħu xhieda mid-difiża u mill-prosekuzzjoni separatament? Għal kemm-il darba d-difiża sejħet l-istess xhud jixhed?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar, u risposta tinghata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #13529 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw under separate cover u li għanha post b'kera li kien tal-Knisja u li issa qiegħed taħt il-Joint Office, se tkun tista' tixtri l-post tagħha, għax ilha żmien twil li ħallset Lm100 meta ħarġet l-iskema li nies bħal dawn jistgħu jixtru l-post tagħhom, kien mar il-perit jara d-dar u minkejja diversi wegħdiet mill-Joint Office li dan il-każ qed jiġi proċessat baqa' għal sena wara l-oħra ma sar xejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta` Frar 2000, l-Uffiċċju Konġunt ser jibgħat għal persuna li d-dettalji tagħha ingħataw mill-Onorevoli Interpellant sabiex jiġi ffirmat il-kuntratt ta` bejgħ.
Leg 9 PQ #13530 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta li l-pixxina nazzjonali tkun imsaħħna kif suppost għax wasluli lmenti li ġieli tfal imorru kmieni biex jagħmlu sessjoni ta' taħriġ u jsibuha kiesħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Pixxina Nazzjonali qed tiġi msaħħna kif meħtieġ, jiġifieri bejn 26.5 u 27 grad celcius. Minn mindu reġgħet fetħet għall-pubbliku, wara xogħol ta' manutenzjoni, din it-temperatura nżammet b'mod konsistenti.
Leg 9 PQ #13413 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Festi tal-Millenju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenium l-orkestra nazzjonali ma ġietx involuta fl-ebda attivita', minkejja li hi orkestra full-time, imħallsa mill-gvern u aktar minn hekk hija orkestra ta' livell għoli li kull fejn marret iddoqq għamlet suċċessi kbar u ġiet imfaħħra minn kulħadd, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda raġuni partikulari għal dan. Dawn l-affarijiet dejjem jiġru meta jkun qed jitfassal programm artistiku. Żgur li ħadd ma jiċħad il-kapaċita` professjonali ta' l-Orkestra u prova ta' dan huma l-kunċerti l-oħra li d-Dipartiment tal-Kultura jqabbad lill-Orkestra Nazzjonali sabiex tesegwixxi. Informat ukoll li l-Orkestra Nazzjonali għadha qatt ma tat "performance" barra minn Malta.
Leg 9 PQ #13414 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir ftehim ġdid ma' l-union li tirrappreżenta l-mużiċisti ta' l-orkestra nazzjonali biex dak li tteħdilhom qabel jerġa' jingħatalhom lura u ssir ġustizzja anke ma' dawn il-ħaddiema professjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratt li l-mużiċisti kienu ffirmaw f'Ottubru 1997 ġie mġedded f'Ottubru ta' l-1999 għall-perjodu ta' sentejn oħra, "tale quale".

Wied il-Għajn — Triq il-Qaliet - Numri tal-bibien

Question

Peress li jien informat li s'issa Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn għadha s'issa bla numri tal-bibien ta' barra, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għal dan? Billi din hi triq twila, ferm abitata b'diversi familji bl-istess kunjom u bl-ismijiet tar-residenzi tagħhom l-istess, jista' d-dipartiment konċernat jieħu passi immedjati biex anki din it-triq ikollha n-numri mar-residenzi kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #13416 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Care takers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13008 imwieġba fi Seduta Nru. 225 fl-24/01/2000 billi fit-tweġiba intqal li: "Il-fatt li l-politiċi ma jistgħux jagħmluha ta' referees tidher li hija politika tal-Public Service Commission u l-Management and Personnel Office ..." - (f'dan il-każ skond il-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 7 ta' Jannar, 2000 f'paġna 74, fejn intqal li: "Politikanti ... ma jistgħux jagħmluha bħala referees" għal postijiet ta' care workers fid-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Anzjani), jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt innifsu li l-politiċi, inkluż membri parlamentari, ma jistgħux jagħmlulha ta' referees, timplika nuqqas ta' fiduċja fil-klassi politika Maltija u/jew li m'humiex responsabbli biżżejjed biex jagħmluha ta' referees, meta l-istess membri parlamentari jistgħu jagħmluha ta' referees f'diversi applikazzjonijiet oħra ta' xogħol u jistgħu jiffirmaw ukoll ritratti ta' applikanti biex jikkonfermaw li dak ikun ritratt awtentiku tal-persuna konċernata? Ladarba l-membri parlamentari jistgħu jiffirmaw applikazzjonijiet uffiċjali bħal dawk tal-passaport, għaliex f'dan il-każ inħasset il-ħtieġa li fil-Gazzetta uffiċjali tal-Gvern jingħad li l-politikanti ma jistgħux jagħmlu ta' referees? Il-Prim Ministru jaħseb li l-Public Service Commission u l-Management and Personnel Office għandhom juru aktar rispett lejn ir-rappreżentanti tal-poplu Malti u Għawdxi u billi klawsoli bħal dawn jiġu evitati fil-futur? Possibbli li l-PSC u l-MPO jinnotaw ukoll dak li ntqal ukoll fil-mistoqsija parlamentari numru 13008 li l-kelma adatta hi: "Politiċi" u mhux "Politikanti"?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li risposta tingħata wara konsultazzjonijiet li qed isiru bejn l-Management and Personnel Office u l-Public Service Commission.
Leg 9 PQ #13196 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ilment tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar li l-Enemalta għadha ma pprovdietx fittings biex ikunu jistgħu jsiru arbli tad-dawl fil-ġenb ta' Triq is-Santwarju, Zabbar, li l-ispejjeż tagħhom, inkluż il-konsum, jien informat li se jitħallas mill-istess kunsill lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13197 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Zabbar — Misraħ is-Sliem

Question

Jikkonferma l-Ministru li madwar sena ilu kien sar ftehim mal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar biex isiru pjanti f'Misraħ is-Sliem, Zabbar, liema spejjeż kellhom jitħallsu mill-istess kunsill? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għaliex s'issa la waslu l-pjanti imsemmija u wisq inqas il-ħaddiema mwegħda biex iwaħħluhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. sieħbi li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Zabbar — Triq iċ-Ċawsli - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu d-Dipartiment tat-Toroq għal Triq iċ-Ċawsli (Triq l-10 ta' Settembru) Zabbar, li ilha snin sħaħ tiġi rranġata u terġa' tinżel, bil-konsegwenza li qed iżżomm ħafna ilma u qed issir ħsara kbira lill-vetturi apparti li jkunu qed jirriskjaw li jinqalbu minħabba l-mod kif niżlet u sfrundat f'ċertu partijiet minnha? Billi din hi triq passaġġa ħafna għaliex tgħaqqad iż-Żejtun ma' Ħaż-Żabbar u l-Fgura, hemm ħsieb li tiġi rranġata b'mod permanenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq indikata mill-Onor. Interpellant diġa ġiet spezzjonata f`eżerċizju li qed isir mill-Konsulenti Ġermaniżi u d-Dipartiment tat-Toroq sabiex isir programm separat għar-restawr ta` toroq bħal din, li għalkemm mhumiex toroq arterjali għandhom `linking furction` għat-trasport bejn l-ibliet u l-irħula.

Zabbar — Girdle Street - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-Dipartiment tat-Toroq biex tinstab soluzzjoni permanenti għal Girdle Road, Zabbar, bit-tama li tingħata kisja tarmac, kif intalab mill-istess kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar, ħalli b'hekk jiżdied it-traffiku f'din it-triq u dan fih innifsu jservi ta' deterent għal min jabbuża u juża din it-triq biex jitfa' żibel u imbarazz jew għall-affarijiet oħra illeċti? X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar din it-triq li llum saret problema kronika ta' Ħaż-Żabbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-titjib fil-Girdle Road diġa ġie diskuss mal-Kunsill Lokali ta` Haż Żabbar u anki saru testijiet li wrew li t-triq mhux biżejjed li tingħata kisja tarmak, iżda għandha bżonn xi xogħol ta` rikostruzzjoni. Qed isiru wkoll diskusjonijiet mal-Kunsill biex titjieb is-sistema tat-traffiku fil-Girdle Road, Triq il-Foss. It-Titjib għalhekk isir meta dawn l-affarijiet jiġu finaliżżati.

Zabbar — Toroq

Question

B'riferenza għall-ittra li dehret fuq "l-orizzont" tal-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999 f'paġna 11 tas-sindku ta' Ħaż-Żabbar, is-Sur Joe Fenech, jista' l-Ministru jikkummenta dwar talba tal-kunsill biex culvert li tiela' minn Wied il-Għajn jiġi estiż għal Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq l-Iskola, Zabbar, biex jinqata' l-għargħar minn dawn it-toroq? Saret inspection mir-Roads Department u mill-Istorm Water Division? Meta saret jekk saret din il-laqgħa u fil-fatt dan ix-xogħol li qed jitlob il-kunsill se jsir? Jekk iva, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13199 u 12018 li diġa ttrattaw fuq dan is-suġġett. Ix-xogħol irid bilfors isir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #13067 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq is-Silla - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12275?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-provvista ta` l-elettriku fi Triq is-Silla, Marsascala, jew partijiet minnha, giet sospiza 14-il darba minhabba hsarat kemm fuq is-sistema ta` vultagg gholi kif ukoll fuq is-sistema ta` vultagg baxx. Sar programm biex partijiet mill-linji ta` vultagg gholi jitpoggew taht l-art waqt li bhalissa qed isir xoghol biex tissahhah is-sistema ta` vultagg baxx.
Leg 9 PQ #13068 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq iż-Żonqor - Bozoz

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi fejn ġejt aċċertat li l-bozoz maqtugħa jew bil-ħsara fi Triq iż-Żonqor, Wied il-Għajn ġew mibdula, jista' l-uffiċjal inkarigat jagħmel site inspection f'din it-triq għax nhar is-Sibt 15 ta' Jannar, 2000 jien stess rajt diversi bozoz maqtugħa jew bil-ħsara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Infurmajt lill-Korporazzjoni Enemalta biex terga` ssir spezzjoni fit-triq li ghaliha qed issir riferenza.