Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13844 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ramla Lodge

Question

B'riferenza għall-permess għall-guest house Ramla Lodge, Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid kif tispjega l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li f'artiklu 23 subparagrafu I tal-permess għamlet kondizzjoni li tgħid: "This permit is being issued saving the right of any third party to appeal from such permit", imbagħad meta t-third parties ħallsu l-flus għall-appell u marru għall-appell, il-Planning Authority stess talbiet li dan l-appell ma jiġix milqugħ għax skond hi ma kienx hemm lok ta' appell mit-third parties?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond il-liġi, third party għandu dritt ta` appell jekk ikun ipparteċipa bħala objector waqt l-ipproċessar ta` l-applikazzjoni u jkollu interess ġuridiku skond deċiżjonijiet tal-Qorti ta` l-Appell. Dan irid jiġi ppruvat quddiem il-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #13845 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — PA 3749/98

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tispjega l-Planning Authority li permess Nru. 3749/98 tat-12 ta' Novembru, 1999 li jinsab eżatt faċċata tar-Ramla Lodge, Wied il-Għajn, jiġi miċħud fuq l-istess premessi li kien ressaq il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament f'ittra li bagħat il-Perit tiegħu fl-24/2/99 liċ-Chairman tad-Development Control Commission tal-Planning Authority, liema premessi huma l-istess ta' dawk li semma id-direttur tal-planning fl-ittra li jien qed nibgħat separatament? Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, jaħseb il-Ministru li għandha ssir investigazzjoni/inkjesta, dwar dan il-permess li dwaru kien hemm anke oġġezzjonijiet minn diversi residenti (madwar 40 familja) kif ukoll mill-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant iġġib in-numru PA 3749/99 u kienet għal żieda fl-ammont ta` mwejjed u żieda fl-area msaqqfa. Din ġiet miċħuda minħabba n-nuqqas ta` spazju għal parking li kellu jkun provdut. Żvilupp ta` dan it-tip jiġġenera ammont sostanzjali ta` traffiku. Barra minn hekk, l-iżvilupp ma kienx wieħed estikament aċċettabbli. Għat-tieni parti tal-Mistoqsija, nemmen li għadu mhux il-waqt li wieħed jirrispondi sakemm jiġu nvestigati l-punti msemmija mill-istess Onor. Membru fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13841.

Zabbar — Triq Ħadd in-Nies - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex tiġi rranġata Triq Ħadd in-Nies, Zabbar, għax hi triq ferm residenzjali u tinsab imħarrbta kollha peress li, minkejja li kienet asfaltata xi snin ilu, il-kuntrattur kien għadda kanen ġodda ta' l-ilma, kissirha u ħallieha hekk, u dan minkejja interventi tiegħi anke mad-direttur tat-toroq? Possibbli li wara għadd ta' snin issir xi ħaġa biex ir-residenti ma jibqgħux jgħixu f'dan l-ambjent degredanti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mir-`records` tad-Dipartiment jirriżulta li x-xogħol sar mill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta` l-Ilma. Id-Dipartiment għalhekk informa lill-Korporazzjoni biex fejn hemm bżonn tqabbad lill-kuntrattur tagħha biex jirranġa x-xogħol.

Żejtun — Triq San Duminiku - Post Nru. 16

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk il-post Nru.16, St. Domenic Street, Żejtun RO 48792 għadux taħt requistion order għax kien hemm talba biex din titneħħa li kienet sostwita wkoll b'ittra iffirmata mill-persuna li bħalissa qed tgħix fih b'kera? Jekk dan il-post għadu taħt requistion order, din se tispiċċa ladarba għand min huwa mikri għandu joħroġ minn dan il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond li għalih saret referenza għadu rekwiżizzjonat u okkupat mill-inkwilin li allokah id-Dipartiment. Jekk u meta joħroġ, l-inkwilin hu obbligat li jġib iċ-ċwievet id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #13819 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Malta Shipbuilding — Klieb

Question

Wara rapporti li dehru f'xi ġurnali li klieb li kienu jieħdu ħsiebhom il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding ġew abbandunati f'diversi postijiet f'Malta bil-konsegwenza li wħud minnhom inqatlu b'tiri ta' arma u meta fl-istess rapport fuq il-gazzetti ntqal li dan sar fuq ordni ta' uffiċjal għoli tal-Malta Shipbuilding, tista' l-pulizija tinvestiga dawn ir-rapporti għax jekk hu hekk dan jammonta għal ksur tal-liġi li tipprojbixxi moħqrija ta' l-annimali u meta jekk kien hemm raġuni valida biex titnaqqas il-popolazzjoni ta' klieb fil-Malta Shipbuilding setgħu talbu għajnuna ta' għaqdiet apposta favur id-drittijiet ta' l-annimali biex isibulhom home alternattiv jew jiġu neutered?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13773 f`Seduta 240. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #13820 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding — Klieb

Question

B'riferenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta' "The Malta Independent" tal-Ħamis, 3 ta' Frar, 2000 paġna Nru.1, fejn ġie allegat li numru ta' klieb ġew abbandunati f'diversi lokalitajiet f'Malta fosthom Xgħajra, Żonqor f'Wied il-Għajn u Ħal Far u li fosthom kien hemm ġriewi li ġew mifruda minn ommhom u li dan sar fuq ordni ta' uffiċjal għoli fil-Malta Shipbuilding, jista' l-management jinvestiga dan ir-rapport? Billi fl-istess rapport intqal li qabel dawn il-klieb kienu jieħdu ħsiebhom l-istess ħaddiema tal-Malta Shipbuilding u li dawn ma tħallewx aktar jibqgħu jittimawhom, jista' l-management jispjega kif dawn il-klieb kienu qed itellfu f'dan il-post tax-xogħol tant li allegatament inħarġet ordni biex jiġu abbandunati f'diversi postijiet f'Malta bil-konsegwenza li wħud minnhom spiċċaw maqtula bruttalment b'tiri ta' arma tan-nar? Jekk il-popolazzjoni tal-klieb fil-Malta Shipbuilding tant kibret, għaliex ma ntalbitx l-għajnuna ta' xi għaqda favur l-annimali biex in-numru ta' klieb jitnaqqas mingħajr moħqrija jew jiġu neutered? Billi dak li sar jammonta għal moħqrija ta' l-annimali u riklam ħażin għal Malta Shipbuilding, jista' jiġi ddentifikat minn ħa din id-deċiżjoni, min ta l-ordni, min esegwiha u jittieħdu passi għax skond il-liġijiet ta' pajjiżna, moħqrija ta' l-annimali hi ksur tal-liġi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 13774, li kienet titratta l-istess materja, waqt is-Seduta numru 240.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Possibbli t-Traffic Control Board jew l-awtorita' kompetenti tara li Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun tiġi down graded għax din m'għandhiex bypass minħabba li ġiet fil-village core b'aktar minn 100 familja joqogħdu fiha, b'diversi entitajiet kummerċjali u kollha side streets residenzjali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalkemm it-triq il-President Anton Buttigieg għandha l-karaterristiċi ta` `by pass` m`hiex meqjusa bħala `arterial` jew `distributor road` u għaldaqstant ix-xogħol li jsir fiha huwa r-responsabilita` tal-Kunsill Lokali. Il-bord għall-Kontroll tat-Traffiku diġa ħa diversi miżuri biex it-`traffic management` f`din it-triq jitjieb.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Jista' l-Traffic Control Board jikkonferma jekk id-double lines li saru biss f'parti waħda ta' Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun u sarux mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun? Saru bil-kunsens u l-approvazzjoni tat-Traffic Control Board? It-Traffic Control Board sar jaf qabel ma saru jew wara li saru meta jien informajt personalment lis-Sur Peter Ripard li wara li wara mar fuq il-post personalment? Jekk qabel saru dawn id-double lines intalab il-parir professjonali tat-Traffic Control Board, minn min intalab, kif intalab? F'dan il-każ, it-Traffic Control Board issuġġerixxa li dawn isiru biss f'parti waħda tat-triq? Jaqbel it-Traffic Control Board li din it-triq tiġi down graded?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għad-domandi numru 13816,13821 u 13823.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg

Question

X'jaħseb u x'inhuma l-kummenti tat-Traffic Control Board fuq id-double lines li saru f'parti żgħira ta' Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun peress li jien informat li l-pulizija taż-Żejtun ma jaqblux li kellhom isiru u li anqas ġew konsultati wara li saru dawn id-double lines?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari numru 13816 u nżid li wara vista fuq il-post mill-Uffiċjali tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, il-Bord iddeċida li dawn il-linji huma utili ħafna għax dawn iservu biex jitrażżan il-parkeġġ fl-`approach` għal `junction` traffikuża ħafna. Il-Bord jikkonferma li l-pulizija mhux biss ġiet ikkonsultata iżda tagħt in-`no objection` tagħha speċifikament għal dawn il-linji.
Leg 9 PQ #13778 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Emergency Lab - Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il test isiru kull 24 siegħa fl-Emergency Lab ta' l-iSptar San Luqa? Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn wieħed u ieħor joħorġu kuljum ambulanzi mill-Isptar San Luqa? Kemm minnhom ikollhom porter? Kemm imutu nies kull sena fl-iSptar San Luqa? Kemm jiġu admitted nies ġos-swali mill-Casualty Department?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Fil-Laboratorju ta' l-Emerġenza jsiru madwar 1900 test kull 24 siegħa. 2. Ikun hemm madwar 133 servizz ta' ambulanza kuljum. Ma' kull ambulanza jkun hemm porter. 3. Matul l-1998 mietu 1518-il persuna fl-Isptar San Luqa. Il-figura proviżorja għall-1999 hija ta' 1506. 4. In-numru ta' admissions fis-swali mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza għas-sena 1999 kienu:- Kirurġija 8,053 Mediċina 11,894 Pedjatrija 1,523

Naxxar — Triq il-Ħannewija

Question

Wara li l-Ministru jikkonsulta mar-Roads Department jista' jara meta se ssir it-Triq il-Ħannewija, Naxxar li għalkemm hi abitata b'diversi residenti li ilhom żmien joqogħdu hemm, għadha aktar tixbaħ wiċċ il-qamar milli triq ta' pajjiż li qed jaspira li jkun fl-Unjoni Ewropea? Meta hu maħsub li ssir din it-triq? Kemm hu stmat li tiġi tiswa? Għaliex s'issa anqas biss għad hemm is-servizzi ta' utilities?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq ġiet spezzjonata u l-iżvilupp tagħha għadu lura ħafna.
Leg 9 PQ #13812 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Principal Radiographer

Question

Billi f'Ottubru ta' l-1999 saru interviews għal post ta' principal radiographer u għaddew ħamsa u billi s'issa saru biss tnejn, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tlieta l-oħra li għaddew isiru kif qed jitolbu l-UĦH u l-GWU u d-direttur ġenerali? Billi jidher li hemm post u vacancies għalihom, hemm il-ħsieb li dawn isiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond il-Manpower Plan tad-Diviżjoni tas-Saħħa, inħatru żewġ Principal Radiographers. Bħalissa m'hemmx vakanzi aktar f'dan il-grad. Qed isiru diskussjonijiet mal-Unions kkonċernati biex jintlaħaq ftehim dwar xi żieda ta' postijiet fil-gradi paramediċi, nkluż dak ta' Principal Radiographer.
Leg 9 PQ #13814 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq Labour - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-Enemalta tinvestiga għaliex il-vultaġġ fi Triq Labour, Zabbar, qed jitbaxxa għal-livell ta' 180-190 volts meta jien informat li għandu jkun 250 volts, bil-konsegwenza li qed isiru ħsarat f'apparat elettroniku? Possibbli jsiru investigazzjonijiet u din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bla dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi stabbilit x`qed jikkawza l-waqgha fil-vultagg u eventwalment jittiehdu l-passi mehtiega sabiex is-sitwazzjoni tigi rrangata.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid min mar jiżbogħ id-double lines f'parti ta' Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun, meta marru u fuq struzzjonijiet ta' min?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f`Diċembru li għadda l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku rċieva talba mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun biex isiru d-`double yellow lines` li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Fit-18 ta` Jannar, 2000 Uffiċjali tal-Bord marru fil-post biex jikkunsidraw it-talba u sabu li l-linji kienu diġa miżbugħa. Il-Bord mhux f`pożizzjoni li jgħid min zebgħah il-linji inkwestjoni.

Wied il-Għajn — Triq il-Maħsel - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata u tingħata t-tarmac Triq il-Maħsel, Wied il-Għajn? Kemm-il triq ġiet asfaltata u/jew irranġata f'Wied il-Għajn minn wara l-aħħar elezzjoni u kemm intnefqu flus fl-istess perjodu fuq toroq f'Wied il-Għajn? Liema toroq se jsiru tul s-sena 2000 f'Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Maħsel ġiet spezzjonata flimkien ma` toroq li hemm bżonn jiġu asfaltati f`Wied il-Għajn. Diġa ħarġu sejħiet għal offerti għal xogħolijiet f`diversi toroq li fil-każ ta` Triq il-Menħir diġa tqabbad kuntrattur għalijha. Peress li x-xogħol għadu qiegħed jiġi ppjanat mhux possibli li għalissa tingħata l-informazzjoni dwar kemm il-triq ser tiġi asfaltata din is-sena f`Wied il-Għajn. Ninsab infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ma għamilx toroq f`Wied il-Għajn mill-elezzjoni `l hawn, iżda peress li kien hemm xogħol mill-Ministeru ta` l-Ambjent bħala parti mix-xogħol ta` l-`Embellishment`, l-Onor. interpellant hu mitlub jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #13663 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PBS — Ġurnalista

Question

Wara li l-ġurnalista tal-PBS għamlet mossi oxxeni u diżonesti lill-kollegi tagħha ta' NET News u lit-telespettaturi ta' NET News, jaħseb il-Prim Ministru li d-dipartiment ta' l-informazzjoni għandu jagħmel investigazzjonijiet biex jara jekk hux il-każ li l-press card tagħha tiġi rtirata għal perijodu temporanju jew permanenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-PBS qed tieħu l-passi li jidhrilha xierqa.
Leg 9 PQ #13664 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Ġurnalista

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi aktar beħsiebu jieħu l-PBS fuq il-ġurnalista Nathalie Attard li waqt li l-cameraman ta' NET News kien qed jiġbed filmat tan-nies bilqiegħda għall-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista din il-ġurnalista tax-xandir ta' l-Istat għamlet mossi diżonesti u oxxeni kif kkonfermat l-istess Awtorita' tax-Xandir? Jaqbel il-Ministru li b'dak li għamlet Nathalie Attard, mhux biss insulentat lill-kollegi tagħha ta' NET News u lit-telespettaturi ta' NET Television, iżda għamlet ukoll diżunur mhux biss lilha personali iżda wkoll lix-xandir ta' l-Istat li huwa sostnut bi flus il-poplu u allura kisret il-Kodiċi ta' Etika ġurnalistika? Billi t-telespettaturi ta' NET News jammontaw għal kważi nofs il-poplu Malti u Għawdxi, jaħseb il-Ministru li Nathalie Attard għandha tagħmel apoloġija pubblika lill-kollegi tagħha ġurnalisti ta' NET News kif ukoll lit-telespettaturi ta' dan l-istazzjon li bit-taxxi tagħhom m'humiex aktar lesti li jsostnu lil Nathalie Attard li għażlet li tinsulentahom? Jekk il-Ministru ma rax dan il-filmat, jista' jinnota li għandi l-permess ta' NET News biex ngħaddilu kopja privatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-PBS ikkunsidra dan il-każ malli ġie għall-konjizzjoni tiegħu u beda l-proċeduri stabbiliti ta' dixxiplina kontra l-impjegata konċernata. Ġejt mogħti l-parir li peress li dawn il-proċeduri qed jieħdu l-kors tagħhom ma tkunx prudenti li nikkummenta dwar dan il-każ f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #13531 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq Lia - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13194?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma tistax tibda x-xoghol li hemm bzonn isir fejn il-proprjeta` li ghaliha qed issir riferenza qabel ma jitlestew xi xogholijiet li qed isiru bhalissa fit-triq fejn tinsab din il-proprejta`. Appena x-xogholijiet fit-triq jitlestew, u dan mistenni fi zmien mhux il-boghod, il-Korporazzjoni tibda x-xoghol li hemm bzonn taghmel fir-rigward tal-proprjeta` in kwistjoni.
Leg 9 PQ #13549 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (i) jekk hemmx il-ħsieb li d-Dipartiment tas-Saħħa jużax kliniċi jew sptarijiet privati għal kura jew operazzjonijiet għal perjodu temporanju u/jew permanenti? (ii) Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, id-Dipartiment tas-Saħħa se jibda jew qed jagħmel xi trattattivi ma' xi sptarijiet jew kliniċi privati? (iii) Jekk ir-risposta għall-mistoqsija numru (ii) hi fl-affermattiv, liema huma dawk il-kliniċi u/jew sptarijiet privati? (iv) x'passi qed jieħu, jekk hu l-każ, id-Dipartiment tas-Saħħa, biex jassigura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn sptar u ieħor jew klinika u oħra? Se joħorġu tenders jew isiru trattativi jew jintalbu quotations minn sptarijiet u/jew kliniċi privati jew se jsiru negozjati diretti - dejjem jekk hu l-każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt li l-Gvern huwa favur il-koperazzjoni mas-settur privat, qiegħed jiġi studjat l-aħjar mod kif dan iseħħ.
Leg 9 PQ #13550 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — MRI

Question

Issa li l-Gvern iddeċieda li jixtri MRI għall-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru ġentilment jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tal-makna? X'funzjonijiet se jkollha l-MRI u kif se jtejjeb is-servizzi tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, risposta tingħata f`seduta oħra.