Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk sarux xi konsultazzjonijiet mat-traffic control board jew mar-roads department biex tingħalaq għat-traffiku parti minn Triq Santa Duminka, Zabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-egħluq ta' parti minn Triq Santa Duminika, Żabbar sar bl-approvazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku wara talba li saritlu mill-Kunsill Lokali biex parti minn din it-triq issir one way.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw ħaddiema għal vakanza tal-Korporazzjoni Enemalta, Ċirkulari Numru 24/98, Post of Works Overseer, tas-7 ta' Mejju, 1998? Posssibbli l-Ministru jgħid kif saret l-għażla għall-post, min intgħażel, fuq liema kriterji, meta ġie appuntat, u x'kariga ngħata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li wara l-ħruġ taċ-Ċirkulari numru 24 ta l-1998 datata 7 ta' Mejju, 1998, kien hemm 54 applikazzjoni għall-post ta' Works Overseer. Minn dawn l-applikanti, kien hemm 12 mhux eliġibbli, 10 irtiraw l-applikazzjoni tagħhom u 4 naqsu milli jattendu għall-eżami.
L-għażla saret permezz ta' eżami bil-miktub li kien jikkonsisti f'kitba ta' rapport bl-Ingliż u bil-Malti u karta dwar il-matematika. Dawk l-applikanti li kisbu suċċess f'dan l-eżami kellhom joqghodu wkoll għal intervista.
Il-kandidat li ġie l-ewwel fl-ordni tal-mertu, li ma narax raġuni għaliex ismu għandu jiġi mxandar, ingħata l-ħatra ta' Works Overseer b'seħħ mill-4 ta' Settembru 1998.
Possibbli li d-dipartiment tas-saħħa jinvestiga riħa qawwija ta' drenaġġ li hemm fi Triq San Ġużepp, Zabbar? Billi r-residenti fil-viċinanza lanqas jistgħu jħallu t-twieqi miftuħin fix-xhur sħan tas-sajf minħabba din ir-riħa tinten, possibbli li l-health inspectors jaraw x'inhu jikkawża din ir-riħa, hijiex ta' detriment għas-saħħa ta' min joqgħiod fil-viċinanzi u possibbilment jikkollabora ma' dipartimenti oħra konċernati biex tinstab soluzzjoni?
Possibbli li l-Enemalta tara hux possibbli jsiru tlett bozoz oħra fi Triq San Ġużepp, Zabbar ( it-triq li tagħti mill-bypass ta' Ħaż-Żabbar għaż-Żejtun) jiġifieri l-isfel mir-residenza numru 53 għaliex din il-parti tat-triq hi ferm mudlama u qed tagħti lok għal ħafna abbuż?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jara hux possibbli li r-roads department jieħu ħsieb biex Triq San Ġużepp, Żejtun, (it-triq li tagħti mill-bypass ta' Wied il-Għajn għaż-Żejtun) li hi ferm imħarrbta u tixbaħ aktar għalqa milli triq residenzjali?
Possibbli dan ix-xogħol isir qabel ix-xitwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant hija xogħol li jieħu ħsieb il-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hu maħsub li ssir Triq Papa Alessandro, Żabbar li għadha maqlugħa u mħarrbta?
Billi din it-triq hi ferm abitata b'bosta familji bi tfal u trabi żgħar li jridu joħorġu minn djarhom bi
prams
u
pushchairs
possibbli li r-
roads department
jagħti prijorita' lil din it-triq anke minħabba l-fatt li hi biċċa żgħira hu trid tiġi asfaltata u rranġata?
What is the total number of foreign nurses performing duties in Malta with the Health Division?
Where are they allocated?
When were they first employed by the Health Division?
When does their contract expire?
What is the policy of the Health Division regarding foreign nurses working in Malta on a contract basis?
In view of the shortage of qualified nurses, is it the intention of the Health Division to renew the contract of these nurses?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn veterinarji liċenzjati f'Malta u Għawdex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzjoni tal-Veterinarji biex jipprattikaw bl-arti tal-kirurġija u mediċina veterinarja taqa' taħt il-Medical Council, liema Council jippublika reġistru ta' dawk kollha irreġistrati.
B'riferenza għal dak li ħabbar il-Ministru li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena nqabdu aktar minn żewġ kilogrammi u nofs ta' eroina, aktar minn żewġ kilogrammi cannabis u aktar minn 4.500 pillola ecstasy, jista' l-Ministru ġentilment jgħid: (1) kemm minn din id-droga nqabdet fuq persuni li kienu għadhom ġejjin minn barra minn Malta; (2) ta' liema nazzjonalita' kienu dawk li fuqhom inqabdet id-droga u minn liema pajjiż kienu ġejjin; (3) kemm minn din id-droga nqabdet fuq Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena inqabdu 8 persuni bid-droga waqt li kienu deħlin Malta. Bejniethom dawn kellhom 2.424kg eroina, 1.567kg cannabis u 4,377 pillola ta` ecstacy. Dawn kienu 6 Libjani u 2 Olandiżi li kienu għadhom kif waslu Malta minn Istanbul, il-Marokk, is-Sirja, Tripli u minn l-Olanda. Il-kumplament ta` l-ammont ta` droga li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant instab f`pajjiżna fuq persuni Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet tal-Maltin li fuqhom inqabdet id-droga fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, jekk il-pulizija għanda din l-istatistika?
Mingħajr ma jsemmi ismijiet, jista' l-Ministru jindika minn liema nħawi ta' Malta u Għawdex kienu dawk il-Maltin li nqabdu bid-droga fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-etajiet ta` persuni Maltin li fuqhom instabet id-droga fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kienet tvarja bejn is-16 u l-54 sena. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-lokalitajiet huma :
B'Kara Ħamrun Mġarr Ta` Ġiorni
Birżebbuġia Kalkara Mosta Ta` Xbiex
Buġibba Kirkop Mqabba Tarxien
Cospicua Luqa Msida Valletta
Fgura Marsa Naxxar Xemxija
Floriana Marsascala Paola Żabbar
Għaxaq Marsaxlokk Qawra Żejtun
Gudja Mellieħa Qormi Żurrieq
Gżira
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma bis-sentenza u kemm minnhom qed jistennew li jinstema' l-każ tagħhom? Kemm minnhom qegħdin hemm fuq qtil, serq u traffikar jew pusses ta' droga?
Minn liema postijiet f'Malta u Għawdex ġejjin?
Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija u minn liema pajjiżi ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt : -
Tagħrif dwar persuni li kienu jinżammu l-ħabs
fl-24 ta` Lulju 2000
Sentenzjati: Maltin 135 Barranin 30
Taħt arrest: Maltin 36 Barranin 40
In-numru ta` dawk li qegħdin l-ħabs fuq qtil, serq jew traffikar/pussess ta` droga hu ta` 22, 74 u 111 rispettivament.
Il-Maltin ġejjin minn dawn il-lokalitajiet : -
Marsa 6 B`Kara 5 Pieta` 4 Għaxaq 1
San Ġwann 6 Raħal Ġdid 5 St. Venera 3 Għawdex 6
Ħamrun 6 Mqabba 1 Qormi 7 Paċeville 3
Tarxien 6 Luqa 1 Balzan 1 Mosta 7
Naxxar 5 Żejtun 7 Vittoriosa 4 Bormla 12
St. Luċia 3 San Ġiljan 5 Fgura 4 Swieqi 2
Furjana 2 Gżira 4 Żebbuġ 4 Belt 13
B`Bugia 5 Msida 2 Senglea 3 Sliema 1
Attard 1 Żabbar 9 Żurrieq 3 Kalkara 3
Lija 1 Rabat 1 Mellieħa 1 Ta` Ġiorni 2
Kirkop 1 Buġibba 2 M`Scala 1 Kappara 1
Iklin 1
Il-barranin ġejjin minn dawn il-pajjiżi : -
Taħt arrest Sentenzjati
Libja 30 18
Jugolsalvja 1
Olanda 3
Tuneżija 1 6
Eġittu 2 3
Ingilterra 1
Sirja 1
Italja 2
Alġerija 1 1
Jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm hawn tattooers/tattooists liċenzjati f'Malta u f'Għawdex?
(2) Isiru superviżjonijiet biex dawk liċenzjati li jagħmlu tattooes fuq in-nies, jassiguraw li jagħmlu hekk mingħajr riskju ta' infezzjoni lil klijenti tagħhom, fosthom cross infections?
(3) Hemm leġislazzjoni li tipprojbixxi li jsiru tattooes fuq tfal ta' taħt is-16-il sena?
(4) Jekk ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3 hi fl-affermattiv, inqabdux każi fejn saru tattooes fuq tfal taħt l-eta' elenkata fil-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tattwaġġ tal-ġilda huwa rregolat b`Kapitolu 270 tal-Liġijiet ta` Malta. Liċenzji taħt dan l-att jinħarġu mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa Pubblika. Infurmat ukoll li l-Pulizija toħroġ liċenzji tan-negozju skond l-artikolu 181 tal-Liġijiet tal-Pulizija, u fil-preżent hawn 4 postijiet tan-negozju taħt din il-genere.
Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li skond il-liġi tattwaġġ fuq persuna taħt it-tmintax-il sena hu projbit.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jintalab dan it-tagħrif.
Possibbli iċ-chairman ta' l-Enemalta ġentilment jikkonsidra talba pendenti biex issir bozza fi Triq il-Bur, Ħaż-Żabbar x'imkien ħdejn ir-residenza Nru. 29?
Possibbli l-Enemalta tieħu nota li din it-triq hi ferm abitata b'diversi familji anki bi tfal żgħar u fl-istess waqt hi ferm mudlama?
Response (BONNICI, JOSEF)
Irriferejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u eventwalment jittieħdu l-passi neċessarji
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16695?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed nagħti l-informazzjoni mitluba għall-Mistoqsija Nru. 16695.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16846.
Mill-ammont dovut ta` Lm 185,646 sat-13 ta` Ġunju 2000, ġew imħallsa Lm58,596 (31.6%).
Mhux il-każ li din l-informazzjoni tiġi maqsuma ġurnata b`ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid, lokalita' b'lokalita', kemm kienu n-numru ta' tickets maħruġa f'kull lokalita' fejn qed jaħdmu l-gwardjani lokali, ġurnata b'ġurnata, x'kienet il-kontravenzjoni u l-ammont ta' flus imħallsa jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirforma l-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni ghada qed tingabar, risposta tinghata f`seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kull kunsill lokali ħallas, sena b'sena mill-1994 'il hawn, f'onorarja lis-sindku tiegħu?
Jekk hux titħallas taxxa fuq id-dħul u jekk fl-affermattiv, hemmx rata komuni għas-sindki kollha?
Huwa l-ħsieb tal-gvern li jilqa' t-talba ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsill lokali tar-reviżjoni ta' din l-onorarja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni ghada qed tingabar, risposta tinghata f`seduta ohra.