Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk il-gvern jagħtix għajnuna finanzjarja lil għaqdiet u fondazzjonijiet volontarji (NGO's) li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b'diżabilita'?
X'għajnuna ta lil kull għaqda tul l-1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli jiġi rranġat Sqaq ir-Rumi , Wied il-Għajn, li jinsab fi triq id-daħla ta' San Tumas, Wied il-Għajn? Billi dan l-isqaq jinsab fi stat diżastruż, u dan minkejja diversi residenti li joqogħdu fih, possibbli li dan l-isqaq jiġi rranġat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-manutenzzjoni ta' Sqaq ir-Rumi hija responsabbilita' tal-Kunsill Lokali, u għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li bejjiegħ tal-laħam li investa fi truck freezer biex iżomm il-prodotti tiegħu friski kemm jista' jkun u li jqassam dawn il-prodotti fil-ħwienet, jista' jingħata parkeġġ riservat quddiem il-ħanut tiegħu (working days u working hours only) biex ikun jista' jikkonettja t-truck freezer tiegħu mad-dawl elettriku tal-ħanut?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġett tal-Mistoqsija jikkonċerna l-Bord għal Kontroll tat-Traffiku li jaqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjonijiet.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19079 fejn il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni irrifera b'dan il-każ lid-Dipartiment ta' l-Artijiet, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li s-sid ta' l-għalqa magħrufa bħala "Ta' Bonello" li qegħda fi Triq Sant'Antnin, Żabbar (M'Scala Bypass) faċċata tal-Housing Estate magħrufa bħala "Tal-Plier", jiġifieri faċċata ta' Triq G.M. Caruana, Żabbar, jitħallas il-flus dovuti lilu?
Possibbli li dan il-ħlas ma jdumx ma jsir għax is-sid baqa' ma ħa xejn minkejja li għaddew ħafna snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sid ta` l-għalqa magħrufa bħala "Ta` Bunel", u mhux "Ta` Bonello", ġie kkumpensat għall-parti li ttieħdet minħabba t-twessiegħ tat-triq permezz ta` kuntratt tas-6 ta` Ottubru 1999. Ma hemm l-ebda talba oħra pendenti minn xi dipartiment biex tiġi esproprijata xi parti oħra mill-għalqa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 18779, possibbli l-Ministru ġentilment jgħid x'inhu n-numru ta' veterinarji liċenzjati u rreġistrati biex jaħdmu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija?
Ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mir-Reġistru Mediku jirriżulta li hawn 24 veterinarji liċenzjati u reġistrati biex jaħdmu f'Malta u f'Għawdex.
Possibbli l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18777?
Response (DEGUARA, LOUIS)
The policy of the Health Division regarding foreign nurses working in Malta on a contract basis is to continue renewing their contract so long as they perform their duties satisfactorily and subject to vacancies.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19159, imwieġba f'Seduta Nru. 372, possibbli l-Enemalta qabel tibda tinvestiga u tieħu l-passi neċessarji tinnota li fil-mistoqsija oriġinali tiegħi jien irriferejt għal Triq il-Bur, Żabbar għalkemm bi żvista ħarġet "Triq is-Sur"?
Possibbli li l-Enemalta ġentilment tasal tieħu azzjoni jekk hux se ssir din il-bozza jew le?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bil-kjarifika fl-isem tat-triq. L-Enemalta ġiet infurmata biex tinvestiga t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant u jekk ikun il-każ tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru ġentilment jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19163?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol imsemmi qed isir mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Zabbar. Sehem il-Korporazzjoni Enemalta kien li tipprovdi l-materjal meħtieġ. Peress li wieħed mill-items ma kienx fost il-materjal standard, dan kellu jinxtara u għalhekk irid jgħaddi mill-proċess ta' tendering. Kif dan il-proċess jitlesta, il-materjal meħtieġ jiġi pprovdut.
Billi fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq imorru għadd ta' għawwiema, fosthom tfal ta' l-iskola, jittrejnaw kmieni filgħodu, possibbli din tkun heated issa li beda jaqleb it-temp?
Possibbli jiġi nnotat li dan il-pool jintuża minn għadd ta' clubs ewlenin ta' l-għawm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-pool tal-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali beda jiġi msaħħan minn nhar it-Tlieta 3 ta' Ottubru. Żviluppat xi ħsara fil-boiler nhar l-Erbgħa 4 ta' Ottubru iżda kollox reġa' lura għan-normal dak in-nhar stess.
Billi l-collective agreement bejn l-MUMN u l-gvern li ġie ffirmat fl-1 ta' Frar, 2000 jgħid bl-akbar mod ċar li ż-żidiet fis-salarju tan-nurses u midwives ikunu inkorporati fil-basic pay, għaliex dawn s'issa għadhom qed jingħataw f'forma ta' allowance minkejja rappreżentazzjonijiet ta' l-MUMN ma' l-uffiċċju tat-Teżor?
Billi jien informat li kemm l-MPO kif ukoll l-uffiċċju tat-Teżor qablu ma' l-MUMN li dawn iż-żidiet għandhom ikunu inkorporati mal-basic pay, għaliex s'issa dawn baqgħu jingħataw f'forma ta' allowance?
Possibbli l-Ministru jintervjeni biex dan il- każ jiġi rimedjat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li ma' hemmx għalfejn l-intervent tal-Ministru minħabba li r-raġuni li ż-żidiet ma' kienux murija fis-salarji bħala Basic Pay kienet waħda teknika.
Ninsab żġurat li bit-tibdil li sar fil-programm tas-sistema il-bidliet neċessarji ser ikunu nkorporati mal-paġa bażika fil-pagament ta' dan ix-xahar.
Billi hija l-politika tal-gvern preżenti li jgħolli l-livelli tan-nurses, speċjalment fid-dawl ta' l-isptar il-ġdid, possibbli l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jinfetħu l-applikazzjoni għal conversion course minn EN għal SN?
Jekk iva, meta bejn wieħed u ieħor hu maħsub li jerġa' jinfetaħ dan il-course?
Kemm il-conversion course sar s'issa?
Kemm temmew b'suċċess dan il-conversion course?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li l-materja għandha tiġi riferita lill-Ministru tas-Saħħa, informat mill-IHC ta' l-Universita` li l-conversion courses minn EN għal SN huma organizzati mill-Institute of Health Care għad-Dipartiment tas-Saħħa. Hemm ħsieb li jergħu jinfetħu meta jkun hemm ir-riżorsi meħtieġa u ukoll meta jlestu l-istudenti li għandna bħalissa reġistrati. S'issa kors wieħed tlesta, 4 korsijiet għaddejjin u ieħor ser jiftaħ fi żmien qasir. 19-il studetn temmew b'suċċess dan il-conversion course.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Sezzjoni tal-Baħar
Question
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx vakanzi mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili partikolarment fis-Sezzjoni tal-Baħar?
Xi gradi hemm jaħdmu fuq il-bastiment Garibaldi u x'kwalifiċi hemm bżonn għal gradi differenti li hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-mument in-numru ta` personnel impjegati fis-Sezzjoni tal-Baħar tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa adekwat għall-ħtiġijiet tas-servizz.
Il-personnel li jaħdmu f`din is-sezzjoni huma kollha fil-grad ta` Assistance and Rescue Officers. Hemm ukoll Kaptan u Inġinier fil-grad ta` Manager li pero` dawn ma jaħdmux full-time peress illi jagħmlu xogħol ieħor fid-Dipartiment. Il-kwalifiċi jiddependu fuq ix-xogħol li jitwettaq fuq il-baħar li jvarja minn grad għal ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tara li ssir bozza ħdejn 29, Triq is-Sur, Żabbar?
Billi din il-bozza ilha tintalab, possibbli l-Enemalta ġentilment twieġeb jekk hemmx il-ħsieb li ssir din il-bozza jew le?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jittieħdu l-passi neċessarji
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tara għaliex id-dawl f'Ħaż-Zabbar qed jinqata' prattikament f'kull festa?
Billi din mhux l-ewwel sena li d-dawl inqata' f'Ħaż-Żabbar waqt il-festa u fil-ġranet ta' qabel, jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta tirrimedja din is-sitwazzjoni?
X'inhi ir-raġuni għal dan il-qtugħ?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq is-Santwarju, Zabbar saru l-arbli (street lanterns) xi sena ilu u s'issa għadhom bla dawl u bla globi?
Tista' l-Enemalta tara li dawn l-arbli jitlestew?
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq id-Dwienes, Żejtun li minkejja li fiha ħafna residenti għadha fi stat ħażin?
Jista' jgħid jekk għallinqas temporanjament tistax tiġi imwittija ftit qabel ma tagħmel ix-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li s-sid ta' l-għalqa magħrufa bħala "Ta' Bonello" li qiegħda fi Triq Sant Antnin, Zabbar (Marsascala Bypass) faċċata tal-housing estate magħruf bħala "Tal-Plier", jiġifieri faċċata ta' Triq G.M. Caruana, Zabbar, jitħallsu l-flus dovuti lilhom wara li fl-1986 sar kanal ta' l-ilma tax-xita (culvert) twil 400 pied tul l-għalqa tagħhom? Possibbli li dan il-ħlas ma jdumx ma jsir għax is-sid baqa' ma ħa xejn minkejja li għaddew ħafna snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-kanal indikat mill-Onor. Interpellant ma sarx mid-Dipartiment tat-Toroq, għax fil-fatt sar fl-1986, ikun il-każ li sid il-għalqa jivverifika l-pożizzjoni legali tiegħu mad-Dipartiment ta` l-Artijiet, li hu d-Dipartiment responsabbli mill-ħruġ ta` kumpens għal din it-tip ta` sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' abbuż fuq it-tfal ġie nvestigat mill-pulizija tul l-1999 u tul din is-sena?
Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? Tressqu nies il-qorti? Jekk iva, kemm u fuq liema abbuż? X'kienet l-eta' medja tat-tfal abbużati? Bejn wieħed u ieħor, x'inhuma s-sorsi li bihom il-pulizija, tirċievi informazzjoni dwar suspett ta' abbuż fuq it-tfal (eż. sptar, ċentru tas-saħħa, social workers, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, skejjel, eċċ)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 1999, u l-25 ta` Awissu 2000, il-Pulizija kellha 47 każ ta` abbuż fuq tfal minn 14-il sena l`isfel. Dawn ir-rapporti jinkludu korruzzjoni, tħajjir għall-prostituzzjoni, stupru u offiża fuq il-persuna.
Wara investigazzjoni fuq dawn ir-rapporti, tressqu quddiem il-Qorti 35 persuna. Dawn ir-rapporti waslu għand il-Pulizija mill-vittmi stess, minn membri tal-famlija, mill-SWDP, mill-isptar, kif ukoll minn skejjel.
Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm-il każ ta' abbuż fuq it-tfal ġie rrapportat tul l-1999 u tul din is-sena? Fiex kien jikkonsisti dan l-abbuż? X'kienu l-etajiet tat-tfal abbużati? Tul l-istess perjodu kemm kien hemm każi ta' child neglect? Kemm-il care order inħarġet tul l-istess perjodu u x'kienu l-etajiet tat-tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul il-perijodu 1 ta' Jannar 1999 u 7 ta' Settembru 2000 ġew rappurtati total ta' 1,114 każ ta' abbuż fuq tfal. Dawn kienu jikkonċernaw rapporti dwar diversi abbużi jew riskju ta' abbużi fosthom; traskuraġni, abbużi fiżiċi, sesswali, emozzjonali u psikoloġiċi. L-etajiet kienu jvarjaw bejn l-eta' tat-twelid u sbatax-il sena. In-numru ta' rapporti dwar traskuraġni (child neglect) kien ta' 285.
Matul l-istess perijodu nħarġu 24 "care order" u l-etajiet tat-tfal kienu jvarjaw bejn xahar u sittax-il sena.
Jista' l-Ministru jgħid tul is-sena 1999 u tul din is-sena, kemm idaħħlu tfal l-isptar jew f'xi ċentru tas-saħħa minħabba abbuż (tat-tfal)?
Fiex kien jikkonsisti dan l-abbuż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li tfal li jidħlu l-Isptar bi problemi relatati ma negliġenza jew abbuż jiġu referuti lil Butterfly (Child Crisis) Centre.
Fl-1999, kien hemm 66 każ li ġew referuti mill-Isptar u mill-komunita` u bejn Jannar u Awissu ta` din is-sena kien hemm 50 każ.
30% tal-każijiet ma jirriżultax li jkollhom problema ta` abbuż.
70% jkollhom xi problema ta` abbuż, jew negliġenza. Il-biċċa l-kbira minnhom ikunu f'riskju ta` nuqqas ta` trobbija tajba, "educational failure" bi problemi ta` mġieba.
5% ta` dawn it-tfal ikollhom abbuż sesswali ċar u 5% oħra jkollhom ġrieħi jew ksur.