Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20548 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Triq il-Qadi - Bozza

Question

Possibbli l-Enemalta tara li tinxtegħel il-bozza ta' ħdejn ir-residenza "San Antonio", Triq il-Qadi, Żejtun li kienet intfiet mill-ħaddiema ta' l-Enemalta xi tliet ġimgħat ilu waqt li bdiet tissparkja bil-maltemp u baqgħet mitfija sal-lum? Possibbli li din il-bozza tinxtegħel għax minkejja diversi telefonati mir-residenti, s'issa għadha mitfija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol li kien meħtieġ biex tinxtegħel din il-bozza sar fl-24 ta' dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #20019 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tad-Dipartiment tas-Saħħa tul l-1998, 1999 u sa' l-1 ta' Ottubru, 2000 fuq drugs, medical instruments, u disposable items separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-flus li tħallsu mid-Dipartiment tas-Saħħa tul 1998, 1999 u sa 1 ta` Ottubru 2000 fuq 'drugs, medical instruments/disposable items kienu dawn kif ġej: Sena Drugs LM Medical Instruments LM Disposals LM 1998 6,862,489 4,049,874 71,647 1999 6,625,181 4,240,306 76,722 sa Ottubru 2000 7,080,525 3,335,825 60,862
Leg 9 PQ #20318 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kindergarden Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati kindergarden assistants ? Jekk iva, meta bejn wieħed u ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm il-full complement ta' Kindergarten Assistants.
Leg 9 PQ #17780 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16697?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ghalkemm l-ammont li jista' jithallas ma giex rivedut, saret revizjoni biex l-onorarja tithallas ukoll lill-Vici Sindku meta dan jassumi l-funzjonijiet ta' Sindku.

Għaqdiet u Fondazzjonijiet Voluntarji — Nies b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtiex għajnuna finanzjarja lil għaqdiet u fondazzjonijiet (NGO's) voluntarji li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b'diżabilita? X'għajnuna ta lil kull għaqda tul l-1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19880 f'Seduta Numru 389 tal-10 ta' Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #20241 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Żejtun - Triq id-Daħla ta' San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-Maltacom tikkunsidra li tagħmel phone box fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun (maġenb Triq Strejnu) fil-pjazzetta magħrufa bħala "ħdejn il-ħwienet" billi f'dan il-post hemm għadd ta' residenti u rziezet u l-post hu maqtugħ, kemm miż-Żejtun kif ukoll minn Wied il-Għajn, u allura hemm bżonn kbir ta' din il-phone booth?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Maltacom għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #20118 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Orthodentist — Appuntament

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi appuntat orthodentist? Bdew il-proċeduri biex jiġi appuntat orthodentist ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ser tibda l-proċeduri mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku sabiex jiġi appuntat Orthodontist. Sadanittant id-Diviżjoni qed timpjega speċjalista fuq bażi part-time li ser jaħdem sa żewġ sezzjonijiet fil-ġimgħa. Minbarra dan, speċjalista Ingliż ser jagħmel xi xogħol f'dan il-qasam fuq bażi sezzjonali.

Toroq — Żabbar - Triq Papa Alessandro

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 209 (written answer - Seduta 363), jista' l-Ministru jara li jekk m'hemmx il-ħsieb li din it-triq issir fil-futur immedjat, possibli ta' l-anqas jintefa' ftit żrar u jiġi mgħoddi bir-romblu biex ta' l-anqas il-familji bi tfal żgħar ikunu jistgħu joħorġu bil-prams u l-pushchairs?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex wieħed jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #20185 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha ajruplani l-Air Malta? X'tip huma? Meta nxtara kull wieħed? Kemm swew? Kemm kellu flying time kull wieħed meta nxtara u kemm għandu issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Djar — Sqaq ir-Rumi - Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex jiġi rranġat Sqaq ir-Rumi, Wied il-Għajn li minkejja li hemm familji joqgħodu fih jinsab fi stat ħażin ħafna? F'każ li l-Ministru jwieġeb li r-responsabbilta' ta' Sqaq ir-Rumi hu tal-kunsill lokali, x'jistgħu jagħmlu dawn il-familji la darba dan l-isqaq ilu fi stat ħażin għal snin twal?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari Nru. 19907, ninfurmah ukoll li ser nitlob lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali, li tiegħu hija r-responsabbilita' li jiġi rranġat is-sqaq imsemmi, jaraw ukoll x'passi jistgħu jittieħdu.
Leg 9 PQ #20050 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera barranin

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18777?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal din id-domanda ngħatat f'seduta 387.
Leg 9 PQ #20019 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tad-Dipartiment tas-Saħħa tul l-1998, 1999 u sa' l-1 ta' Ottubru, 2000 fuq drugs, medical instruments, u disposable items separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20020 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — MRSA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' MRSA xahar b'xahar tul l-1999, 2000 sa l-aħħar ta' Settembru 2000? Ġie ddentifikat xi każ s'issa (f'Malta) li kien reżistenti għal vancomycin? Kemm-il każ kien hemm f'Għawdex tul l-istess perijodu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Każijiet ta` MRSA li ġew irraportati mill-isptarijiet u kliniċi tal-gvern ġewwa Malta u Għawdex matul is-snin 1999 u 2000 hija kif ġej: MALTA GĦ AWDEX January-99 41 0 February-99 61 4 March-99 52 2 April-99 47 6 May-99 54 4 June-99 39 3 July-99 33 1 August-99 46 1 September-99 28 2 October-99 32 3 November-99 32 1 December-99 34 0 January-00 38 8 February-00 52 5 March-00 52 0 April-00 52 1 May-00 58 2 June-00 35 0 July-00 45 0 August-00 51 1 September-00 17 1 Ma kien hemm l-EBDA każ reżistenti għall-vancomycin.
Leg 9 PQ #20021 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Tielet Eta'

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta bdiet l-Universita' tat-Tielet Eta'? Kemm kienu rreġistrati anzjani dakinhar u kemm hemm anzjani reġistrati llum? Kemm kien hemm anzjani reġistrati kull sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` tat-Tielet Eta` li hija parti mid-Diviżjoni tal-Ġerontoloġija fl-Universita` ta' Malta ġiet miftuħa f'Jannar 1993. Fl-1994 infetħet l-Universita` tat-Tielet Eta` f'Għawdex. Iżda għal ħafna raġunijiet, wara sentejn, din ma komplietx. F'Ottubru tas-sena l-oħra reġgħet infetħet l-Universita` tat-Tielet Eta` f'Għawdex. Meta nfetħet l-Universita` tat-Tielet Eta` f'Malta kien hemm 45 anzjan u anzjana reġistrati. Illum s'issa hemm reġistrati 730 persuna f'Malta. F'Malta l-Universita` tat-Tielet Eta` tinsab fil-bini ta' l-Universita` fi Triq San Kristoforu, l-Belt. Iżda hemm ukoll Ċentru f'Tas-Sliema. Kull sena n-numru ta' anzjani reġistrati kien: 1993 - 1994 174 1994 - 1995 145 1995 - 1996 625 1996 - 1997 847 1997 - 1998 828 1998 - 1999 823 1999 - 2000 874
Leg 9 PQ #19939 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inġenji tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha dgħajsa (jew opra tal-baħar) liċenzjata u nxurjata skond il-liġi, jistax iżommha pparkjata quddiem id-dar tiegħu, jekk f'liema post hu permess il-parking u ma jistakolax la t-traffiku u lanqas il-passaġġ tal-pedestrians?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tweġiba hija fin-negattiv.

Air Malta — Ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha ajruplani l-Air Malta? X'tipi huma? Meta nxtara kull wieħed? Kemm swew? Kemm kellu flying time kull wieħed meta nxtara u kemm għandu issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19944 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Vapur Xlendi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi preċedenti dwar il-vapur Xlendi li kien ġie mgħarraq għal skopijiet ta' diving, tista' l-Ministru ġentilment tgħid jekk dan il-vapur kienx ġie miġbud 'il ġewwa wara li kien tkaxkar 'il barra bil-maltemp wara li kien ġie mgħarraq? Billi dan il-vapur kien tkaxkar lejn fejn hemm sies f'qiegħ 'il barra u billi kien hemm riskju reali li l-vapur jaqa' f'dan is-sies li huwa fond u allura ma jibqax aċċessibbli għad-divers, tista' l-Ministru tgħid x'sar jew x'se jsir biex il-vapur fil-fatt ma jaqax hemm? Ġiet studjata l-possibbilta' li dan il-vapur li diġa' sar popolari ma' divers, kemm minn Malta kif ukoll dawk li jiġu jżuruna minn barra, jiġi immażżrat mal-qiegħ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata mill­Gozo Tourism Association li l­vapur MV Xlendi ma ġiex imċaqlaq mill­pożizzjoni oriġinali tiegħu ta' meta ġie mgħarraq. Barra minn hekk, il­vapur ma huwiex f'xi riskju li jkompli jitkarkar lejn iktar fond. Il­vapur qiegħed f'40 metru ilma u huwa ankrat fir­ramel bil­piz tiegħu stess. Barra minn hekk ġie ffurmat sand bank fuq in­naħa fonda tas­sikka li qed iżżomm il­vapur milli jitħarrek mill­pożizzjoni tiegħu. Għalhekk ma hemmx bżonn li l­vapur jiġi mmażżrat.
Leg 9 PQ #19946 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kontroll għandu l-gvern ċentrali fuq kif jintnefqu l-flus fil-kunsilli lokali? Il-gvern jiġi kkonsultat dwar proġetti kbar, per eżempju, bidla totali fil-karatteristiċi tal-pjazza tar-raħal? Jekk ir-risposta għall-mistoqsija numru 2 hi fl-affermattiv, min ikkkonsulta ma' min tul is-snin 1999, 2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kunsilli Lokali iridu joperaw skond il-provvedimenti ta' l-Att, ir-Regolamenti u l-Proceduri dwar il-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk, l-Att jipprovdi li ta' kull sena issir verifika minn uduturi tal-gvern lokali li jkunu gew mahtura mill-Awditur Generali. Ir-Rapporti ta' dawn l-uduturi jitqieghdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Ministeru tieghi ma jigix konsultat fi progetti li jwettqu l-Kunsilli peress illi m'ghandu ebda funzjoni amministrattiva f'dan is-sens.
Leg 9 PQ #19966 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Impjiegi — Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

B'referenza għal-mistoqsija parlamentari numru 19158 jista' l-Ministru ġentilment jgħid xi kwalifiki kienu intalbu għal grad ta' Assistance and Rescue Officers, Kaptan u Inġinier meta kien sar l-ingaġġ mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?

Response (BORG, TONIO)

Il-kwalifiki li kienu ntalbu għal ingaġġ ta` Assistance and Rescue Officers, Kaptan u Inġinier mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huma kif jidhru fid-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bejjiegħa tal-laħam

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19816 possibbli l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jara li bejjiegħ tal-laħam li investa fi truck freezer biex iżomm il-prodotti tiegħu friski kemm jista' jkun u li jqassam dawn il-prodotti fil-ħwienet, jista' jingħata parkeġġ riservat quddiem il-ħanut tiegħu (working days u working hours only) biex ikun jista' jikkonettja t-truck freezer tiegħu mad-dawl elettriku tal-ħanut?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.