Jista' l-Ministru jikkonferma li ebda kunsill lokali m'hu suppost jaqbad u jiddeċiedi li jagħmel sleeping policeman fejn jidhirlu?
It-Traffic Control Board waslulu xi lmenti li saru għadd ta' sleeping policeman li huma riskjużi għat-traffiku għax m'humiex skond l-ispeċifikazzjonijiet issuġeriti mit-Traffic Control Board?
Jekk it-Traffic Control Board tinġibdilu l-attenzjoni dwar sleeping policemen li huma ta' ċerta għoli u huma riskjużi, x'passi tieħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li nista' nikkonferma li ebda Kunsill Lokali ma għandu jagħmel sleeping policeman mingħajr l-approvazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Għalkemm il-Bord ma sarulux ilmenti ta' sleeping policeman li mhumiex skond l-ispeċifikazzjonijiet, il-Bord stess kellu diversi okkażżjonijiet fejn ġibed l-attenzjoni ta' diversi Kunsilli ta' sleeping policeman li ma sarux skond l-ispeċifikazzjonijiet u talab lill-Kunsilli biex dawn ikunu rranġati.
Ma' kull approvazzjoni li jagħti l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għal sleeping policeman, kull Kunsill Lokali huwa mogħti l-ispeċifikazzjonijiet u mfakkar bil-miktub li s-sleeping policemen għandhom isiru strettament skond l-ispeċifikazzjonijiet. Ma' l-istess approvazzjoni, l-Bord iwissi lill-Kunsilli li l-istess Kunsilli jistaw jiġu mfiċċija għal xi danni li jistaw jiġu kkaġunati mill-sleeping policeman magħmula mhux skond l-ispeċifikazzjonjiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' twelid f'Malta u Għawdex kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Kemm minnhom kienu bniet u kemm minnhom kienu subien?
Kemm minn dawn it-twelid kienu minn ommijiet ta' nazzjonalita' barranija?
Kemm trabi twieldu l-Isptar San Luqa u kemm minnhom fi sptarijiet jew kliniċi privati?
X'kien il-break down ta' twelid f'dawn l-aħħar 5 snin f'kull sptar jew klinika privata jew twelid fi djar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni fuq it-twelid ta' trabi f'Malta u Għawdex. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għal indicators specifiċi għall-WHO-OBSQID Project, Perinatal Aggregated Data (PAD) għas-snin 1995-1998. L-istatistika għall-1999 ġiet miġbura għal kull każ għall-National Obstetric Information System (NOIS).
In-numru ta' twelid lill-ommijiet ta' nazzjonalita' Maltija u dik barranija fiċ-ċnetri ta' twelid pubbliċi u privati f'Malta u Għawdex għas-snin 1995-1999 jidhru hawn taħt:
Twelid Totali
Sena
Malta
Għ
awdex
1995
4722
391
1996
4611
419
1997
4451
377
1998
4266
386
1999
4047
335
L-OBSQID Project-PAD ma kienx jiġbor informazzjoni dwar is-sess tat-trabi li twieldu u għalhekk id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa m'għandux informazzjoni Nazzjonali dwar is-sess tat-trabi għas-snin 1995-1998. Iżda fl-1999 ġie mwaqqaf l-NOIS li jiġbor informazzjoni dwar kull każ, għalhekk l-informazzjoni għall-1999 tidher hawn taħt:
Twelid Totali
S
ena
Bniet
Subien
Mhux Rapportati
1999
2139
2241
2
L-OBSQID Project-PAD ma kienx jiġbor informazzjoni dwar in-nazzjonalita' ta' l-omm u għalhekk id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa m'għandux informazzjoni għas-snin 1995-1998. Iżda fl-1999 ġie mwaqqaf l-NOIS li jiġbor informazzjoni dwar kull każ, għalhekk l-informazzjoni għall-1999 tidher hawn taħt:
Twelid Totali
Sena
Maltin
Barranin
Mhux Rapportati
1999
4182
197
3
In-numru totali ta' twelid fl-Isptar Karin Grech u fl-isptarijiet jew kliniċi privati għas-snin 1995-1999 jidhru hawn taħt:
Centru
1995
1996
1997
1998
1999
KGH
4482
4212
3977
3734
3633
Private
240
399
474
532
414
Il-breakdown tat-twelid f'dawn l-aħħar ħames snin f'kull sptar jew klinika privata jidher hawn taħt:
1995
1996
1997
1998
1999
Centri tat-Twelid
Twelid Totali
Private 'A'
209
196
175
174
132
Private 'B'
26
8
2
2
2
Private 'C'
5
184
225
238
200
Private 'D'
0
11
72
118
80
Public-KGH
4482
4212
3977
3734
3633
Public-GGH
391
419
377
386
335
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tintervjeni biex tara jekk blokk kbir bini li hemm fi Triq Gwiedi, Żejtun u li jagħti għal Triq l-Ispirtu Santu hux qed isegwi l-kundizzjonijiet imposti meta ngħata l-permess għaliex dan is-sit hu żdingat, ilu hekk għall-madwar ħames snin u sar dumping site għall-imbarazz?
Possibbli ssir inspection fl-inħawi u fit-toroq ta' madwar (inkluż Triq il-Gwiedi, Żejtun) għaliex dawn it-toroq spiċċaw kollha ħmieġ w anki hemm periklu għat-tfal għaliex boundary wall li kien sar qed jaqa' bir-riskju li jista' jaqa' xi ħadd għall-isfel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara spezzjoni li saret mill-uffiċjali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, jirriżulta li kien hemm parti mill-bini mhux skond il-pjanti approvati, u li mhux qed jiġu osservati xi kundizzjonijiet mill-permess.
Dawn huma:
1. Minflok pjan terran li jiġi fi 'Triq Santu Spirtu', nbnew garaxxijiet.
2. Il-boundary wall (hoarding) li qiegħed idawwar is-sit irid ikun żewġ metri mhux 4/3 filati.
3. Fejn hemm il-materjal huwa maħsub li ikun hemm landscape area. Dwar din ukoll hemm kundizzjoni speċifika fil-permess.
Ninsab infurmat ukoll li ġew ikkuntatjati kemm il-perit responsabbli mix-xogħlijiet kif ukoll is-sid, u dawn lesti jirregolaw il-pożizzjoni.
Jista' l-Ministu jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu re-instated xi pulizija li kienu telqu? Kemm hemm ex-pulizija li kienu telqu u talbu li jiġu re-instated? Kemm minn dawn ilhom li telqu aktar min sentejn, aktar minn tlett snin, aktar minn ħames snin w aktar minn 10 snin? Kemm minnhom huma ex-pulizija nisa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddejjin proċeduri sabiex ex-membri tal-Korp li jitqiesu bħala 'asset' għal Korp tal-Pulizija jiġu reinstated.
Bħalissa hemm 62 persuna li għamlu talba sabiex jerġgħu jidħlu lura fil-Korp. Iż-żmien illi dawn ilhom li telqu mill-Korp hu kif jidher hawn taħt:-
Ilhom li telqu
Irġiel
Nisa
Sena
Xejn
1
Sentejn
7
Xejn
Tlett snin
12
1
Ħames snin
17
4
Għaxar snin
20
Xejn
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jieħdu l-appointment it-Trainee Correctional Officers li daħlu fl-1 ta' Ġunju 2000 u issa skadielhom il-perjodu ta' sitt xhur ta' taħriġ skond ma kien indikat fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-rakkomandazzjonijiet dwar l-ingaġġ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, li saru minn Selection Board maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, qegħdin għall-approvazzjoni ta` l-istess Kummissjoni skond proċeduri stabbiliti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli jittieħdu passi biex biċċa ħajt tas-sejjieħ li hemm int u dieħel fi Triq in-Nissieġ, Żabbar minn Triq San Ġużepp jiġi irranġat għaliex dan il-ħajt li hu boundary wall tat-triq, qed jaqa' u se jispiċċa jweġġa' lil xi ħadd?
Billi din hi l-unika parti fejn il-ħajt m'huwiex tal-kantun għaliex il-bqija jkompli bil-ġebel tal-kantun, possibbli jiġi rranġat qabel jaqa' fuq xi ħadd?
Possibbli jiġi nnotat li l-kunsill lokali qed isostni li din hi responsabbilta' tal-Gvern?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ħajt imsemmi huwa essenzjalment ħajt ta' għalqa li għadu ma sarx żvilupp fiha hekk kif wieħed ikun dieħel fit-Triq in-Nissieġ.
Ħitan bħal dawn iridu jinżammu fi stat tajjeb mill-gabillot li jkun jaħdem l-għalqa u fil-fatt huma l-Kunsilli Lokali li llum huma responsabbli biex jiġbdu l-attenzjoni tal-gabillotti għal biex jesegwixxu t-tiswijiet neċessarji.
Il-ħajt mhux wieħed għoli ħafna u ma jidhirx li qiegħed f'sitwazzjoni daqstant ħażina.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tara u ġentilment tiddeċiedi dwar talba pendenti biex issir bozza oħra fi Sqaq Strejnu I, Żejtun minħabba li fost in-nies li joqogħdu f'dan is-sqaq hemm anzjani u dan l-isqaq hu ferm mudlam fuq in-naħa ta' ġewwa?
Billi din t-talba ilha tiġi kkonsidrata mill-Enemalta, possibbli l-Enemalta tara tistax tilqa' it-talba ta' dawn ir-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-talba qed tiġi kkunsidrata mill-Korporażżjoni Enemalta flimkien ma' talbiet oħra pendenti.
Nifhem li l-Onorevoli Membru japprezza li l-korporazzjoni għandha għadd mhux żgħir ta' dawn it-tip ta' talbiet pendenti u għalhekk wieħed jifhem li biex tittieħed decizjoni dwar talbiet bħal dawn jgħaddi xi ftit taż-zmien.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir investiment jew jiġi refurbished u updated is-Swatar Training Centre minħabba li jien infurmat li l-istat tan-network hu ħażin ħafna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-MITTS għandha pjanijiet biex sa Marzu tas-sena d-dieħla ssaħħaħ in-“Network” li hemm fis-“Swatar Training Centre”.
In-“Network” preżenti, li huwa tat-tip “Coax”, se jiġi mibdul għas-sistema hekk imsejħa “Structured Cabling”. Bis-sistema l-ġdida se jkun possibbli li nwasslu “100mbs connectivity” għal kull kompjuter; din is-sistema se tkun tista’ tintuża kemm għad-data kif ukoll telefon fuq l-istess “cable”. Hu ppjanat ukoll li nsaħħu wkoll il-“connection” għal “Gattard House”. Din mistennija titla’ minn 64 “kilo bits” għal 2 “Mega bits”. Numru ta’ kompjuters ġodda huma ordnati u mistennija jaslu fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' twelid f'Malta u Għawdex kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Kemm minnhom kienu bniet u kemm minnhom kienu subien?
Kemm minn dawn it-twelid kienu minn ommijiet ta' nazzjonalita' barranija?
Kemm trabi twieldu l-Isptar San Luqa u kemm minnhom fi sptarijiet jew kliniċi privati?
X'kien il-break down ta' twelid f'dawn l-aħħar 5 snin f'kull sptar jew klinika privata jew twelid fi djar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-trabi li twieldu f'dawn l-aħħar tlett snin l-Isptar San Luqa ġew transferiti l-SCBU?
Kemm mit-trabi li twieldu fi sptarijiet u kliniċi privati jew fi djar f'dawn l-aħħar tlett snin ittieħdu l-SCBU? Minn liema sptarijiet jew kliniċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar kura li qed tingħata, jiġifieri Amino Acid Therapy f'Ċipru u r-Russja?
Billi jiena nformat li tobba u aġenti minn organizzazzjonijiet barranin jistgħu jiġu Malta biex iħajru ġenituri Maltin biex jieħdu t-tfal tagħhom barra minn Malta għal din il-kura u billi din il-kura tiswa eluf kbar ta' liri, jista' d-Diviżjoni tas-Saħħa tippronunzja ruħha fuq din it-tip ta' kura?
X'inhi l-opinjoni tad-Dipartiment tal-Pedjatrija dwar din il-kura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kura msemmija hija esperimentali u ma` hemm l-ebda prova w lanqas riċerka xjentifika li turi li hemm xi benefiċċju minn dan it-tip ta` trattament.
Id-Dipartiment tal-Pedjatrija ħa parir ta` Unit barra minn Malta li jispeċjalizza fil-qasam ta` Neuroloġija fi tfal li kkonferma li s'issa m'hemmx provi favur dan it-tip ta` trattament.
Jista' l-Ministru jgħid wara li issa saret l-extension tad-drainage fi Triq San Franġisk, Wied il-Għajn, possibbli issa jittieħdu passi biex issir it-triq minħabba li din ilha ħafna pendenti u hi ferm abitata?
Billi f'din it-triq kien anki għamel site visit id-Direttur tat-Toroq possibbli jsir sforz biex din it-triq issir?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 20534?
Response (BORG, TONIO)
B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20534 ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kienet kostretta isservi Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq kontra l-HSBC Bank dwar żvilupp illegali ta` kmamar fuq in-naħa ta` wara tal-fergħa li tinstab ġewwa Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema. Fil-frattemp iddaħħlet applikazzjoni f`isem il-bank biex tirregola l-iżvilupp, liema applikazzjoni ġiet approvata fl-24 ta` Novembru 2000, b`multa ta` mitejn u tmien liri (Lm208).
B'riferenza għal dak li ntqal fil-ħarġa "Vigilo" ta' Din l-Art Ħelwa (Nru. 18, Ottubru, 2000) paġna 6, jiġifieri li: "....In Malta's archaelogical park, which contains Ħaġar Qim and Mnajdra, there are over thirty illegal hunters' hides ...." jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk dan jirriżultalux? Jekk iva, x'passi ttieħdu jew hu ppjanat li jittieħdu biex dan l-abbozz jiġi mrażżan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir fit-toroq ta' l-inħawi ta' Bulebel iż-Żgħir f'Ħaż-Żabbar?
Għaliex ċertu xogħol ilu xahar sħiħ li beda u baqa' ma tlestiex bil-konsegwenza li ċerti residenti qed ikollhom problema biex jużaw il-garaxxijiet tagħhom?
Min huma l-kuntratturi u meta suppost kellu jitlesta x-xogħol? Meta hu maħsub li jitlesta, triq b'triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li għaddej xogħol fil-lokal, kemm mill-Kunsill kif ukoll mid-Dipartiment tat-Toroq, l-Onor. Interpellant hu mitlub ikun aktar ċar għal liema xogħol qed jirreferi biex ikun jista' jingħata l-informazzjoni li għandu bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kwota ta' spiżeriji ġodda li jistgħu jinfetħu skond il-popolazzjoni tal-lokalita'?
Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-spiżeriji ġodda f'Malta u Għawdex?
Qed jinħargu liċenżji għall-spiżeriji ġodda? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm ħarġu liċenżji ġodda għall-spiżeriji ġodda tul l-1998, 1999, 2000 u fejn ħarġu?
Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, għaliex ma ħarġux liċenzji għal-spiżeriji ġodda, l-anqas fejn inqabżet il-kwota stabbilita?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21540, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta` l-Avviż Legali 117 ta` l-1996, il-ħruġ ta` permessi għal spiżeriji ġodda kien ġie liberalizzat. Għalhekk, kif teżisti l-liġi llum, ma hemmx kwota għal spiżeriji ġodda li jistgħu jinfetħu.
Bħalissa hawn 298 l-applikazzjoni pendenti għal spiżeriji ġodda.
Teżisti friża amministrattiva għall-ħruġ ta` permessi ġodda, għalkemm jeżistu każi speċifiċi fejn ħruġ ta` liċenzji xorta jistgħu jiġu kkunsidrati. Għalkemm fl-1998 ma ħarġu l-ebda liċenzji, fl-1999 inħarġu permessi għal żewġ spiżeriji ġodda, waħda l-Imtarfa u l-oħra l-Gżira (spiżerija għall-użu veterinarju), waqt li fl-2000 ħareġ permess wieħed, ġewwa l-Qala, Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti rigward il-liberalizzazzjoni ta' l-ispiżeriji?
Għaddejjin diskussjonijiet mal-Kmara ta' l-Ispiżjara dwar dan u jekk iva, hemm xi target date meta l-Gvern bi ħsiebu jieħu deċiżjoni finali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21541, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li għadhom għaddejjin d-deliberazzjonijiet fuq ir-rapport sottomess, għadu mhux previst xi target date biex tittieħed deċiżjoni finali.
Possibbli li d-Dipartiment tad-Drenaġġ jgħid jekk ħarġitx xi tender biex issir extension tad-drenaġġ fl-inħawi "Ta' Fġieni", N/S of San Anton Street, Ħ'Attard?
Jekk iva, meta ħarġet? Ġiet awarded? Meta hu maħsub li se jibda x-xogħol? Meta hu maħsub li jitlesta? Kemm se jiġi jiswa? Jekk le, meta hu maħsub li joħroġ jew jiġi awarded dan it-tender?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ fetaħ tender biex isiru x-xogħlijiet f'dawn l-inħawi fid-19 ta' April ta din is-sena. Dan it-tender huwa WD 342/2000. Bħalissa qed tinħadem il-'Letter of Acceptance' biex tintbagħat lill-Kuntrattur Vella Group. Dan ix-xogħol għandu jqum madwarr Lm3500.
Huwa maħsub li dan ix-xogħol jibda lejn l-aħħar ta' din is-sena u jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm studenti l-Universita' minn kull raħal u belt f'Malta u Għawdex fl-1985, 1986 u sa Mejju 1987 u fl-1999 u 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 20838 mogħtija f'Seduta 417 fis-6 ta' Novembru 2000, l-informazzjoni mitluba għas-snin 1999 u 2000 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.