Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23704 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Każi ta' Leukaemia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' leukaemia f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'etajiet kienu l-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` każijiet ta` Leukaemia rreġistrati fil-Malta National Cancer Regsitry sena b'sena, mis-sena 1995 sa l-2000 huwa kif jidher hawn taħt: Sena Numru ta` Każ ijiet 1995 45 1996 29 1997 42 1998 41 1999 37 2000 41 N.B.: Hemm diversi tipi ta` Leukaemia. Għal kull tip tista` tkun jew akuta jew kronika.
Leg 9 PQ #23680 Sitting 499 2001-02-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi kull sena l-kunsilli lokali fejn fl-10 ta' Marzu li ġej se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #23661 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġibju f'tal-Kotob

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ġibjun l-abjad f'tal-Kotob, Żejtun ilu madwar tlett xhur b'valve bil-ħsara b'konsegwenza li l-bdiewa ma jistgħux jieħdu ilma?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal responsabbli minn dak id-distrett agrikolu illi l-valve bil-ħsara ser jiġi mibdul mill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma. Ghaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat
Leg 9 PQ #23662 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Tal-Kotob

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli jinterveni biex jiġi irranġat valve difettuż li hemm fil-ġibjun l-abjad f'tal-Kotob fl-inħawi ta' Ħan Ġilwi, Żejtun billi konsegwenza t'hekk, il-bdiewa ma jistgħux jieħdu ilma? Billi din il-ħsara ilha aktar minn tlett xhur, jista' jara li din it-tiswija ssir fl-aqsar żmien possibli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23663 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi security porters impjegati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu li huma casual, isiru tal-post fi żmien qarib?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninstab infurmat li m’hemmx persuni impjegati bhala security porters fuq bazi kazwali ma’ l-Awtorita’ tat-Turizmu.
Leg 9 PQ #23679 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Negozji — Permessi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi ġodda għan-negozji fl-1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1996 sas-sena 2000 in-numru ta` permessi għal negozji ġodda li nħarġu mill-Pulizija hu kif jidher hawn taħt:- 1996 1997 1998 1999 2000 542 418 388 522 536
Leg 9 PQ #23534 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Enrolled Nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li enrolled nurses li jsegwu kors b'suċċess għal SRN's se jispiċċaw bi grad u paga anqas meta jilħqu SRN's kif intqal dan l-aħħar mill-Oppożizzjoni fil-parlament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa diġa ħadet il-passi meħtieġa biex dawk l-Enrolled Nurses li jsegwu kors b'suċċess għal State Registered Nurses ma jispiċċax bi grad u paga anqas meta jilħqu State Registered Nurses.
Leg 9 PQ #23535 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Possibli l-Enemalta tara li arblu tad-dawl li hemm f'nofs Sqaq San Pawl nru 1, Safi jitneħħa għaliex qed jingombra l-aċċess għall-isqaq u hu ta' periklu għax jinsab fin-nofs f'parti ta' l-isqaq li verament hi mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #22899 Sitting 493 2001-02-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliem

Question

Possibbli l-Ministru jinvestiga element li wasalli li fil-Kulleġġ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għalliem ta' l-istorja ta' Malta ma jafx jitkellem bil-Malti jew agħar minnhekk jagħżel biex jitkellem dejjem bl-Ingliż? L-ilment li wasal għandi jgħid li dan l-għalliem Malti li jgħallem il-Form 3, f'Diċembru li għadda waqt parents day kellem lill-ġenituri bl-Ingliż. Veru li dan l-għalliem jipprununzja ismijiet Maltin jew ismijiet ta' Granmastri bl-Ingliż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kienet approvat il-permessi meħtieġa tat-teacher li dwaru sar l-ilment biex jgħallem is-suġġett tal-Ġeografija skond it-talba ta' l-istess Kap ta' l-Iskola.
Leg 9 PQ #23490 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Mistaħ San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Misraħ San Ġakbu, Wied il-Għajn beda x-xogħol fih madwar erba' xhur ilu u issa waqaf u tħalla kollox maqlugħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar, mhux Wied il-Għajn. Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #23491 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq is-Santwarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-arbli ġodda tad-dawl fi triq is-Santwarju, Zabbar, ilhom sentejn imwaħħla u ma jinxtgħelux? Billi din is-sena ħaż-Żabbar se jiċċelebra 50 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja possibli l-Enemalta tara li dawn il-bozoz jintxtegħlu.

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li peress li dan kien proġett tal-Kunsill Lokali, il-materjal kellu jinxtara apposta. Dan il-materjal jasal għall-ħabta ta' l-ewwel ġimgħa tax-xahar li jmiss.

Mqabba — Triq l-Ispnar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li r-road department ta' l-inqas iwitti Triq l-Ispnar, Mqabba għax hi fi stat ħażin ferm u hi ferm abitata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jidher illi għad hemm ħafna żvilupp li għadu qed isir f`din it-triq u għalhekk ma jistax isir xogħol fiha mid-Dipartiment bħalissa. Madankollu l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tiġi nfurmata bil-problemi li dan l-iżvilupp qed joħloq għal min diġa joqgħod fit-triq u qed tintalab tagħmel l-enforcement neċessarju biex ix-xogħol isir skond il-kundizzjonijiet tal-permessi mogħtija.

Triq il-Dlielaq, Żabbar — Spezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li r-Roads Department jagħmel spezzjoni fi Triq il-Dlielaq, Żabbar ħdejn ir-residenza 'Ontario Place' minħabba li qed jinġabar ħafna ilma tax-xita u qed jikkaġuna mhux biss inkonvenjent imma anki ħsara għax l-ilma qed jidħol fil-garages u r-residenzi tan-nies?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex l-ispezzjoni ssuġerita mill-Onor. Interpellant issir.
Leg 9 PQ #23338 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Triq is-Suq, Żejtun — Commercial Outlets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi għall-commercial outlets fi Triq is-Suq, Żejtun?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hemm ħames ħwienet liċenzjati mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #23339 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Enemalta tara li jiġi trasferit arblu tad-dawl li jinsab viċin id-dar Fedele, Triq il-Barrani, Żejtun li żmien ilu kien ġie trasferit temporanjament biex jitlesta xi bini u baqa' imwaħħal fit-triq taħt il-bankina minkeja li l-bini in kwistjoni ilu li tlesta? Billi dan l-arblu qed ikun ta' periklu għat-traffiku possibli l-Enemalta tieħu passi biex dan issa jerġa' jiġi imċaqlaq la darba x-xogħol tlesta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li qiegħdin isiru l-arranġamenti meħtieġa biex l-arblu msemmi jitneħħa fl-aqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #23340 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Refund tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd single li bena l-ewwel dar għalih, fejn jgħix, hux intitolat li jieħu refund tal-VAT

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Avviż Legali 51 ta’ l-1999 li jirregola l-Iskema S ta’ l-Awtorita tad-Djar Dwar Ħlas Lura ta’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud Imħallsa fuq l-Ewwel Dar ta’ Abitazzjoni, l-iskema msemmija tapplika biss għall-koppji għarajjes, koppji miżżewġa, ġenitur wieħed, ġenitur wieħed li hu legalment separat u li għandu/għandha t-tfal igħixu miegħu/magħha u romol li għandhom it-tfal igħixu magħhom. Għaldaqstant l-iskema ma tapplikax għall-persuna li tgħix waħedha.
Leg 9 PQ #23144 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute of Health Care — Ms Barbara Burkley

Question

Jaqbel l-Ministru li l-Universita' ta' Malta għandha tikkunsidra li tagħti xi ġieħ lil Ms Barbara Burkey li tat kontribut kbir u siewi lill-Institute of Health Care fi ħdan l-Universita' ta' Malta lil professjoni tan-nursing?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Institute of Health Care fi ħdan l-Universita` ta' Malta ta ġieh lil Ms Barbara Burkey għall-kontribut li tat bejn l-1988 - 1995, fi ħdan id-diviżjoni tan-Nursing. Dan sar meta ġie inawgurat 'Clinical Skills Laboratory' li ġie msemmi għaliha. Dan sar fis-26 ta' Ġunju 2000. L-inawgurazzjoni tal-'Barbara Burkey Clinical Skills Laboratory' sar f'serata fejn diversi proġetti ta' gradwati fil-livell Masters ġew ippreżentati. B'danakollu ser inġib din il-Mistoqsija u t-tweġiba għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Universita`.
Leg 9 PQ #23003 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spot chekcs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-grupp ta' inspectors li qed jagħmlu spot checks fuq diversi impjegati humiex qed jagħmlu spot checks fuq tobba? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm-il spot check għamlu fuq tobba kemm ilhom li bdew il-ħidma tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-inspectors qed jagħmlu 'spot checks' fuq il-postijiet tax-xogħol u mhux fuq klassijiet ta` impjegati. Barra dan isiru anke 'spot checks' mill-amministraturi tad-diversi oqsma.

SVPR — Suor Aldejonda

Question

Billi hu maħsub li jinfetħu xi swali ġodda fl-SVPR jikkunsidra l-Ministru li sala minnhom tissemma għal Suor Aldejonda tal-kontribut kbir fin-nursing school for nurses u lill-professjoni tan-nurses Maltin? Billi s'issa s-swali li ssemmew f'St Lukes isemmew kollha għal tobba, jikkunsidrax l-Ministru li sala fl-SVPR tissemma għal din is-soru li mijiet ta' nurses Maltin jafu t-taħriġ u l-formazzjoni tagħhom lilha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt lill-awtoritajiet konċernati biex jikkunsidra l-proposta tiegħek. Madankollu naħseb li "isem" għandu jingħata lill-blokk kollu aktar milli lill-wards individwali