Legislature:
Category:
Reset
Active:

Traffic Control Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic control board approvax li titwaħħal tabell ta' No Entry except for residents only fi Triq San Ġorġ, Wied il-Għajn liema triq hi l-unika aċċess għall-moll fejn isorġu għadd ta' laneċ tas-sajd fosthom ta' sajjieda full time li jużaw dan il-moll lejl u nhar u jidhlu u joħorġu minn din it-triq bil-vetturi tagħhom konnessi max-xogħol tagħhom? Billi dan il-moll ilu jintuża minn uħud minn dawn is-sajjieda li għandhom laneċ kbar tas-sajd u saħansitra għandhom nies impjegati magħhom, hu possibli li t-traffic control board jikkonferma jekk din is-sign twaħħlitx bl-approvazzjoni tiegħu u f'kull każ jipprova jirrimedja is-sitwazzjoni għall-dawn is-sajjieda milquta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'approvax it-twaħħil ta' tabelli ta' 'No Entry except for residents only'. Il-Bord approva 'cul de sac sign' fil-bidu ta' Triq San Gorg (peress li din m'hix through road) u 'No Entry sign' fejn jibda' l-moll li joħroġ minn din it-triq. Biex iżid is-sigurta' fis-sewqan tul it-triq il-Bord approva wkoll '10 Km/h Speed Restriction sign'.
Leg 9 PQ #24360 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi l-Kunsilli Lokali mit-twaqqif tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm ingħata kull Kunsill mit-twaqqif tiegħu sal-llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 24009.
Leg 9 PQ #24361 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-poteri u r-responsabbilitajiet ġodda li ngħataw il-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 'l hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #23951 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks — Impjegati

Question

Possibbli li l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-white rocks li huma casual u li qed jiffirmaw il-kontroll tax-xogħol xahar b'xahar? Hemm il-ħsieb li dawn isiru tal-post?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi fl-affermattiv waqt li għat-tieni, hi fin-negattiv.

Żejtun — Triq l-Isqof Emle. Galea

Question

Possibbli ssir spezzjoni ta' Triq l-Isqof Emle Galea, Żejtun, bit-tama li jsiru xi culverts għall-ilma tax-xita għax din it-triq fix-xitwa tkun għadira waħda bir-residenti bilkemm ikunu jistgħu jidħlu jew joħorġu minn darhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex it-triq tkun spezzjonata u biex jiddiskuti l-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant mal-Kunsill.
Leg 9 PQ #23957 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura tad-dixxiplina fil-junior college fuq l-istudenti? Jista' jgħid taħt min taqa' d-dixxiplina? Jista' jgħid jekk mit-twaqqif tal-junior college sa issa kienx hemm studenti li tkeċċew? Jista' jgħid minn liema korsijiet tkeċċew u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dixxiplina fuq l-istudenti fil-kulleġġ jieħdu ħsiebha il-Prinċipal u l-Viċi Prinċipal. Madanakollu huma jikkonsultaw ma' l-istaff akkademiku, l-Assistent Reġistrar u l-Bord tal-Junior College biex jeżerċitaw l-awtorita` tagħhom. Biex jieħdu ħsieb iż-żamma ta' l-attendenza, il-Prinċipal u l-Viċi Prinċipal jikkonsultaw kontinwament mal-Bord tal-Junior College, is-Subject Coordinators u l-Assistent Reġistrar. Bħala regolamenti u kondotta waqt l-eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena, biex l-istudenti jitilgħu mill-ewwel għat-tieni sena, il-Junior College jimxi f'kollox mas-sistema ta' l-Universita`. Dawn jaqgħu taħt ir-responsabbilta` ta' l-Assistent Reġistrar li jirrapreżenta r-Reġistrar ta' l-Universita`. Minn mindu twaqqaf il-Junior College ma kien hemm ebda student li tkeċċa.
Leg 9 PQ #23863 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Xogħlijiet

Question

Mill 1994 'l hawn kemm intefqu flus mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu f'xogħlijiet u f'liema lokalitajiet saru u meta saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23699 fejn spjegajtlu li fis-sistema preżenti m'hemmx records ta' informazzjoni speċifika dwar infieq ta' flus f'lokalitajiet differenti.

Trasport — Kunsilli Lokali

Question

Mill-1994 'l hawn, jista' l-Ministru jelenka x'xogħlijiet saru u kemm intefqu flus f'dawn ix-xogħlijiet li saru għal jew fuq talba tal-kunsilli lokali? Fejn saru dawn ix-xogħlijiet? Meta saru? Kemm swew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 23700 u 23856.
Leg 9 PQ #23847 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġibjun f'tal-Kotob

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23661 dwar il-ġibjun l-abjad f'Tal-Kotob, Żejtun li ilu madwar tlett xhur b'valve bil-ħsara bil-konsegwenza li l-bdiewa ma jistgħux jieħdu l-ilma u billi f'dik it-tweġiba ntqal li t-tiswija ta' dan il-valve trid issir mill-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, possibbli l-Water Service Corporation tara li dan ix-xogħol issir għax din il-ħsara hi detrimentali għall-bdiewa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-tiswija tal-valve tal-ġibjun imsemmi qed issir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Ħu maħsub li x-xogħol jitlesta fil-jiem li ġejjin.

Malta Maritime Authority — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li fil-ġranet li ġejjin jinfetħu l-applikazzjonijiet għal xi vacancies fil-Malta Maritime Authority? Jekk iva, f'liema grad u meta se jinfetħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa qed isiru interviews biex jiġu ngaġġati żewġ I.T. application developers u ħames Flag & Port State Control Inspectors ma l-Awtorita' Marittima ta' Malta, waqt li ftit żmien ieħor ser toħroġ applikazzjoni għall-ingaġġ ta' Mechanical Fitter (HVAC). Jien infurmat ukoll li bħalissa għaddejin proċeduri ma' l-Employment & Training Corporation biex ikunu jistgħu jintlew vakanzi ta' żewġ clerks, żewġ Maintenance/Handymen, żewġ Site Supervisors/Draughtsmen u Berthing Master (Yacht Marina) fl-istess Awtorita'.
Leg 9 PQ #23849 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment għal Protezzjoni Ċivili

Question

Minħabba li s-servizz tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qiegħed dejjem jitwessa' u d-domanda għalih qed tiżdied, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu aktar nies ma' dan id-dipartiment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-mument in-numru ta` uffiċjali impjegati fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa adekwat għall-ħtiġijiet tas-servizz.
Leg 9 PQ #23850 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn kemm kunsilli , b'maġġoranza ta' kunsillieri Laburista, għamlu bylaws li permezz tagħhom qed jitolbu ħlas għal xi servizzi li joffru? X'kienu l-bylaws f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #23857 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23698?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #23698 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, sena b'sena mill-1994 'il hawn, il-Ministeru tiegħu nefaq flus għal xogħlijiet lill-kunsilli lokali? X'kienu dawn ix-xogħlijiet u f'liema kunsilli lokali saru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #23699 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, sena b'sena mill-1994 'il hawn, il-Ministeru tiegħu nefaq flus għal xogħlijiet lill-kunsilli lokali? X'kienu dawn ix-xogħlijiet u f'liema kunsilli lokali saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sitwazzjoni mal-Kunsilli Lokali li għandhom kuntratt mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hi li dawn iħallsu tas-servizzi pprovduti għall-manteniment tal-ġonna u tas-soft areas fil-lokalitajiet tagħhom. Ir-rata tas-spejjeż ta' dan ix-xogħol hija ssusidjata, biss ma tistgħax tinħadem individwalment għal kull kunsill, jew globalment, għax barra minn dan ix-xogħol l-istess gruppi ta' nies iwettqu xogħol għall-Gvern Ċentrali. Isir ukoll provediment ta' xitel, arbuxelli u siġar, fost affarijiet oħra, f'dawn il-lokalitajiet, biss il-meżżi preżenti ma jippermettux li jkun hemm informazzjoni speċifika, hekk kif mitluba.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, sena b'sena mill-1994 'il hawn, il-Ministeru tiegħu nefaq flus għal xogħlijiet lill-kunsilli lokali? X'kienu dawn ix-xogħlijiet u f'liema kunsilli lokali saru?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.