Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26365 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tar-Radiography

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jivverifika għaliex fid-dipartiment tar-radiography qed jiġu hand picked biex jattendu ċerti korsijiet u mhux toħroġ call for application li tasal għand kulħadd biex min irid japplika jkun jista' jagħmel dan? Veru li għal korsijiet hawn taħt imsemmija ma ħarġux call for applications u min attenda jew qed jattendi dawn il-korsijiet ġie hand picked: (1) kors dwar breast screening; (2) kors dwar il-computer; (3) kors dwar il-first line management?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26366 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Assistant Radiographers

Question

Possibbli li d-diviżjoni tas-saħħa tikkonferma informazzjoni li waslet għandi li għal postijiet vakanti ta' assistant radiographers il-closing date ta' meta għalqu l-applikazzjonijiet ġiet estiża wara li kienu diġa' għalqu l-applikazzjonijiet u min ma kienx applika sad-data ta' l-għeluq oriġinali ntalab jgħid hux interessat japplika jew le? Jekk dan hu minnu, min iddeċieda li jestendi l-closing date? Hi prattika normali li min ma jkunx applika jintalab jgħid jekk hux interessat japplika jew le, filwaqt li tiġi estiża l-closing date? Veru li min ma kienx applika sal-clsong date oriġinali bagħtulu ittra biex jgħid jekk hux interessat japplika?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li billi l-grad ta` Assistant Radiographer ma jeżistix m'inix f'pożizzjoni li nwieġeb għal din il-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #26204 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm assistant lecturers, lecturers, associate professors jjew professors ta' ċittadinanza Maltija jaħdmu bħala mpjegati full-time ta' l-Universita' ta' Malta bejn l-1995 u l-2001 (n-numru huma gentilment mitlub separat għal kull kategorija u għal kull sena) Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ogħla salarju fil-grad ta' assistant lecturer, lecturer, senior lecturer, associate professor u professor matul dan il-perijodu? Kemm kien hemm assistant lecturers, lecturers, senior lecturers, assiate professors jew professors li kien ta' nazzjonalita' barranija u li kienu jaħdmu full-time bħala mpjegati ta' l-Universita' ta' Malta f'xi żmien bejn l-1995 u l-2001? MIn kienu dawn il-barranin? Min minnhom kellu dottorat? Kemm kien is-salarju fis-sena ta' kull wieħed u waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26205 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija preċendenti tiegħi 25639 li erġajt irrepetejtha (25939) u li baqgħet ma ġietx imwieġba?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux possibli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25637 u li erġajt irrepetejtha f'mistoqsija nru. 25941?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika speċifika dwar in-numru ta' persuni b'diżabilita' fiżika li jintbagħtu għall-korsijiet ta' taħriġ organiżżati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għax dawn il-persuni jintbagħtu b'mod regolari flimkien ma' oħrajn li m'għandhom ebda diżabilita. Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni m'għandiex l-informazzjoni mitluba li tmur lura b'għaxar snin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni miġbura mill-Korporazzjoni dwar persuni b'diżabilita' mentali jew intellettwali.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25638 li erġajt irrepetejtilu (nru. 25940)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26202 f'din l-istess Seduta, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar persuni b'diżabilita' mentali jew intellettwali li temmew korsijiet ta' taħriġ organiżżati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 9 PQ #26224 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Roaster 3

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta' staff f'Roaster 3 f'St Luke's Hospital? F'liema swali hemm nuqqas u x'inhu l-grad ta' staff nieqes f'kull ward u unit f'roadster 3 f' St Luke's? Possibli d-divizjoni tas-Saħħa tieħu passi biex dan in-nuqqas jiġi rimedjat? Għaliex mhux qed isir eċċezzjoni u mhux qed isir użu mill-overtime fil-Ħdud u l-festi pubbliċi f'roaster 3 meta hemm dan in-nuqqas tan-nurses?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'roster numru 3 ta` l-Isptar San Luqa hemm 9 Nursing Aides nieqsa li qiegħdin fl-M2, M4, M6, M7, M8, S3, WS1, WS2. Hemm ukoll nurse waħda nieqsa fil-Gynae Ward. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq overtime biex jintela xi nuqqas kull meta jkun meħtieġ. Il-problema tqum meta ma ssibx min jaħdem overtime.
Leg 9 PQ #26225 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kwalita ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li waslu għandi mingħand bdiewa full time li l-ilma mill-Ippjant ta' San Antnin m'huwiex ta' kwalita' tajba u dan qed jirrifletti f'uċuħ ta' raba ta' kwalita inferjuri?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25978 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Security Officers

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati security officers għal mat-tempji storiċi? Jekk iva, meta u dawn se jingħażlu mis-servizz pubbliku jew minn barra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet qiegħed f'diskussjonijiet fuq din il-materja mal-Management and Personnel Office.
Leg 9 PQ #25979 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technical Institute

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk studenti li qedgħin it-Technical Institute ġewx avżati li jekk ma jsibux sponsor jinqagħatalhom l-istipendju li jieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li qegħdin fl-Iskema tat-TAS, li jinkludu l-istudenti li jattendu t-Technical Institute, jibqgħu jieħdu l-manteniment fiss ta' Lm40 fix-xahar jekk jattendu regolarment għal-lezzjonijiet fl-iskola. Jekk dawn ma jkollhomx sponsor, ma jirċevux il-paga li jagħtihom l-isponsor. Ta' min jinnota li l-Employement and Training Corporation (ETC) tgħin lill-istudenti biex isibu sponsor.
Leg 9 PQ #25938 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Renal Dialysis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25486?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrġa nies b'diżabilita mill-ETC f'dan l-aħħar 10 snin sena b'sena. 2) Kemm minn dawn kienu nies b'diżabilita fizika u kemm kienu b'diżabilita' neutrali? Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn wieħed u ieħor hu ikkalkolat li qam kull persuna trained b'diżabilita fizika u jista' l-Ministru jgħid wkoll separatament kemm ġie jiswa bejn wieħed u ieħor kull persuna b'diżabilita mentali imħarrġa mill-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawk trained mill-ETC li kellhom diżabilta' fiżika jew mentali f'dawn l-aħħar 10 snin instabulhom xogħol part-time jew full-time, kull sena partikolari? Kemm minn dawn għadhom sal-lum fuq il-post tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25639 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali f'kull skola speċjali u kif hi maqsuma din l-ispiża f' pagi, allowances, maintenance, trasport, educational appliances u aids

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25640 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel speċjali u fejn huma? Kemm hemm tfal f'kull skola u x'inhi l-eta tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm sitt Skejjel Speċjali u Ċentru wieħed f'Għawdex kif ġej: Skejjel Speċjali Numru ta' Studenti Eta` ta' l-istudenti Guardian Angel, Ħamrun 60 5 - 20 Helen Keller, Qrendi 24 4 - 20 San Miguel, St Andrews 44 4 - 20 Mater Dei, Msida 7 13 - 16 Dun M. Attard, Wardija 50 10 - 20 Santa Marija, Msida 32 10 - 19 Ċentru Speċjali, Sannat 16 4 - 18
Leg 9 PQ #25641 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Staff Complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istaff complement f'kull skola speċjali u jista l-Ministru jispeċifika l-gradi differenti tal-membri ta' l-istaff?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25676 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jara għalfejn id-dipartiment tal-Mużewijiet mhux jattendi ħafna mil-laqgħat iffissati u mifthema minn qabel mal-PA fuq il-permess nru. 7205/97 bil-konsegwenza li l-individwu daħal fi spejjeż kbar u għalissa ma jista' jsir xejn? Għax il-PA qed tgħid li ma tistax tiddeċiedi fuq dan il-permess minħabba li qed tistenna r-risposta tad-Dipatiment tal-Mużewijiet? Billi dan il-permess jikkonċerna restawr ta' Wilġa Battery ta' żmien il-Gwerra li qed taqa' ftit ftit u spiċċat anke qed tintuża minn terzi persuni għal ċerti abbuż għax ġieli instabu siringi fiha u billi s-sid irrid jiranġa din il-batterija u lest jintrabat li x-xogħol isir taħt is-dupervizzjoni tad-dipartiment tal-mużewijiet, possibli l-Ministru jintervjeni biex id-dipartiment tal-mużewijiet jikkopera u s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ir-rappreżentant tad-Dipartiment tal-Mużewijiet xhed quddiem dan il-Bord ta' l-Apelli tal-Awtorita` ta' l-Ippjanar darbtejn f’Frar u f’Settembru tal-2000 fuq il-każ tal-Batterija tal-Wilġa, Marsaxlokk PA 7205/97. F’ każ wieħed biss ir-rappreżentant tal-Mużewijiet ma setgħax jattendi għas-seduta tal-Bord ta' l-Appelli – jiġifieri għas-seduta ta’ l-4 ta’ Mejju 2001. Din l-assenza kientet kaġunata minn impenji marbuta ma' l-emerġenza u r-restawr ta' l-iMnajdra. Ta’ minn jinnota li fl-istess seduta tal-Bord tal-Appelli ta' l-4 ta’ Mejju il-każ in kwistjoni ġie differit għal deċiżjoni. Jidher ċar li din l-assenza ta' l-4 ta’ Mejju ma setgħetx titqies bħala kaġun ta’ dewmien għad-deċiżjoni tal-Awtorita’ ta' l-Ippjanar. Il-pożizzjoni negattiva tad-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar din l-applikazzjoni ġiet spjegata b’ mod ċar kemm il-darba lill-Awtorita’ ta' l-Ippjanar, kemm bil-miktub lid-Direttorat tal-Ippjanar kif wkoll fix-xhieda li saret darbtejn quddiem il-Bord ta' l-Appelli. Jien infurmat illi din id-deċiżjoni tad-Dipartiment tal-Mużewijiet hija finali. Din l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-Batterija tal-Wilġa, Marsaxlokk kienet fil-fatt ġiet irrifjutata mill-Awtorita’ ta' l-Ippjanar fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. L-art in kwistjoni hija propjeta’ pubblika u l-applikant qed jipprova jakkwistha mill-Gvern għal skopijiet ta’ żvilupp privat. Dan l-iżvilupp qed jissejjah ‘restawr’ mill-applikant. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet - wara konsultazjonijiet ma' l-Unita` tar-Restawr tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet – oġġezzjona għad-definizzjoni ta’ dan ix-xogħol bħala ‘restawr’. Dak li qed jipproponi l-applikant huwa żvilupp u bini mill-ġdid li konsegwentement jinkludi l-qirda tar-rovini storiċi li baqa` minn din il-Batterija storika. Dan mhux biss ma jistax jitqies bħala restawr, iżda jammonta għal qirda ta’ dan il-monument storiku u l-informazzjoni li għadha tista’ tinqara minnu.