Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord li jieħu ħsieb il-ħruġ ta' settijiet ta bollol ġodda? Kemm għandhom esperjenza f'dan il-qasam kull membru tal-bord?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-membri tal-Bord kollha għandhom esperjenza twila f`dan il-qasam wara li ilhom iservu fuq dan il-Bord għal diversi snin kemm taħt din il-leġislatura kif ukoll f`leġislaturi oħra.
Dan il-Bord hu ppresedut mill-A/Postmaster General waqt li l-membri huma:
Is-Sur Anthony Fenech
Dr John Mercieca
Dr Vincent Depasquale
Is-Sur John Bonnici
Is-Sur Dominic Cutajar
Is-Sur John Mizzi
Is-Sur Tony Barbaro Sant
Jista' l-Ministru jgħid xżinhi l-water hardness ta' Malta? Jekk din tvarja minn lokalita' għal-oħra, jista' l-Ministru jagħti l-water hardness ta' l-ilma f'lokalitajiet differenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-water hardness ta' Malta tvarja minn lokalita' għall-oħra. Lista li turi l-water hardness values ta' l-ilma ta' lokalitajiet differenti f'Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jg]id jekk il-vakanza ta' student advisor (administrator officer) ma l-Universita' ta' Malta mtlietx?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-vakanza ta' student advisor (administrative officer) ma' l-Universita` ta' Malta għadha ma mtlietx, iżda qed jittieħdu l-miżuri biex il-ħatra issir ma ddumx.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni tal-permess li qed nibgħat under separate cover li ilu pendenti għall-kważi sena u li jitratta sempliċi change of use?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jivverifika n-numru ta` l-applikazzjoni li nbagħat under separate cover peress illi din l-applikazzjoni kienet ġiet approvata fil-25 ta` Settembru 2000.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwassal il-main ta' l-ilma fi Triq il-Magħsar, Żabbar fejn jemm għadd ta' residenti li għadhom mingħajr dan is-servizz?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma flimkien ma' talbiet simili oħra li għandha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiġi stmata li tiswa kull operazzjoni li qed issir f'kull każ ta' Anthrax hoaxes, meta tqis in-nies kollha involuti f'kull operazzjoni inkluż l-apparat, kimika, ilbies protettiv w affarijiet oħra? Jikkunsidra l-Gvern li jagħmel pieni aktar ħorox għal min jinqabad jagħmel dawn it-tip ta' hoaxes kif għamlu pajjiżi oħra?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jikkonċerna d-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li mhux possibli li tingħata stima realistika ta` kull operazzjoni li qed issir f`kull każ ta` Anthrax hoaxes. Li huwa ċert pero` huwa li l-istima tlaħħaq għal eluf ta` liri. Is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant fl-aħħar parti tal-Mistoqsija qed jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx talba mill-iskola F.X. Attard tal-Marsa biex jintbagħat teacher ieħor tal-Maths għall-Form 3? Jekk saret din it-talba hemm possibilta' li dan it-teachers jintbgħat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola sekondarja tal-Marsa "FX Attard" għandha l-għalliema tal-Matematika meħtieġa biex jgħallmu lill-klassijiet kollha, inkluża l-Form 3. Informat li t-talba li jintbagħat għalliem ieħor extra fl-iskola ma ġietx aċċettata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżultati tac-child carers ħarġux? Jekk iva kemm intagħżlu u kemm applikaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultat ta` l-eżami tal-Care Workers ġie ppublikat. Kien hemm 295 (mitejn u ħamsa u disgħin) applikanti, li minnhom għaddew 129 (mija u disa u għoxrin).
Traffic Control Board — Installazzjoni ta' Traffic Lights
Question
Wara li saret traffic light fil-parti t'isfel tal-Bypass Triq il-President Anton Buttiġieġ, Żejtun, jikkunsidra t-traffic control board li ssir oħra ħdejn il-LASCO Supermarket li hemm fuq in-naħa l-oħra tat-triq għaliex din it-triq hi ferm twila w l-bogħod minn fejn saret it-traffic light l-oħra, hemm parking area faċċata tal-LASCO Supermarket u diversi ħwienet oħra ħdjen dan is-supermarket w allura ħafna nies, fosthom ommijiet bi tfal u trabi jridu jaqsmu din it-triq ferm traffikuża biex imorru għall-parking?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lit-Traffic Control Board u lid-Dipartiment tat-Toroq biex is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant jiġi kkunsidrat.
Wara diversi residenti fi Triq il-Gwiedi, Zejtun u fi Triq l-Ispirtu Santu, Zejtun esprimu it-tħassib tagħhom dwar il-proġett ta' bini ta' garages u maisonettes f'dan il-post, jista l-Ministru jikkonferma jekk saritx applikazzjoni biex il-pjanti oriġinali jerġgħu jinbiddlu u minflok ma' jitħawwlu siġar u jsiru bankijiet quddiem dan il-proġett kif oriġinarjament kien ippjanat qed jintalab li jsir parking area minflok?
Billi dan il-proġett kien qajjem ħafna ilmenti għax inbena minflok masġar li kien hemm fil-qalba l-antika tar-raħal taż-Żejtun fejn t-toroq diġa huma dojoq ħafna u billi dan il-proġett li diġa kif inhu jistona ħafna ma' l-ambjent tal-post, kompla faga ir-residenti ta' madwaru, possibli l-Awtorita' ta' l-Ippjanar din id-darba tara l-implikazzjonijiet sew qabel tapprova xi talba biex dan il-post ikompli jiġi soffokat b'xi parking area minflok is-siġar u l-bankijiet li kienu ipjanati oriġinarjament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma hemm ebda talba ġdida għat-tibdil fil-pjanti approvati għall-iżvilupp fit-toroq msemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara li l-proġett ta' bini ta' maisonettes u garages fi Triq il-Gwiedi, Zejtun jitlesta u jimxi skond il-pjanti oriġinali għax il-kostruzzjoni għadda ma tlestiex minkejja li għaddew xi 7 snin u dan qed ikun ta' detriment kbir għar-residenti ta' madwar dan il-proġett li joqodgħu f'toroq dojoq w allura l-inkonvenjent hu ferm akbar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-bini msemmi mill-Onor. Interpellant qiegħed jinbena skond il-pjanti approvati. Għalkemm dan il-bini ilu ħafna li nbeda, il-permess ġie mġedded u għadu validu.
Jista' l-Ministru jgħid billi n-nies li jċemplu d-Depot u jitolbu li jqabduhom ma' xi għassa partikulari ta' spiss jgħidulhom li l-extension hi bil-ħsara, possibli meta tinqala' ħsara jittieħdu passi biex dawn l-extensions jiġu irranġati mill-ewwel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tieħu azzjoni mill-ewwel hekk kif tkun innotata xi ħsara kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Ikun hemm ċertu ħsara li tkun tista` tiġi rimedjata f`qasir żmien, pero` jista` jkun il-każ li jkun hemm ħsarat li jkunu jirrikjedu aktar xogħol. Ta` min isemmi illi fil-preżent hemm għaddejjin il-proċeduri meħtieġa sabiex il-PABX tinbidel għal waħda aktar moderna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk instructor li kienet tgħallem fi Skola Primarja w irreżenjat fl-1994 tistax terġa' tiġi imipjegata lura? Hemm vacancies għal dawn l-instructors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għalliem li jirriżenja, ikun xi jkun il-grad tiegħu, jerġa' jiġi mpjegat wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjoni biex jimtlew il-vakanzi. Jiddependi mill-kwalifiki ta' l-applikant u mix-xejra tal-Call for Applications jekk instructor ikunx jista' jimla' dawn il-vakanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talba mill-Iskola Primarja B ta' B' Bugia biex tiġi impjegata clerk fuq bażi casual? Jekk iva meta saret u hemmx il-ħsieb li din it-talba tiġi milqugħa minħabba li hemm clerk nieqsa u hemm bżonnha ħafna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Primarja 'B' ta' Birżebbuġa hemm vakanza ta' part-time clerk.
Din il-vakanza ser timtela' meta jidħlu l-ischool secretaries fi ftit ġimgħat oħra, għaliex ikun hemm part-time clerks li jkunu over-complement u għalhekk jiġu mpjegati fi skejjel oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28165?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kuntratt ta' l-apprendistat taħt l-iskema ta' ESTS ikopri biss il-perijodu tat-taħriġ. Fil-każ ta' dawk l-istudenti li bdew l-apprendistat tagħhom taħt din l-iskema fl-1 ta' Ottubru 1997, il-kuntratt jispiċċa fit-30 ta' Settembru 2001.
Dwar il-possibilita' ta' l-impjieg tagħhom mal-Gvern irrid ngħid li dan jiddependi mill-ħtiġijiet tad-diversi Dipartimenti. Fil-każ li jkun hemm vakanza f'Dipartiment, dan jagħmel it-talba neċessarja lill-Korporazzjoni għall-Impjieg u Taħriġ u din, minn naħa tagħha, tissottometti dawk il-persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol li jkollhom il-kwalifiki rikjesti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk studenti ta' l-ESTS ta' l-electrical fitters li huma biss madwar tlett studenti u li se jispiċċaw il-fażi ta' l-apprentistat tagħhom fit-30 ta' Settembru hux se jiġu ippjegati?
Billi dawn it-tlett studenti qed jagħmlu l-apprentistat tagħhom fil-MSD (Garage tal-Marsa) u billi hemm bżonnhom, x'inhi l-posizzjoni tal-Gvern fil-konfront ta' dan l-istudenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena bagħatx lil xi għaqda jew individwi biex jattendu għal-laqgħat internazzjonali fuq animal welfare u jitkellmu f'isem il-Gvern Malti? Jekk iva, liema laqgħat kienu, fejn saru, meta saru u minn kienu dawk li attendew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-Servizz Veterinarju ħa sehem f'konferenzi, seminars u taħriġ skond ma jidher fit-tabella. Fir-rigward tal-laqgħa tal-Eurogroup kien hemm rappreżentanza Maltija tal-NGOs wara stedina li saret direttament lil dawn l-NGOs Maltin mill-organizzaturi.
Jista' l-Ministru ġentilment jiċċara jekk il-liġijiet tagħna jagħtux eċċezzjoni lill-bdiewa li jkunu jridu jġorru l-balal tat-tiben jew silla mill-għelieqi tagħhom jistgħux jgħabbu fil-pick up trucks tagħhom la darba din il-tagħbija tkun marbuta tajjeb u mingħajt ebda riskju li jaqa?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom under separate cover ilha ma tirċievi l-pensjoni għal sena u xahar wara li din kienet ħallset is-somma ta' Lm 2601.56 cents bħala ħlas dovut minnha u allura suppost li kellha terġa tibda tirċievi l-pensjoni? Peress li din baqgħet ma irċiviet xejn minkejja li flus li għandha l-bank huma madwar Lm 3,000 allavolja marret is-social services diversi drabi w anki jiena stess għamilt rappreżentazzjonijiet f'isimha, u peress li din l-anzjana qed tbati finanzjarament, possibli l-każ tagħha jiġi investigat bir-reqqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-pożizzjoni tagħha u ser terġa tikkwalifika għall-pensjoni minn Awissu ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru konsultazzjonijiet regolari ma' l-MUMN li jirrappreżentaw l-maġġoranza assoluta ta' nurses u midwives dwar l-Isptar il-Ġdid?
Jaħsibx il-Ministru li d-diviżjoni tas-Saħħa u l-FMS għandhom jikkonsultaw b'mod regolari mal-MUMN għax anki din il-Union għandha kontribut siewi x'tagħti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fil-passat kien hemm konsultazzjonijiet ma` l-MUMN meta kien hemm il-bżonn. Huwa maħsub li laqgħat regolari jibdew fil-futur qrib.