Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30265 Sitting 662 2001-12-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Orticulture

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk studenti l-ESTS li temmew b'suċċess il-kors ta' orticulture hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati mal-Gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

Meta sar il-ftehim ma’ l-istudenti ta’ l-Extended Skills Training Scheme dawn ma ngħatawx garanzija li jiġu mpjegati mal-Gvern. Jekk 'il quddiem joħorġu applikazzjonijiet għal Farmers jew Gardeners minn barra s-Servizz Pubbliku, l-istudenti li jkunu temmew b’suċċess il-kors tagħhom ikunu f’pożizzjoni vantaġġjuża li jiksbu dawn l-impjiegi.
Leg 9 PQ #30266 Sitting 662 2001-12-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ikkumissjonat stampar l-Air Malta (printing) tul is-sena 2001 u fejn saret kull biċċa xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul din is-sena l-Air Malta ikkummissjonat wieħed u tmenin biċċa xogħol ta' stampar għall-valur globali ta' Lm97,600. Dan ix-xogħol sar minn tmintax-il ditta. Barra minn dan, kien hemm seba' biċċiet xogħol li saru minnn ħames ditti barranin. Tajjeb ngħid li ma naħsibx li jkun fl-interess kummerċjali ta' l-azjenda li jiġu ppubblikati aktar dettalji dwar din il-materja.

Żejtun — Triq is-Suq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30094, jista' l-Ministru jinnotta li parti żgħira minn Triq is-Suq (Żejtun) li tiġi kontuniera ma' Triq Serafin Xuereb għadha imħarbta u fil-fatt qatt ma ġiet asfaltata? Billi din l-parti li m'hiex asfaltata tikkonsisti biss fi ftit metri possibli li din issir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jidher li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-Triq Maria Stella Caruana u li x-xogħol f'din it-triq ser isir aktar il-quddiem in konnessjoni ma' xogħol ieħor ta` kostruzzjoni ta water culvert li jrid isir fi Triq Toni Zahra li tiġi wkoll kantuniera mat-Triq Maria Stella Caruana.
Leg 9 PQ #30171 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tbati minn kundizzjoni kronika ta' ulcerative colitis u li qiegħda fuq dieta partikolari (li tinkludi tip ta' ħalib partikolari) tingħatax xi għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa billi dawn il-prodotti tad-dieta huma ħafna għolja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda numru 30095 f'seduta 653.
Leg 9 PQ #30106 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ċaqliq kien hemm dan l-aħħar fil-prezzijiet ta' l-ajru ta' l-Air Malta? X'inhi r-raġuni li f'ċerti rotot l-prezzijiet ta' linji oħra ta' l-ajru huma irħas minn ta' l-Air Malta? Kif tista' tibqa kompetittiva l-Air Malta jekk f'ċerti rotot għandha prezzijiet ogħla?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess tal-kumpanija li tixxandar.
Leg 9 PQ #316 Sitting 653 2001-11-30 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-impieg mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tal-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament? Meta ġie impjegat u kif? Jekk dan mhux impjegat x'inhi r-raġuni li din il-persuna spiss tidher qed issuq il-karozza GVN398 ta' dan id-dipartiment anki għall-qadi personali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna indikata ma hijiex impjegata mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, iżda tattendi f`dan id-Dipartiment in konnessjoni ma` xogħol fuq it-telekomunikazzjoni meta jitqabbad mill-kumpanija li tforni dan il-materjal lid-Dipartiment. Ta`dan is-servizz isir ħlas lill-kumpanija u mhux lill-individwu. Ix-xogħol li għamel l-individwu huwa konness mal-mezzi ta` radios li jinsabu fil-vetturi tad-Dipartiment, u għalhekk jista` jkun li kien hemm drabi fejn dan kellu jsuq xi vettura.
Leg 9 PQ #30093 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru perezz ta' l-Enemalta ġentilment jgħid kemm ilha pendenti t-talba li jsir street lighting fi Triq is-Suq fiż-Żejtun? Meta hemm il-ħsieb li dan l-istreet lighting isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba biex ikun hemm dawl adekwat fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Naturalment, dwar data wieħed irid jikkunsidra l-fatt li l-Korporazzjoni Enemalta għandħa diversi talbiet simili pendenti.

Żejtun — Triq is-Suq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq is-Suq, Żejtun li hi kważi kollha abitata u għadha ma saritx? Hi inkluża fil-lista tat-toroq li se jsiru din is-sena jew is-sena d-dieħla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq is-Suq hija diġa asfaltata u għalhekk xogħol ta' manutenzjoni isir mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #30095 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tbati minn kundizzjoni kronika ta' ulcerative colitis u li qiedgħa fuq dieta partikolari (li tinkludi tip ta' ħalib partikolari) tingħatax xi għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa billi dawn il-prodotti tad-dieta huma ħafna għolja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #30103 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li d-divizjoni ta' Edukazzjoni tinvestiga ilment li wasalli minn diversi ġenituri li t-tfal żgħar li jmorru minn Ħal Kirkop fl-iskola San Franġisk t'Assisi qed jitħallew fil-main road ta' Ħal Kirkop minflok jitniżżlu ħdejn il-knisja kif kien il-ftehim u l-istruzzjonijiet tal-Kap ta' l-Iskola? Possibli jittieħdu passi biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? Possibli l-Ministru jinnota li s-surmast ta' l-iskola ta' struzzjonijiet bil-miktub biex it-trasport jgħaddi minn ħdejn il-Knisja u minkejja dan min jopera dan il-vjaġġ xorta baqa jagħmel li jrid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola wasslet ir-rapport fuq it-trasport tat-tfal mill-iskola ta' San Franġisk t'Assisi lura lejn Ħal-Kirkop lill-uffiċjal inkarigat mit-trasport. Dan ħa ħsieb li jiżgura li d-diffikulta` tiġi riżolta.
Leg 9 PQ #30104 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Għalkemm is-servizz ta' l-Air Malta hu wieħed tajjeb ħafna, jiriżżultalu l-management ta' l-Air Malta li hemm bżonn ta' spinta akbar fejn tidħol l-indafa ta' l-ajruplani? Jirriżulta li f'ċerti titjiriet l-indafa ta' l-ajruplan ma tkunx dik mistennija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30105 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il passiġġier tar bl-Air Malta tul is-snin 2000 u 2001 kull sena? Kemm il-passiġier tar bl-Air Malta fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru ta' l-1999, 2000 u 2001? Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kull xahar imsemmi kull sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Diċembru 2000 in-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta minn u lejn Malta kien ta' 1,656,769. Għall-istess perjodu, pero' Novembru u Diċembru fuq stima, għal din is-sena, in-numru huwa ta' 1,690,332. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kif ġej: XAHAR 1999 2000 2001 Settembru 202,508 179,718 194,631 Ottubru 180,207 152,422 148,722 Novembru 112,577 97,042 94,000 (stima)
Leg 9 PQ #29932 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ De La Salle

Question

Jista' l-Ministru jgħid wara li l-brothers tal-kulleġġ De La Salle kif wkoll il-ġenituri tat-tfal li jattendu dan il-kulleġġ ilmentaw mill-periklu għat-tfal li qed ikun hemm kull nhar ta' Tlieta filgħodu minħabba l-monti li qed jostakola d-daħla prinċipali tal-Kulleġġ u wara li l-Ministeru tiegħek wiegħed li se jidħol f'din il-kwistjoni, jista' jgħid x'sar u xi żviluppi kien hemm biex din il-kwistjoni tiġi solvuta? Billi kull nhar ta' Tlieta filgħodu qed ikun hemm periklu serji għat-tfal speċjalment dawk żgħar, jista' jinterveni qabel ma jkun hemm xi inċident? Billi din il-kwistjoni twalet aktar minn biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-kwistjoni tiġi solvuta fl-aqsar żmien possibbli?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar ta' Tlieta ma għadhomx jidħlu coaches fil-bitħa ta' l-iskola li bl-immanuvrar tagħhom setgħu kienu ta' periklu. Il-coaches issa qed iniżżlu t-tfal barra d-dħul ta' wara u t-tfal jimxu fl-iskola għall-klassi rispettiva tagħhom. Din is-sitwazzjoni hija simili ħafna għal dik ta' l-iskejjel l-oħra f'Malta u Għawdex. Rigward il-kwestjoni tas-Suq, minkejja rappreżentazzjonijiet, informat li s-Segretarjat għas-Self Employed fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi s'issa ma setgħax isib alternattiva għas-Suq li ilu jarma f'din il-parti għal dawn l-aħħar snin. Filwaqt li nissimpatizza ma' dawk li qed isibu dan l-inkonvenjent darba fil-Ġimgħa (kull nhar ta' Tlieta filgħodu), jidher li hemm diffikolta` rejali minħabba li s-Suq qed jintrama skond il-liġi bil-permessi meħtieġa.
Leg 9 PQ #29741 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-Enemalta timpjega electrical fitter & installer u winderer (ċertifikati licensee A & B)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha Electrical u Mechanical Fitters fost l-impjegati tagħha, iżda l-gradi ta' Electrical Fitter and Installer u Winderer ma humiex inklużi fl-istaff complement tagħha. F'każ li jkun hemm bżonn ħaddiema fil-gradi msemmija, il-Korporazzjoni l-ewwel toħroġ sejħa interna għall-applikazzjonijiet. Jekk il-postijiet jibqgħu vakanti, issir talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal kandidati li jkunu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol jew biex issir sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet permezz tal-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #29792 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Change of Use

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni tal-permess li qed nibgħat under separate cover li ilha pendenti għall-kważi sena u li titratta sempliċi change of use?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qegħda fl-istadju ta` appell quddiem il-Bord ta` Appelli dwar l-Ippjanar li kien ġie sottomess fis-7 ta` Marzu 2001, wara li din l-applikazzjoni kienet ġiet rifjutata fid-29 ta` Jannar 2001. Infurmat ukoll illi hu mistenni illi dan l-appell jinstema` fit-30 ta` Jannar 2002.
Leg 9 PQ #29796 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Clashes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwiex se joffri xi soluzzjoni lil dawk l-istudenti li se joqogħdu għall-eżamiijiet tal-MATSEC u l-London Board fil-livell ordinarja fis-sessjoni ta' Mejju 2002, li se jkollhom clashes f'xi suġġetti? Jaħsibx li l-istudenti għandhom jingħataw iċ-ċans li joqogħdu għall-eżamijiet taż-żewġ bordijiet biex ikollhom żewġ ċansijiet li jakkwistaw iċ-ċertifikati mixtieqa wara li jkunu lestew is-sekondarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kif kien deċiż fis-snin l-imgħoddija, la d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u lanqas il-Bord tal-MATSEC ma jistgħu jagħmlu arranġamenti speċjali għall-clashes bejn eżamijiet tal-Bord tal-MATSEC u eżamijiet ta' Bordijiet oħra barranin. Informat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet hu marbut li jimxi mat-time tables li joħorġu l-Matsec Examination Board u l-Edexcel International ta' londra rispettivament. Fl-applikazzjonijiet tal-MATSEC il-kandidati huma avżati li "candidates should note that clashes with local and oversees examining boards will not be considered". Min-naħa l-oħra l-Edexcel International jeżiġu li ma jkunx hemm ċaqliq fit-time-table tagħhom aktar u aktar minħabba sigurta`. Il-kandidati huma liberi li japplikaw għal liema eżamijiet iridu u għalkemm iridu.
Leg 9 PQ #29797 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Appointment ta' Security Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn xi persuni li għaddew w ingħataw l-appointment ta' security officer fid-divizjoni tas-saħħa għadhom qed jagħmlu xogħol ta' fattigi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda persuna fil-grad ta` Security Officer fid-Dipartiment tas-Saħħa li qed tagħmel xogħol ta` fattiga. Il-persuni li ġew maħtura Security Guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa ser jintbagħtu jaħdmu xogħol relatat mal-grad il-ġdid tagħhom mill-aktar fis possibli.
Leg 9 PQ #29798 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tisqija ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm il-ħsieb li s-sistema ta' l-ilma tat-tisqija ta' Sant Antnin issir close channel biex jitnaqqas l-abbuż ta' serq ta' ilma u l-ilma jasal għand kulħadd? Kemm hi stmata li hu l-ispiża biex isir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa m'hemmx il-ħsieb li s-sistema ta' l-ilma tat-tisqija ta' Sant' Antnin issir close channel.
Leg 9 PQ #29800 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Supply Teacher

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk supply teacher li tgħallem il-physics hemmx ċans jew possibilita li tiġi impjegata fuq bażi full time jekk u meta jkun hemm il-vakanza?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva. Biex Supply Teachers isiru regolari jrid ikollhom Baċċelerat fl-Edukazzjoni jew 1st Degree u P.G.C.E., jew M.A jew Dottorat, u japplikaw u joqgħodu għall-interview wara sejħa mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku biex jimtlew il-vakanzi li jkun hemm.