Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30965 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unjoni Ewropea — Programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti u skejjel li pparteċipaw fi programm edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea u f'liema programmi pparteċipaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport tal-European Union Programmes Unit dwar il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programmi edukattivi ta' l-UE.
Leg 9 PQ #30875 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Board Members

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jagħti l-lista tal-Board Members tal-Gozo Channel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Gozo Channel huwa ffurmat mis-Sur John E. Sullivan bħala Chairman u s-Sinjuri John Busuttil, Michael Gonzi, Mario Grech, George Mifsud, Charles Spiteri, is-Sinjorina Rita Cutajar u l-Avukat Malcolm Mifsud bħala Membri. Is-Sur Brian Borg huwa s-Segretarju tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #30899 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Nursing & Midwifey Board

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li fil-futur jibda jaħtar nurse jew midwife bħala chairperson tan-Nursing & Midwifey Board

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-talba li qiegħed jagħmel l-Onor. Ministru ġiet innotata.

Wied il-Għajn — Triq l-Imriekeb

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30694 dwar Triq l-Imriekeb, Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hiex se ssir tul din is-sena? Billi hemm domanda kbira mir-residenti ta' din t-triq meta hu maħsub bejn wieħed u ieħor li toħroġ it-tender għal din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x`inżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30694.
Leg 9 PQ #30946 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — E Government

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-Kunsill Lokali kollha se jipparteċipaw biex jagħtu s-servizzi permezz ta' l-e government? Jekk le, liema kunsilli mhux se jipparteċipaw u għaliex? X'inhu l-pjan tal-Gvern biex il-pubbliku jinqeda aħjar u aktar malajr permezz tal-Kunsill Lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #30948 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Responsabilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-responsabilitajiet ġodda li ngħataw il-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 'l hawn? Jista' jgħid wkoll x'responsabilitajiet ġodda ngħataw bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 fi żmien il-Gvern Laburista?

Response (GATT, AUSTIN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #30613 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Berġa taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilment li wasal għandi minn nies li jużaw il-berġa taż-Żejtun li dawn qed ikollhom jistennew barra ġol-bitħa għax-xita u l-bard? Possibli d-Diviżjoni tas-Saħħa tinvestiga dan l-ilment u tapprova tirrimedja is-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Berġa taż-Żejtun bħal issa tinstab fi stat avvanzat ta` rinovazzjoni. Minħabba f'hekk in-nies qed ikollhom jużaw il-kurutur ġewwa l-Għassa tal-Puluzija bħala waiting area. Nies li joħorġu jistennew barra fil-bitħa ta` l-Għassa jagħmlu hekk volontarjament.
Leg 9 PQ #30614 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30103, jista' l-Ministru jerġa jintervjeni fil-każ għax minkejja dak li qal l-Onor. Ministru fit-tweġiba tiegħu is-sitwazzjoni għadha l-istess u l-van għadu jwaqqaf it-tfal fil-main road, jiġifieri fi Triq San Pietru, Kirkop u mhux ħdejn il-Knisja kif inhu suppost u miftiehem? Jista' jara li jittieħdu passi biex dan l-abbuż jieqaf jew jittieħdu passi kontra dan ix-xuffier?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xufier filgħodu kien jgħaddi minn ħdejn il-Knisja, u hekk baqa' jagħmel. Wara nofs in-nhar, billi l-iskola sekondarja ta' San Franġisk tispiċċa fis-2.00pm, ix-xufier sab diffikulta` jgħaddi minn fejn il-Knisja għaliex fil-viċinanza hemm l-iskola primarja ta' Ħal-Kirkop. Din l-iskola tispiċċa fis-2.30pm u t-triq tkun magħluqa għat-traffiku waqt il-ħruġ tat-tfal. B'danakollu tlabt l-Uffiċċjal inkarigat mit-trasport fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex jekk jista' jkun ix-xufier jibqa' dieħel bl-istudenti sal-Knisja imbagħad jikser għal Triq San Pietru minn fejn jibqa' sejjer iż-Żurrieq.

Housing — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed nagħti under separte cover tħalliet fil-post indikat minkejja li ilha ma tħallas kera kważi ħames snin u minkejja li s-sid mar diversi drabi jiġbed l-attenzjoni tal-housing dwar dan? Issa li l-post m'għadux rekwiżiżżjonat x'inhi l-pożizzjoni tas-sid li ilu ma jirċievi kera għal dawn l-aħħar 5 snin? La darba l-inkwilin kisser il-kundizzjonijiet tal-kirja u billi l-housing ilhom aktar minn tlett snin jafu f'dan, x'passi qed jieħu jew se jieħu l-Housing Dept.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi r-rekwiżizzjoni tneħħiet biex is-sid tkun tista tipproċedi hi b'att gudizzjarju għal ġbir tal-kera, peress li l-inkwilina kienet rikonoxxuta u sal-1999 ħallset il-kera lis-sid.
Leg 9 PQ #30685 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Technical Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-vacancies għal Technical Officers imtlewx? Kemm applikaw u kemm kien hemm vakanzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti għal Technical Officers huwa 85. Bħalissa qiegħed għaddej ix-xogħol biex jimtlew 55 post. Għal applikazzjonijiet li ħarġu s'issa applikaw 53 impjegat, li minnhom ġew approvati tnejn

Wied il-Għajn — Triq l-Imriekeb

Question

Jista' l-Ministru permezz tar-Roads Dept jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir Triq l-Imriekeb, Wied il-Għajn billi din għadha imħarbta minkejja li llum inbniet kollha w hemm għadd ta' familji joqgħodu fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa hemm diversi tenders li ħarġu biex isir asfalt ta' toroq f'Wied il-Għajn u li qegħdin għall-aġġudikazzjoni. It-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant ser tkun inkluża ma' toroq oħra li ser joħorġu tenders għalihom aktar 'il quddiem.
Leg 9 PQ #30348 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja ta' Wied il-Għajn — Teacher

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara li tintbagħat għalliema fil-year 6, Primary fl-iskola ta' Wied il-Għajn għaliex it-teacher proprja ta' din il-klassi sfortunatament tinsab l-isptar fejn hi mistennija li tieħu sick leave fit-tul?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li passi diġa' ttieħdu biex għalliema tieħu post ta' dik l-għalliema li temporanjament tinsab nieqsa fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn.

Żejtun — Triq is-Suq

Question

B'referenza għall-PQ 30269 possibli d-Dipartiment tat-Toroq ġentilment jinnota li Triq is-Suq Żejtun m'għandha x'taqsam xejn ma' Triq Toni Zahra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti ta' Triq is-Suq li qed issir referenza għaliha f'PQ Nru. 30296, hi dik il-parti li ma hiex asfaltata u li tiġi fil-kantuniera bejn Triq is-Suq u Maria Stella Caruana. Hemm xogħol x'isir fi Triq Maria Stella Caruana u parti ta' Triq T. Zahra, bejn Triq Maria Stella Caruana u Triq Santa Katerina, li jikkonsisti f'bini ta' culverts sabiex tingħeleb il-problema ta' l-għargħar mill-ilma tax-xita. Għalhekk ix-xogħol f'din il-kantuniera isir mal-bqija tax-xogħol fit-toroq imsemmija f'din il-lokalita'.

Kundizzjoni Kronika ta' Ulcerative Colitis

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tbati minn kundizzjoni kronika ta' ulcerative colitis u li qiegħda fuq dieta partikolari (li tinkludi tip ta' ħalib partikolari) tingħatax xi għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa billi dawn il-prodotti tad-dieta huma ħafna għolja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kundizzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant hi koperta sew fl-Ewwel kif ukoll fit-Tieni Parti tal-Ħames Skeda annessa ma' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Għaldaqstant persuna li ssofri minn dik il-kundizzjoni hi ntitolata għal assistenza finanzjarja jekk tissodisfa t-test tal-meżżi, u għal għajnuna medika (mediċini b'xejn) mingħajr il-ħtieġa li tissodisfa xi test tal-meżżi. Dwar għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #30306 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Divizjoni tal-Konsumaturi u tal-Kompetizzjoni

Question

B'referenza għall-ilment li sar lid-Divizjoni tal-Konsumaturi u tal-Kompetizzjoni fis-27 ta' Awissu 2001 mill-persuna li d-dettalji tagħha qed nhemeż under separate cover possibli l-Ministru jinfurmani għaliex dan il-klijent s'issa għadu bla risposta u ġie informat biss f'ittra tal-21 ta' Novembru 2001 li l-każ qiegħed jiġi investigat? Possibli l-Ministru jinfurmani x'passi ħadet s'issa d-divizjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni? Billi dan il-każ ilu pendenti minn Awissu u billi s'issa għaddew aktar minn tliet xhur, meta hu maħsub li jiġi konkluż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ilmet li qed issir riferenza għalih ġie investigat kemm mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni kif ukoll mill-entita' li taħtha taqa' ir-regolarizzazzjoni tas-settur li dwaru kien hemm l-ilment. Fil-fatt id-Divizjoni ordnat lill-propretarju ta' l-istabbilment biex jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiġu evitati problemi simili fil-futur. Id-Diviżjoni ippruvat ukoll tasal għal soluzzjoni bonarja bejn iż-żewġ partijiet.
Leg 9 PQ #30308 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kirkop – Triq San Remiġ – Provista ta' Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li l-Enemalta tiċċekkja l-provista ta' l-Elettriku fi Triq San Remiġ, Kirkop għax id-dawl qed jitbaxxa u qed jiġu irrapurtati ħsarat fl-electrical appliances? Billi diversi familji f'din it-triq battew ħsarat possibli l-Enemalta ġentilment tirrimedja s-sitwazzjoni fl-aqsar żmien possibli?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #30310 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

De La Salle

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 29932, possibli li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tinnotta li biex it-tfal jimxu sa l-iskola meta tkun ix-xita jsiru għasra jridu joqgħodu imxarrba il-jum kolluĠ Peress li skejjel oħra ġustament għandhom it-triq fejn hemm l-entratura ta' iskola one way jew no entry mentri fil-każ ta' De La Salle nhar it-tlieta filgħodu t-triq minn fejn jidħlu dawn it-tfal mux biss two way iżda jkun hemm fiha kongestjoni ta' traffiku minħabba l-coaches ta' l-iskola, tfal deħlin l-iskoa u traffiku ieħor li ma jistax jgħaddi mit-triq l-oħra minħabba is-suq?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa qed nikkonsidraw proposta li ser tiġi diskussa ma' l-awtoritajiet ta' De La Salle biex inkomplu ntaffu s-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #30313 Sitting 664 2001-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

De La Salle

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk d-divizjoni ta' l-edukazzjoni tikkunsidrax li l-fatt li l-entratura ewlenija tal-Kulleġġ De La Salle tkun imblukkata kull nhar ta' Tlieta filgħodu u allura mhux aċċessibli, qed joħloq periklu lill-istudenti u għalliema f'każ ta' emerġenza u li dan qed isir bi ksur tal-liġi li tirregola l-iskejjel? Peress li filwaqt li l-bejjiegħa tal-monti għandhom id-drittijiet tagħhom, anki l-istudenti, l-għalliema u l-brothers ta' dan il-kulleġġ għandhom dritt li jkollhom aċċess liberu għall-entratura prinċipali tal-kulleġġ tagħhom, tista' d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni terġa' tippreżenta l-każ tal-Kulleġġ De La Salle quddiem l-awtoritajiet kompetenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30310.