Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31458 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Murtali tal-Festa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' tfal li jweġġgħu b'murtali tal-festa? Jekk iva, kemm weġġgħu tfal fl-1998, 1999, 2000 u 2001? Jekk teżisti statistika, jista' jgħid x'etajiet kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli, il-persuni taħt it-18-il sena, li sofrew xi tip ta` feriti minn kwalunkwe tip ta` logħob tan-nar kienu kif ġej:- Sena Numru Etajiet 1998 2 14, 15 1999 1 11 2000 4 13(2), 11(2) 2001 4 9, 10, 13, 14
Leg 9 PQ #31459 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti mill-Kottonera fl-Universita' ta' Malta fl-1987, u kemm hemm din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhuwiex possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba għas-sena 1987 peress li f'dak iż-żmien l-informazzjoni ma kinetx kompjuterizzata. L-ewwel sena li jeżisti rekord kompjuterizzat hi s-sena 1991 u f'dik is-sena jirriżulta li kien hemm ħdax-il student minn Bormla, ħdax mill-Birgu u tmienja mill-Isla. Din is-sena, hemm erbgħin minn Bormla, ħamsa u tletin mill-Birgu u tlieta u għoxrin mill-Isla. Nirreferi wkoll għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25011 imwieġba fl-1991 li minnha jirriżulat li bejn l-1980 u l-1990 iggradwaw b'kollox 33 minn Bormla, 8 mill-Birgu u 10 mill-Isla.
Leg 9 PQ #31229 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Nurses

Question

B'referenza għall-PQ 31052 possibli d-Diviżjoni tas-Saħħa tinnota li assolutament m'huwiex xogħol in-nurses li jagħmluha ta' barbiera? Meta wieħed iqis il-flus involuti biex jiġu ttrenjati nurses fl-Universita' id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tqisx li huwa ħela ta' riżorsi li xogħol il-barbiera jibqa' jsir min-nurses? Kemm ilu vakanti il-post ta' barbier fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Filwaqt li nifhem il-pre-okkupazzjoni tal-Onor. Interpellant, nixtieq naċċertak li d-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda tagħmel dak li tista biex is-sitwazzjoni tiġi rranġata. Il-post ta' Barbier fl-Isptar San Luqa ilu vakant mill-11 t'April 2001 meta l-impjegat li kien qiegħed jagħmel dan ix-xogħol irtira mis-Servizz.

Wied il-Għajn — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq u f'liema prijorita intalbu mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn? Meta ġiet sottomessa din il-lista lill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li bħalissa għaddej xogħol fil-lokalita' ta' Marsaskala r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30946 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — E Government

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-Kunsill Lokali kollha se jipparteċipaw biex jagħtu s-servizzi permezz ta' l-e government? Jekk le, liema kunsilli mhux se jipparteċipaw u għaliex? X'inhu l-pjan tal-Gvern biex il-pubbliku jinqeda aħjar u aktar malajr permezz tal-Kunsill Lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-prezent il-Gvern qed jiddiskuti u jiffinalizza ftehim dwar il-prinċipji għal servizz ta` Gvern Elettroniku permezz tal-Kunsilli Lokali ma` l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-ħsieb hu li wara li jkun intlaħaq dan il-ftehim dwar il-prinċipji, il-Gvern joffri lil kull Kunsill Lokali ftehim individwali dwar id-dettalji ta` kif ser jitħaddmu u jingħataw dawn is-servizzi. Il-Gvern jippreferi għalhekk jistenna sakemm il-Kunsilli Lokali jiddeċidu li jidħlu għal dan il-ftehim biex jevalwa kemm Kunsilli Lokali ser fil-fatt jieħdu sehem fdan il-proġett. Irrid ngħid li s`issa kellna rispons tajjeb ħafna mill-parti l-kbira tal-Kunsilli li esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta` ftehim. Il-Gvern qed jidbel mill-qiegh il-mod kif inhu organizzat, biex s-servizzi li jipprovdi lill-pubbliku jkunu maħsuba biex jaqdu lill-pubbliku m`hux lid-Dipartimenti li jipprovduhom. Għal aktar ħeffa u effiċjenza il-Gvern ser jisfrutta l-mezzi elettroniċi li jippermettu `l dak li jkun jinqeda, jikseb informazzjoni jew iħallas kontijiet mill-kumdita` ta` daru. B`hekk naqtgħu l-iskariġġ u l-ġiri minn Dipartiment għall-ieħor li kienet l-istorja ta` ħajjet kull min ried xi ħaġa minn xi parti tal-Gvern. Għal dawk li ma jafux kif, jew m`għandhomx biex jinqdew b`mezzi elettroniċi fi djarhom, il-Kunsilli Lokali ser ikunu tieqa f`kull belt u raħal f`Malta għas-servizzi tal-Gvern mogħtija b`mezzi elettroniċi. B`hekk nassiguraw li kulħadd, anke min m`għandux jew ma jafx juza l-kompjuter, igawdi mit-titjib li qed naħdmu għalih fil-mod kif il-Gvern jaqdi lill-pubbliku.
Leg 9 PQ #30948 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Responsabilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-responsabilitajiet ġodda li ngħataw il-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 'l hawn? Jista' jgħid wkoll x'responsabilitajiet ġodda ngħataw bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 fi żmien il-Gvern Laburista?

Response (GATT, AUSTIN)

Responsabbilitijiet ġodda li ġew delegati lill-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 `l hawn jinkludu: Ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma fir-rigward tal-final road re-instatement wara tiswijiet. Ftehim mad-Dipartiment tal-Libreriji biex il-Kunsilli Lokali jmexxu huma l-ftuh tal-librerija fil-lokal tagħhom. Id-Devoluzzjoni Lokali ta` proprjeta` pubblika li tista` tintuza aħjar. Skema mal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ (FTC) ta` xoagħol fil-komunita` għal dawk li jirregistraw għax-xogħol. Infurzar ta` ċertu liġijiet bl-introduzzjoni tal-Gwardjani u Tribunali Lokali. Ġbir tal-kera fil-lokalita` (dawk Maltin) għall-projrieta` tal-Gvern. Devoluzzjoni ta` Faċilitajiet Sportivi lill-Kunsilli Lokali. Introduzzjoni ta` sistema komputerizzata dwar l-ilmenti (Customer Care) li tinkorpora ukoll r-reġistrazzjoni tal-posta. Manutenzjoni tal-Bus Shelters u oħrajn ġodda. Ftehim mal-Korporazzjoni Enemalta dwar il-bdil ta` bożoż maħruqa u manutenzjoni ta` l-arbli. (Ghad irid jitħaddem wara l-għotja tal-kuntratti). Skema pilota f`Għawdex għal aktar parkeġġ għar-residenti u l-kommunita` kummerċjali u persuni b`disabilita`. Ġbir tal-liċenzji tal-Pulizija li issa se joħorġu mill-Awtoritajiet. Ħruġ tal-permessi għal attivitajiet lokali u temporanji li jkunu suġġetta u għal xi permess (Qed jitħejew regolamenti). Bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 ma kienx il-każ li jiżdiedu aktar kompetenzi peress li tnaqqsu l-finanzi tal-Kunsilli Lokali. F`dak il-perjodu Saret skema biex jiġu assenjati ħaddiema manwali tal-Gvern. Skema oħra biex il-manutenzjoni f`xi skejjel statali issir b`kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #31052 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz ta' Barbier

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħti s-servizz ta' barbier fl-Isptar San Luqa? Billi dan il-post ilu vakanti x'passi qed jittieħdu biex dan il-post jimtela? F'każ li jibqa' ma' japplika ħadd għal dan il-post, tikkonsidrax id-Diviżjoni tas-Saħħa li tuża s-servizzi tal-privat sakemm jimtela dan il-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-barbier li kien jaħdem fl-Isptar San Luqa rtira mis-servizz. Bħalissa, dan ix-xogħol qiegħed isir minn Nursing Aides u kultant anke minn infermiera. Saru sejħiet permezz ta` ċirkularijiet indirizzati lill-Health Assistants biex min ried jiġi delegat lilu xogħol ta` barbier. Ninsab infurmat li ħadd ma applika għal dan il-post. Saret talba wkoll biex jiġi impjegat barbier part-time, pero` sa issa din it-talba għadha ma ntlaqgħetx.

Wied il-Għajn — Triq il-Batterija

Question

B'referenza għall-diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi li għamilt fil-passat dwar Triq il-Batterija, Żonqor, Wied il-Għajn possibbli r-roads dept ġentilment jgħid meta hu maħsub li ssir din it-triq? Meta ħarġu t-tenders u meta sar jew se jsir il-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tenders? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti li għalqet fl-20 ta' Diċembru 2001, u issa l-proċess ta l-aġġudikazzjoni prattikament tlesta'. Ix-xogħol għalhekk hu mistenni li jibda iktar 'il quddiem.

Housing

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi nru. 30684, possibli l-Ministru jinnotta li l-inkwilina kienet ilha ma tħallas kera mill-1998 u mhux mill-1999 minkejja li l-inkwilina tpoġġiet f'dan il-post mill-amministrazzjoni preċedenti u minkejja li l-housing kien jaf li l-inkwilina ma kienetx qed tħallas il-kera' baqa' m'għamel xejn biex jipproteġi lis-sid li hi mara anzjana? Għaliex l-Housing baqa' m'għamel xejn minkejja li kienu jsaqsu b'mod regolari lis-sid jekk l-inkwilina kienetx qed tħallas il-kera? Billi s-sid ta' dan il-post qed tħoss li ma' kienetx protetta mill- Housing li kien responsabbli biex ipoġġi l-inkwilina f'dan il-post, x'jista' jagħmel il- housing biex is-sid ma tibqax f'dan l-iżvantaġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat illi s-sid tal-post kienet irrikonoxxiet lill-inkwilina. Għaldaqstant, skond il-liġi, hija s-sid stess li għandha d-dritt tfittex lill-inkwilina għall-kera li ma tħallsitx. Naturalment, l-inkwilina tiffaċċja l-konsegwenzi tal-liġi jekk tibqa' ma tħallasix.
Leg 9 PQ #31141 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Possibli l-Enemalta tieħu passi biex tirrimedja qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku li qed jiġi ta' spiss kull meta tagħmel raxxa xita fl-indirizz li qed nhemeż under separate cover? Billi bosta residenzi f'dawn l-inħawi ta' spiss qed jispiċċaw bla elettriku, tista' l-Enemalta tara x'inhi l-problema u tipprova tirrimedja s-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ilment imsemmi ġie nvestigat u jirriżulta li matul dan ix-xahar kien hemm qtugħ tal-provvista f'żewġ okkażjonijiet. Diġa' sar xogħol ta' balancing biex tittaffa l-problema. Hemm ippjanat xogħol ieħor ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx biex tkompli tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku.
Leg 9 PQ #30966 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unjoni Ewropea — Programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għaqdiet li pparteċipaw fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 18-il għaqda li pparteċipaw fil-Programm YOUTH ta' l-Unjoni Ewropeja. * The Groundlings * Youth Travel Circle * San Ġwann Youth Centre * Qrendi Youth Group * Mġarr Youth Group * Żabbar Local Council * Mellieħa Local Council * The Helping Hands Group * Groups for Human Encounter * San Lawrenz Local Council * ELSA Malta * Salesian Pastoral Youth Service * Moviment Graffiti * Malta Art and Craft Teenagers * Third World Group * Żurrieq Scout Group * ŻAK - Tarxien * Malta Association of Youth Workers

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-inizjattivi li ħadet l-ETC mill-1999 'l hawn biex tħarreġ aktar ħaddiema u tressaq aktar nies lejn is-suq tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'Referenza għall Mistoqsija Parlmentari Numru 30967 Bejn 1999 u illum il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) organiżżat bosta programmi ta' taħriġ bil-għan li tressaq aktar nies lejn is-suq tax-xogħol. Uħud minn dawn il-programmi jinkludu: Skemi ta' Apprendistat Taħriġ prattiku u teoretiku għal dawk li lestew (ESTS u TAS) l-edukazzjoni sekondarja u jixtiequ jibdew karriera fil-livell ta' Tekniku jew Tradesman. Traineeship Schemes Taħriġ speċjaliżżat f'diversi oqsma marbut ma' mpjieg. It-taħriġ jingħata kemm fuq il-post tax-xogħol kif wkoll fi stabiliment ta' taħrig. Entrepreneurship Schemes Għajnuna finanzjarja, taħriġ u mentoring għall-persuni li jixtiequ jibdew negozju. Basic Employment Passport Taħriġ għal persuni li lestew l-edukazzjoni Scheme sekondarja li jixtiequ jibdew jaħdmu. Night Institute for further Taħriġ avvanzat għal persuni li qiegħdin Technical Education jaħdmu f'oqsma tekniċi u jixtiequ jtejbu il-ħiliet tagħhom. Literacy for employment Scheme Taħriġ fil-qari u kitba kemm għaż-żagħżagħ kif wkoll għall-adulti. Taħri- avvanzat fuq il-kompjuters Programmi varji ta' livell avvanzat fl-informatika li jinkludu programming fost affarijiet oħra. IT for you campaign Programm ta' ġurnata li jinkludi taħriġ bażiku fuq l-użu tal-kompjuters. Barra dawn il-programmi u skemi msemmija hawn fuq, il-korporazzjoni organiżżat numru kbir ta' programmi ta' taħriġ f'oqsma relatati ma' xogħol ta' l-uffiċċju kif ukoll fi snajja varji. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-programmi kollha li tipprovdi l-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #30968 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Posta — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet sar programm ta' refurbishment jew ftuħ ta' fergħat tal-posta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li sar refurbishment fil-fergħa tal-posta taż-Żurrieq, tal-Mosta, ta' Ħal Balzan, ta' Ħal Qormi, tal-Ħamrun, ta' Birkirkara u ta' Ħaż-Żabbar u nfetħet fergħa ġdida fil-Mellieħa.
Leg 9 PQ #30970 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għases

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema għases sar programm ta' refurbishment minn Settembru 1998 'l hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Għases tal-Pulizija li sarilhom xogħol ta` manutenzjoni minn 1998 l`hawn huma f`dawn il-lokalitajiet: Żebbuġ, Qormi, San Ġiljan, Rabat, Balzan, Għargħur, Mosta, Qawra, Ċirkewwa, Mellieħa, B`Bugia, Safi, Żurrieq, Attard, Fgura, Kirkop, Luqa, Gudja, Paola u Żejtun.
Leg 9 PQ #30971 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' manutenzjoni fl-iskejjel sar minn Settembru 1998 'l hawn? F'liema skejjel saret manutenzjoni u x'manutenzjoni saret?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel statali mill-aħħar ta' l-1998 sa l-aħħar tas-sena 2001 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Playing Fields — Investimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu playing fields mill-1998 'l hawn? Liema kienu u kemm kien l-investiment f'kull kas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar żviluppa għoxrin proġett ta' ġonna/landscaping mill-1999 sallum. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista tagħhom flimkien ma' indikazzjoni ta' kemm intefqu flus fuq kull proġett. Minnhom ġew inawgurati dawn li ġejjin: Attard (Tal-Fuklar) Fgura (Patri Redent Gauci) Floriana (Binja Vilhena) Għaxaq (Ħal-Dmikki) Kirkop HE (Phase I) Pieta' HE Sta Venera (Tal-Palazz l-Aħmar) Senglea (Triq il-Ħabs l-Antik) Xgħajra Zabbar (San Pietru)
Leg 9 PQ #30957 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji, sena b'sena, għall-ftuħ ta' negozji ġodda mill-1996 sas-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1996 1997 1998 1999 2000 2001 542 418 388 441 473 635
Leg 9 PQ #30960 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kunsilli Lokali — Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li ma aċċettawx materjal informattiv dwar l-Unjoni Ewropea li jitqassam mill-MIC?

Response (BORG, JOE)

Kunsilli Lokali li aċċettaw materjal informattiv mingħand iċ-Ċentru Informazzjoni Malta - Unjoni Ewropea: Attard, B'Kara, Balzan, Birgu, Floriana, Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għargħur, Għasri, Gżira Ħamrun, Isla, Iklin, Kirkop, Luqa, Lija, Marsascala, Mdina, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Mtarfa, Munxar, Nadur, Naxxar, Paola, Pembroke, Pieta, Qala, Rabat, Rabat (Għawdex), Safi, San Ġiljan, San Ġwann, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Sannat, Santa Luċija, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, Swieqi, Valletta, Xagħra, Xewkija, Żabbar, Żebbuġ (Għawdex). Kunsilli Lokali li rrifjutaw materjal informattiv mingħand iċ-Ċentru Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea: Gudja* Ta' Xbiex* Bormla Żejtun Dingli *Għal perjodu ta' żmien dan il-Kunsill aċetta l-informazzjoni tal-MIC. Kunsilli li ma tawx risposta dwar il-materjal informattiv: Birżebbuga, Fgura, Għaxaq, Kalkara, Kerċem, Marsa, Marsaxlokk, Qormi, Qrendi, Tarxien, Xagħjra, Żebbuġ (Malta), Żurrieq.
Leg 9 PQ #30963 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kunsilli Lokali — Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li ma aċċettawx li jorganizzaw laqgħa ta' informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal- MIC?

Response (BORG, JOE)

Fid-29 ta' Awissu 2001 l-MIC bagħat ittra lill-Kunsilli Lokali kollha biex dawn jorganiżżaw flimkien ma' l-MIC laqgħa ta' informazzjoni għar-residenti tal-post. Il-Kunsilli li rrifjutaw huma dawn: Xgħajra Żabbar Santa Luċija Il-Kunsilli li għad ma wieġbux huma dawn: Balzan Kirkop Qrendi Bormla Lija Rabat Dingli Marsa San Ġiljan Fgura Marsascala San Pawl il-Baħar Għajnsielem Marsaxlokk Sannat Għargħur Mġarr Siġġiewi Għasri Mosta Ta' Xbiex Għaxaq Mtarfa Tarxien Gudja Nadur Valletta Gżira Paola Xewkija Ħamrun Pembroke Żebbuġ Isla Qala Żejtun Kalkara Qormi Żurrieq Saru jew ser isiru laqgħat ta' informazzjoni fil-Kunsilli Lokali l-oħra kollha.