Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Venera — Triq Adelaide Cini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li ssir it-Triq Adelaide Cini, Santa Venera? Ħarġu l-permessi neċessarji mill-MEPA biex issir din it-triq? X'jonqos biex issir din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ħamrun — Pedestrian lights

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta se jerġgħu jinxtegħlu l-pedestrian lights li hemm fil-bidu ta' Triq il-Kbira San Ġużepp, fil-Ħamrun fin-naħa tal-Blata l-Bajda, faċċata tal-knisja tal-M.U.S.E.U.M.? Jista' jgħid meta se jinxtgħelu it-traffic lights ġodda li tqiegħdu fl-inħawi tal-Blata l-Bajda wara x-xogħlijiet li saru in konnessjoni mal-proġett park and ride?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-programm għat-traffic lights imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi ffinalizzat biex dawn it-traffic lights ikunu jistgħu jinxtgħelu. Huwa mistenni li dawn il-lights ser jinxtgħelu fil-ġimgħat li ġejjin.

Pulizija — Membri li għandhom specialisation allowance

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fil-korp tal-pulizija li għandhom specialisation allowance? Jista' jgħid liema huma dawk is-sezzjonijiet li għandhom special duty allowance u/jew specialisation allowance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 351 membru tal-Korp tal-Pulizija li jieħdu l-special duty allowance. Dawn il-membri tal-Korp huma stazzjonati fis-sezzjonijiet ta' l-Investigazzjoni Kriminali, Special Branch, Prosecutions Unit, Internal Affairs, Special Assignment Group, il-Ħabs u fit-Taqsima tal-Forensika, esklużi dawk il-Pulizija li jagħmlu xogħol ta' natura klerikali.