Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Bdil fil-Klima — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ impjegati fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jifformaw parti mill-Ministeru, inkluż konsulenti, li ġew impjegati mal-Ministeru wara d-9 ta’ Marzu 2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm żewg persuni li ġew impjegati wara d-9 ta’ Marzu 2013. Dawn huma – Is-Sur Alan Pulis bħala konsulent part-time tal-Ministru fuq tibdil fil-klima u persuna oħra bħala R & D Executive mal-WasteServ. Din ta’ l-aħħar impjegata b’urġenza fit-2 ta’ Mejju 2013, fuq għażla u rakkomandazzjoni tal-Management, għat-tkomplija ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Leg 12 PQ #1594 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1437, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se titlesta l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet peress li din il-parti tal-mistoqsija ma ġietx imwieġba?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-proċess ta' evalwazzjoni mistenni jieħu l-istess ammont ta' żmien originarjament previst; jiġifieri madwar tlett xhur. F'dan l-istadju m'huwiex prudenti li tingħata data iżda minkejja dan tista tinghata assigurazzjoni li l-proċess ser jingħata l-prijorita’ neċessarja sabiex jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 12 PQ #1432 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — riżenji

Question

B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 591 u 1196, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni li permezz tagħha s-segretarji permanenti offrew ir-riżenja tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1433 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Politika għall-avjazjoni — kumitat konsultattiv

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1195, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat konsultattiv?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-Membri tal-Kumitat Konsultattiv għall-politika għall-avjazjoni huwa kompost minn Alfred Quintano, Eric Fenech Pace, Joe Capello u Johan Debattista. Fost bosta nies mill-industrija li jkunu mistiedna minn żmien għall-ieħor, Carmel Vassallo huwa mistieden regolari.
Leg 12 PQ #1434 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 18 – Project Co-ordinator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu ir-rwol tal-Project Co-ordinator ta' Valletta 18? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Project Co-ordinator?

Response (VELLA, KARMENU)

L-irwol tal-Koordinatur tal-Proġett tal-Fondazzjoni Valletta 2018 hu ta’ kordinazzjoni ġenerali tal-ħidma tal-Fondazzjoni. Sa Ottubru 2012, il-ħidma prinċipali tal-koordinatur tal-proġett iffukat fuq il-kisba tat-titlu ta’Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Minn Outturu 2012 l’hawn, il-ħidma qalbet fuq il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ koordinazzjoni tar-riżorsi umani, finanzjarji u loġistiċi fl-oqsma tal-amministrazzjoni, iffinanzjar, ippjanar, implimentazzjoni tal-proġetti pilota tal-programm kulturali, kommunikazzjoni interna u esterna, evalwazzjoni u monitoroġġ mill-Kummisjoni Ewropea, is-sostenibilita’ u l-wirt tal-proġett. Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1435 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti – talba għar-riżenja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 590 u 1193 u ċjoè: Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li hija prassi normali li segretarji permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1436 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 589 u 1192 u jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1437 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet li daħlu b'risposta għar-raba’ sejħa għall-proġetti li jixtiequ jibbenefikaw minn fondi taħt il-Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects u dan peress li din l-evalwazzjoni kellha tkun lesta sal-aħħar ta' Ġunju? Dan id-deadline se jinżam? X'inhuma l-implikazzjonijiet jekk dan id-deadline ma jinżammx?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-process ta' evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet mistenni jibda f'nofs Mejju u l-proċess mistenni jiehħu l-istess ammont ta' żmien kif maħsub. Il-proġetti għalhekk ikunu jistgħu jibdew ladarba l-evalwazzjoni tkun lesta u iridu jitlestew sa l-aħħar ta' Settembru 2014, kif mħabbar meta nħarġet is-sejħa għall-proġetti.
Leg 12 PQ #1192 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 589 u jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1193 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — talba għar-riżenja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 590 u ċjoè: Peress li l-Prim Ministru ġie rappurtat li qal li hija prassi normali li Segretarji Permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1194 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 18 — kuntratt taċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chairman il-ġdid tal-Valletta 18?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-kuntratt għadu mhux finalizzat ma jistax jiġi preżentat.
Leg 12 PQ #1195 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

politika għall-avjazzjoni

Question

Peress li ġie rrappurtat li l-Gvern se jfassal politika għall-avjazzjoni, jista' l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli għat-tfassil ta’ din il-politika u t-terms of reference li saru li se jiggwidaw it-tfassil ta’ din il-politika?

Response (VELLA, KARMENU)

L-Onorevoli Interpellant japprezza li Malta qatt ma kellha Politika Nazzjonali Għall-Avjazzjoni li kummerċjalment tikkomplimenta l-Politika Nazzjonali Għat-Turiżmu. Ghalhekk twaqqaf kumitat konsultattiv biex jipprepara abbozz ta’ Politika għall-Avjazzjoni, li għandu jiġi ippublikat f’qasir żmien bħala ‘white paper’ u li fuqha ser issir konsultazzjoni vasta qabel it-tnegħid u l-implimentazzjoni.
Leg 12 PQ #1196 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — riżenja

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 591, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni li permezz tagħha s-segretarji permanenti offrew ir-riżenja tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kaċċa fir-rebbiegħa — Derogation Management Board

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 739 li fiha ntqal li twaqqaf Derogation Management Board bil-għan li jkun hemm biżżejjed infurzar, jista' l-Ministru jgħid jekk, in vista tar-rapporti li kien hemm ksur qawwi ta’ liġijiet li jirregolaw il-kaċċa, huwiex sodisfatt bix-xogħol li sar minn dan il-bord?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li d-Derogation Monitoring Bord li twaqqaf mal-bidu tal-Legistratura preżenti beda x-xogħol tiegħu mmedjatament qabel fetaħ l-istaġun tar-Rebbiegħa. Fuq dan il-Bord, b’Chairman u Segretarju maħtura mill-Gvern, hemm rappreżentati l-FKNK, il-Birdlife Malta, l-ALE, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-MEPA. Dan il-Bord iltaqa’ b’mod regolari tul il-perjodu tad-deroga u għin sabiex jiġu ddentifikati dawk l-inħawi fejn kien hemm bżonn ta’ aktar sorveljar u nfurzar. Tul il-perjodu tad-Deroga, il-Pulizija tal-ALE rrapurtaw 48 każ ta’ ksur ta’ liġi kif gej: · 5 każi ta’ persuni li kellhom aktar minn żewġ skrataċċ fil-kompartiment tas-senter · 3 każi ta’ kaċċa llegali · 8 każi ta’ persuni li ma kellhomx dokumenti fuqhom (on the spot) · 3 każi ta’ kaċċaturi li ġarrew snieter ikkargati fil-pubbliku u mhux mgħottija bil-cover · 3 każi ta’ persuni li kellhom fuqhom arma mhux reġistrata · 7 każi ta’ persuni li kienu qed jikkaċċjaw mingħajr permess meħtieġ għall-kaċċa fir-Rebbiegħa · 10 każi ta’ persuni li kienu qed jikkaċċjaw f’anqas minn 200 metru l-bogħod mill-abitat · 4 każi ta’ kaċċa fil-ġranet jew ħin mhux permess (nhar ta’ Ħadd jew wara it-3.00pm) · 3 każi ta’ kaċċa llegali ġewwa Foresta 2000 · 2 każi ta’ kaċċa llegali fuq għasafar protetti Il-Bord, grażżi għall-kontribut ta’ kulħadd involut, għamel xogħlu u dan il-kumitat għandu jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu.

Kaċċa fir-rebbiegħa — ingaġġ ta' marshalls

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il marshall ġie ngaġġat sabiex jissorvelja l-kaċċa waqt ir-rebbiegħa? X'taħriġ ingħataw dawn il-marshalls? X'wassal il-Gvern sabiex jibgħat membri tal-Forzi Armati ta' Malta sabiex jassistu lill-Pulizija u l-marshalls fil-kontroll tal-kaċċa?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda marshall ma ġie ngaġġat sabiex jassisti fl-issorveljar waqt l-istaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Mill-bidu ta’ din il-leġġistratura twaqqaf Derogation Monitoring Board bil-għan li jkun hemm biżżejjed infurzar li jitwettaq minn membri tal-Pulizija tal-ALE u Kuntistabbli oħra, flimkien ma’ Membri tal-Forżi Armati ta’ Malta, bħal ma sar fi snin oħra.
Leg 12 PQ #589 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #590 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — talba għar-riżenja

Question

Peress li l-Prim Ministru ġie rappurtat li qal li hija prassi normali li Segretarji Permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti intalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat ta' elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġbar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #591 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — riżenja

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk is-Segretarji Permanenti li offrew ir-riżenja wara li ġew mitluba jagħmlu dan wara l-elezzjoni, offrewx li jiriżenjaw minn Segretarji Permanenti jew inkella offrewx li jirriżenjaw minn Segretarji Permanenti ta' Ministeru partikolari, u dan peress li dak il-Ministru ma baqax jeżisti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarji Permanenti offrew ir-riżenja wara li ġew mitluba jagħmlu dan wara l-elezzjoni.