Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1594, jista’ l-Ministru jispjega għalxiex mhux prudenti li tingħata data? Jista’ jgħid jekk l-evalwazzjoni hix se ssir sal-aħħar ta’ Ġunju kif proġettat? Jekk le, x'wassal għad-dewmien? Jista’ jgħid jekk inżammx l-istess bord ta’ evalwazzjoni, u jekk le x'kienet ir-raġuni li nbidlu l-membri?
Response (VELLA, KARMENU)
Kif diġà ngħatat tweġiba fil-mistoqsija parlamentari 1594, il-proċess mistenni jieħu madwar 3 xhur minn meta bdiet l-evalwazzjoni. L-interpellant irid japrezza li f’kull proċess ta’evalwazzjoni ikun hemm bżonn ta’ xi kjarifiki li jintalbu mingħand l-applikanti, kif ukoll hemm il-proċess ta’ l-appelli.
Is-sejħa għalqet fit-18 ta’ Marzu 2013 u billi kellha ssir briefing lill-uffiċjali ġodda fil-Ministeru dwar din l-iskema, il-process ta’ evalwazzjoni beda f’nofs Mejju 2013.
Saru xi tibdiliet fil-membri tal-Bord ta’ qabel billi nħass li kellhom jiddaħħlu membri ġodda, fosthom id-direttur tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru.
Peress li l-Prim Ministru ġie rappurtat li qal li hija prassi normali li Segretarji Permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti intalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat ta' elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 354 u 589.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 590 u ċjoè: Peress li l-Prim Ministru ġie rappurtat li qal li hija prassi normali li Segretarji Permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 591, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni li permezz tagħha s-segretarji permanenti offrew ir-riżenja tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1597.
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 591 u 1196, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni li permezz tagħha s-segretarji permanenti offrew ir-riżenja tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1597.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 590 u 1193 u ċjoè: Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li hija prassi normali li segretarji permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 354 u 589.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 589 u 1192 u jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numru 589 u 591 u d-dokumenti relatati li diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mas-settur pubbliku mid-9 ta Marzu 2013 sad-9 ta' Mejju 2013 u kif dan jitqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 589 u jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 589.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 589, 1192 u 1436 u jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull ka¿ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 589 u 591 u d-dokumenti relatati li diġà tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 590, 1193 u 1435 u ċjoè: Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li hija prassi normali li segretarji permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 354 u 589.
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 591, 1196 u 1432, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni li permezz tagħha s-segretarji permanenti offrew ir-riżenja tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-komunikazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1434, u kummenti li ta s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kultura fejn qal li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, bħala chairman se jkollu rwol maniġerjali, jista’ l-Ministru jgħid kif ir-rwol taċ-chairman se jkun differenti minn dak tal-kordinatur, u dan peress li t-tnejn donnhom għandhom rwol maniġerjali?
Response (VELLA, KARMENU)
L-irwol taċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 huwa dak li jiċċerja l-Bord tal-Gvernaturi u li jiggwidah bil-viżjoni tiegħu biex jiġi implimentat il-proġett tal-Kapitali Ewropeja tal-Kultura f’Malta fl-2018. Fl-istess waqt huwa wkoll iċ-Ċermen tal-Kummissjoni Interministerjali tal-Kapitali Ewropeja tal-Kultura (IMC ECoC). Dan hu l-istess rwol taċ-Ċermen preċedenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru trasferimenti ta' ħaddiema fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mid-9 ta' Marzu 2013 s'issa, u f'kull każ jgħid jekk dan iċ-ċaqliq sarx fuq talba tal-impjegat jew tal-management? Jekk sar fuq talba tal-management, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, 20 ta’ Mejju 2013 kien hemm tmintax-il impjegat li ġew imċaqilqa internament. 3 minn dawn saru fuq talba tagħhom waqt li l-oħrajn saru skont l-esiġenza tas-servizz
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-pjan li ġie diskuss sabiex issir pjazza madwar il-funtana tat-Tritoni, il-Belt Valletta, hemmx il-ħtieġa li jiċċaqalqu xi siġar?
Response (MIZZI, JOE)
Skont diskussjonijiet li kienu saru għall-ħabta ta' Jannar 2013 mad-dirretoratt tal-ambjent, ġie stabbilit li numru ta' siġar (ficus nitida) li hemm bħalissa fuq is-sit huma viċin wisq it-tarf tal-foss u għaldaqstant ikun għaqli li dawn jiġu magħqluha u pjantati fil-foss.
B'referenza għall-istqarrija numru 845 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-30 ta' April 2013, jista' l-Ministru jgħid meta u kif ingħataw l-istruzzjonijiet biex ma jsirx ċaqliq ta' ħaddiema kif imsemmija fl-istess stqarrija? Kemm sar ċaqliq ta' ħaddiema wara li ngħataw dawn l-istruzzjonijiet u dan iċ-ċaqliq sar fuq talba tal-impjegat jew tal-management?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-istruzzjonijiet intbagħtu bil-miktub lil uffiċjali responsabbli f’żewġ okkażżjonijiet, fit-18 u fid-29 ta’ April 2013.
Ninsab infurmat illi wara t-30 ta’ April 2013, ma sar l-ebda ċaqliq ta’ ħaddiema.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir is-separazzjoni fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u li permezz tagħha d-Direttorat tal-Ambjent mhux se jibqa’ parti mill-Awtorità? Jeżisti pjan ta' kif se ssir din is-separazzjoni? Il-ħaddiema se jiġu kkonsultati fuq din is-separazzjoni? Kif qiegħed jiġi kontemplat li jinqasmu d-direttorati tas-servizzi korporattivi u tal-infurzar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-palazzini li permezz tiegħu sidien ta’ proprjetà antika kienu qed jiġu mħajra jikkonvertu tali proprjetà f'akkomodazzjoni lussuża?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-proġett bħalissa qiegħed jiġi implimentat. Bħalissa qiegħdin isiru numru ta’ laqgħat kemm bejn il-Ministeri responsabbli kif ukoll mad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u l-MEPA.
Wara dawn il-laqgħat mistennija tibda konsultazzjoni bilaterali ma’ dawk il-proġetti magħżula taħt is-sejħa ta’ expression of interest.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ impjegati fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jifformaw parti mill-Ministeru, inkluż konsulenti, li ġew impjegati mal-Ministeru wara d-9 ta’ Marzu 2013?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.