Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ bordijiet u l-membri li kienu jagħmlu parti minnhom qabel id-9 ta’ Marzu 2013.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata seduta oħra.
Leg 12 PQ #2679 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2015, jista’ l-Ministru jgħid min għamel il-briefing li semma l-Ministru li dam sejjer xahrejn? Lil min sar dan il-briefing? Min ħa d-deċiżjoni li tawwal din l-evalwazzjoni b'xahrejn u x'impatt se jkollu dan id-dewmien fuq id-disbursement tal-fondi? L-applikanti ġew infurmati b'dan id-dewmien? X'inhi r-raġuni li għaliha kellhom jiddaħħlu membri ġodda? Jista’ jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-Bord tal-evalwazzjoni qabel u wara li saret din il-bidla?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xahar ta’ April 2013 saru għadd ta’ briefing sessions lill-Ministru u lis-Segretarju Permanenti dwar l-oqsma kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru, fosthom session dwar il-Grant Scheme min-nies li jaħdmu fuq l-istess skema. Fl-ebda stadju ma kien hemm xi intenzjoni li tittawwal l-evalwazzjoni u l-proċess imsemmi kien wieħed naturali fiċ-ċirkustanżi. Il-benefiċjarji iridu jimplimentaw il-proġetti approvati fiż-żmien stipulat fis-sejħa. Għaldaqstant l-ebda deadline m’għandha tinbidel hekk kif it-timeframes għad-disbursement ma jistgħux jinbidlu. Sadanittant kull applikant kellu u għadd għandu kull faċilita’ li jistaqsi fuq l-iskema u l-evalwazzjoni. Ngħarraf li filwaqt li l-bord preċedenti kien kompost minn żewġ diretturi u senior manager mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, illum il-bord u kompost minn direttur tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, direttur fil-Ministeru u manager mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Dan it-tibdil sar sabiex ikun hemm rappreżentanża mifruxha f’din l-iskema li hija mmexxija mill-Ministeru. L-ismijiet tal-bord qiegħdin jiġu miżmuma sabiex jiġi assigurat li dan il-proċess ma jkunx preġudikat.
Leg 12 PQ #2680 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – separazzjoni ta’ responsabbiltajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2013, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk din is-separazzjoni bejn id-Direttorat tal-Ambjent u d-Direttorat tal-Ippjanar hix se jsir matul din is-sena, matul l-2014, matul l-2015 jew fl-aħħar sentejn ta' din il-leġiżlatura?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ippjanat li s-separazzjoni issir sa l-aħħar tal-2014.

Ċaqliq ta’ Ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2012, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema li ġew trasferiti u li l-Ministru qal li issa reġgħu lura f'posthom? Min huma dawn il-ħaddiema? X'kienet ir-raġuni li dawn il-ħaddiema iċċaqalqu oriġinarjament?

Response (BRINCAT, LEO)

L-ewwelnett nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kienet ittieħdet deċiżjoni li sakemm jintem l-istrategic review dwar l-operat tal-WasteServ m’għandhux issir ċaqliq intern ta’ nies. Sadanittant ninsab infurmat li kien hemm ħames ħaddiema li ġew trasferiti u reġgħu lura f’posthom. Dawn il-ħaddiema kienu kif jidher hawn taħt: · 2 Waste Sorters – trasferiti għar-raġunijiet ta’ mard fil-familja · CA Site Operator – talab li jiġi trasferit għal xogħol bil-ġurnata minflok bix-shift · Helper – kien talab li jiġi trasferit fuq shift, għalhekk ġie trasferit minflok is-CA Site Operator imsemmi hawn fuq · Sorter/Operative – trasferit għal sit ieħor għal perjodu ta’ xahrejn, għar-raġuni li kien hemm żieda temporanja fix-xogħol
Leg 12 PQ #2682 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tikkonċerna l-Bordijiet li ġew kostitwiti sal-lum.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huma il-Kunsill tal-Maltin ta’ Barra u n-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention. Illum m’hemm l-ebda direttur li qed iservi fuq dawn il-bordijiet. B’direttur qed nifhem persuna maħtura b’din in-nomenklatura f’headship position fis-servizz pubbliku. Il-membri fuq kull bord sad-9 ta’ Marzu 2013 huma ndikati fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Illum il-Committee of Inquiry (Deprivation of Maltese Citizenship) m’għadux jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, waqt li l-Official Development Assistance Advisory Board, li huwa bord ‘ad hoc’, għadu mhux kostitwit. Il-bidliet li saru mid-9 ta’ Marzu 2013 kienu l-ħatra ta’ Dr Marie Bernardette Mallia bħala Inspector fuq in-National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention flok is-Sur John Sammut li ma setax ikompli jservi fuq l-Awtorita’ u l-ħatra ex-officio tiegħi flok il-Ministru ta’ qabli fuq il-Kunsill tal-Maltin ta’ Barra.

intrapriżi żgħar u medji — Pjanijiet u proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet u proġetti se jsiru matul din is-sena biex jgħinu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Is-skemi u s-servizzi offruti mill-Malta Enterprise li l-iżjed għandhom jinteressaw lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju huma dawn li ġejjin: BUSINESS ADVISORY SERVICES: L-iskema ta’ “Business Advisory Services” tgħin lill kull tip ta’ intrapriża kif ukoll lill-intraprenditur billi tipprovdi konsulent sabiex jgħin lill-intrapriża jew lil-intraprenditur. Dawn il-konsulenti jistgħu jgħinu f’ oqsma differenti bħal “energy audits”, “business start-ups”, “industrial space utilisation”, “quality management”. L-iskema tipprovdi diversi konsulenti skont il-bżonn tal-intrapriża jew tal-intraprenditur sabiex jingħata l-aħjar konsulenza skont il-ħtieġa. QUALITY PLUS L-iskema QUALITY PLUS tgħin lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) sabiex ikomplu jinvestu fil-kwalita tal-prodott, servizz jew proċess. L-għajnuna hija waħda ta' natura fiskali fejn l-għajnuna tinħadem fuq bażi ta' tnaqqis ta' taxxa. Din l-għajnuna tista tkopri sa €20,000 fi spejjeż li huma marbuta ma’ investiment sabiex titjieb il-kwalita. MICROGUARANTEE: L-iskema ta’ Microguarantee tgħin lill-intrapriżi eliġibbli li għandhom proġetti approvati mil-Malta Enterprise sabiex jieħdu garanzija fuq self minn banek kummerċjali. Is-self jista jilħaq sa massimu ta’ €100,000 u jista ‘jitħallas fi żmien massimu ta’ għaxar snin. Il-garanzija approvata tista tlaħħaq sa massimu ta 80% tal-ammont misluf. MICROINVEST: L-iskema Microinvest tgħin lill-intrapriżi żgħar sabiex jinvestu u jżidu l-impjegati. L-għajnuna hija waħda ta' natura fiskali fejn l-għajnuna tinħadem fuq bazi ta' kreditu ta' taxxa ekwivalenti għall-erbgħin fil-mija ta' l-ispejjeż kapitali kif ukoll fuq ingaġġ ta' impjiegi addizzjonali. Fil-każ ta' intrapriżi Għawdxin, din l-assistenza titla għal sittin fil-mija. Min din is-sena, il-kriterji ta' kwalifikazzjoni ser tinfetaħ għal intrapriżi li jimpjegaw sa teltin impjegat. ERDF ENERGY SCHEME: Ser tinfetaħ sejħa għal grants lill-intrapriżi li jixtiequ jinvestu f'soluzzjonijiet li jiġġeneraw id-dawl permezz ta' panelli foltovoltajiċi. Din is-sejħa ser jkollha fond ta' aktar minn ħames miljun ewro, liema fond huwa ko-finanzjat mill-fond Ewropew tal-ERDF. Parti min dawn il fondi ser jkunu riżervati għal intrapriżi Għawdxin. NETWORK SUPPORT SCHEME: Din l-iskema tħeġġeg lill-intrapriżi sabiex jikkolaboraw flimkien permezz ta' twaqqif ta' networks formali li jaħdmu sabiex itejjbu il-kompetittivita' tas-settur kif ukoll tgħin inizzjattivi li jwasslu għall-innovazzjoni. SME DEVELOPMENT GRANTS: Intrappriżi żgħar jistgħu jkunu megħjuna taħt din l-iskema sabiex jkunu jistgħu jtejjbu il-kompetittivita tagħhom billi jingħataw għajnuna sabiex jkunu jistgħu jixtru servizzi ta' konsultazzjoni minn esperti li jagħtu pariri tekniċi li jwasslu lill-intrapriża tiżvillupa prodotti ġodda.

Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob — chairman

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern ġiex uffiċjalment mgħarraf li ċ-chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob ġie maħtur bħala konsulent għad-Direttur tal-Gaming Enforcement ta' New Jersey? Il-Gvern ħa parir legali jekk din il-ħatra tmurx kontra l-provvediment 9 (4) (c) tal-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li ngħata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2619 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti – terminazzjoni tal-kuntratt

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 589, jista’ l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ Segretarju Permanenti fil-każ tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista’ l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk fil-każ tal-persuni l-oħrajn li isimhom ukoll qed jintbagħat separatament, it-terminazzjoni tal-kuntratt saritx bi qbil bejn iż-żewġ naħat u jekk le x'raġuni ngħatat mill-Gvern biex tiġġustifika t-terminazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel persuna li staqsa dwara kellha każ mal-Public Accounts Committee. Din il-persuna kienet ser tgħalaq l-età tal-irtirar ftit xhur wara li ġara l-każ. Il-kuntratt skada waqt li kienu qed isiru l-arranġamenti għall-irtirar. Rigward it-tieni persuna, kienet qed isseħ investigazzjoni minn board appuntat mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien. Minħabba l-każ, fl-interess tal-Ministeru fejn kienet taħdem l-imsemmija persuna u s-servizz pubbliku in ġenerali, dan il-kuntratt kien ser ikun itterminat. Rigward it-tieni mistoqsija fejn intalbu dettalji dwar numru ta’ persuni. L-ewwel persuna msemmija nħatret f’pożizzjoni oħra waqt li t-tieni persuna ġiet accetata r-riżenja tieghu wara l-elezzjoni ġenerali tal-1998. It-tielet persuna ingħata kariga ġdida waqt li r-rabà persuna qablet minn jeddha li tiċċaqlaq fi rwol ġdid. Il-ħames persuna ġie appuntat f’kariga ġdida hekk ukoll is-sitt persuna.
Leg 12 PQ #2016 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti – riżenji

Question

Peress li t-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 1596 ma tirrispondix il-mistoqsija kif saret qiegħed nerġa’ nsaqsi: Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li hija prassi normali li segretarji permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1596.
Leg 12 PQ #2018 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazzini — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1591, jista’ l-Ministru jgħid jekk hix se ssir sejħa oħra għal sidien ta’ proprjetà li ma applikawx taħt l-ewwel sejħa?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1591. F'dan l-istadju l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mhux qed teskludi li jkun hemm it-tieni sejħa, però bħalissa, l-Awtorità, qed tiffoka fuq il-proġetti taħt l-ewwel sejħa ta' l-expression of interest.

Malta Trade for Growth Initiative – esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inizjattivi se jieħu l-Gvern sabiex jgħin lill-intraprendituri Maltin jesportaw lejn swieq li tradizzjonalment ma nesporatwx lejhom, kif kien irrappurtat li qal meta ġiet imnedija il-Malta Trade for Growth Initiative?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Malta Trade for Growth Initiative hija inizjattiva tal-HSBC. Il-Malta Enterprise ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat f’diskussjonijiet mal-HSBC dwar kif iż-żewġ naħat jistgħu jikooperaw fl-għajnuna li tingħata lill-intrapriżi Maltin interessati li jesportaw. Minbarra dan, il-Malta Enterprise għandha diversi skemi li jgħinu lill-intrapriżi Maltin biex jirnexxu fi swieq internazzjonali. Dawn ivarjaw minn għajnuna finanzjarja biex kumpanija tipparteċipa f’fieri, jew fi trade missions, sa skemi ta’ taħriġ u konsulenza biex l-intrapriżi jsiru aktar preparati għall-esportazzjoni. Il-Malta Enterprise għandha uffiċini attivi fil-Libya u f’Dubai li joffru għajnuna b’mod kontinwu. Aktar tard din is-sena, l-Malta Enterprise ser terġa tmexxi delegazzjonijiet lejn il-Qatar, il-Kuwajt, ic-Ċina u diversi pajjiżi oħrajn li jippreżentaw potenzjal għall-intrapriżi Maltin.

Għawdex – tkabbir fl-attività ekonomika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri se jieħu biex titkabbar l-attività ekonomika f'Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li hemm diversi miżuri maħsuba f’dan is-sens. Il-Malta Enterprise, ftit xhur ilu, appuntat uffiċjal minn tagħha biex ikun inkarigat mill-investiment barrani speċifikament għal Għawdex. Il-ħsieb hu li titfassal strateġija li tibni fuq il-karatteristiċi anke industrijali ta’ Għawdex u tidentifika possibilitajiet ta’ investiment barrani f’oqsma bħall-edukazzjoni, r-riċerka u manifattura avvanzata. Minbarra dan, il-Malta Enterprise għandha diversi skemi li huma mmirati għal-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju, inkluż ġewwa Għawdex, biex tgħinhom jinvestu u jkabbru l-intrapriżi tagħhom, u anki biex jesportaw. L-iskemi kollha li jkunu implimentati u amministrati mill-Malta Enterprise jkunu miftuħin ukoll għall-industrija Għawdxija. F’xi każi, l-industrija Għawdxija jkollha vantaġġ bħal ma huwa l-każ f’dawn l-eżempji attwali: - Intrapriżi Għawdxin qegħdin jingħataw rata preferenzjali ta’ sittin fil-mija (60%) taħt l-iskema MICROINVEST. Ir-rata normali taħt din l-iskema hija ta’ erbgħin fil-mija (40%). L-iskema MICROINVEST tgħin lill-intrapriżi żgħar sabiex jinvestu u jżidu l-impjegati. - Skema ġdida ta’ grants lill-intrapriżi li jixtiequ jinvestu f'soluzzjonijiet li jiġġeneraw id-dawl permezz ta' pannelli fotovoltajċi ser toħroġ f’Lulju li ġej. Parti mill-fondi allokati għal din l-iskema ser ikunu riservati għall-intrapriżi Għawdxin. Din is-sejħa ser tkun ko-finanzjata mill-fond Ewropew tal-ERDF. - Il-Malta Enterprise għandha wkoll skema li permezz tagħha, il-kumpaniji tal-manifattura bbażati ġewwa Għawdex jingħataw sussidju fuq spejjeż ta’ ġarr ta’ prodotti maħduma ġewwa Għawdex.

WasteServ – Ċaqliq ta’ Ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1589, jista’ l-Ministru jispjega x’kien l-iskop li tinħareġ stqarrija li fiha ngħad li sar ċaqliq ta' ħaddiema jekk fil-fatt ma kien sar l-ebda ċaqliq?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istqarrija nħarġet b’mod addizzjonali għal struzzjonijiet li kellhom id-diriġenti tal-WasteServ mill-Ministeru u li jirriżulta li ma ġewx osservati, tant li l-ħaddiema inkwistjoni reġgħu ċċaqalqu lura f’posthom.
Leg 12 PQ #2013 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – separazzjoni ta’ responsabbiltajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1590 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se ssir is-separazzjoni fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u li permezz tagħha d-Direttorat tal-Ambjent mhux se jibqa’ parti mill-Awtorità? Jeżisti pjan ta' kif se ssir din is-separazzjoni? Il-ħaddiema se jiġu kkonsultati fuq din is-separazzjoni? Kif qiegħed jiġi kontemplat li jinqasmu d-direttorati tas-servizzi korporattivi u tal-infurzar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-diskussjonijiet dwar il-qasma bejn l-Ambjent u l-Ippjanar qegħdin isiru u għadhom fl-istadju inizzjali tagħhom. Dettalji jkunu pubbliċi darba jitlesta l-pjan b’mod ħolistiku. Nista’ nassigura lill-Onor Membru li ma hemm l-ebda ħsieb li l-ħaddiema ma jiġux ikkonsultati. Għal dan il-għan nista' nissigurah li ċ-Chairman diġa kellu xi konsultazzjonijiet.

Ingaġġ – Każ ta’ Individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1593, jista’ l-Ministru jgħid jekk, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġiex ingaġġat wara sejħa pubblika?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħala Konsulent fuq it-Tibdil fil-Klima għalija bħala Ministru, fittixt li nirrikorri għas-servizz ta’ persuna esperta fis-suġġett, kemm fuq livell akkademiku kif ukoll dak professjonali u b’esperjenza fil-media fuq dan is-suġġett tekniku. L-għażla saret ukoll fuq bażi ta’ fiduċja u integrità.