Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f'riklami mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu ta' din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' kif intefqu dawn il-flus għal kull gazzetta u stazzjon televiżiv u radju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni Mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ma' kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu ta' din is-sena? Dawn saru wara sejħa għall-impjieg? X'inhi l-ispiża globali ta' dawn l-impjiegi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ nies li kienu mpjegati ma' kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu ta' din is-sena kien ta’ ħamsa li kollha kemm huma kienu mpjegati f’pożizzjoni ta’ fiduċja u għalhekk mingħajr sejħa għall-impjieg. L-ispiża ta’ dawn l-impjiegi hija ta’ €290,000 fis-sena.
Leg 12 PQ #1684 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mas-settur pubbliku mid-9 ta Marzu 2013 sad-9 ta' Mejju 2013 u kif dan jitqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li n-numru t’impjegati ġodda li daħlu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u d-9 ta’ Mejju 2013, kien ta’ 310 fis-Servizz Pubbliku u 47 fis-Settur Pubbliku. In-numru t’impjegati ġodda li daħlu matul l-istess perjodu s-sena l-oħra kien ta’ 109 fis-Servizz Pubbliku, u 73 fis-Settur Pubbliku. In-numru t’impjegati ġodda fis-Servizz Pubbliku bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u d-9 ta’ Mejju 2013, irid jittieħed fil-kuntest tal-bidla fil-Gvern, pass li b’mod awtomatiku jfisser impjegati ġodda fis-segretarjati tal-membri tal-kabinett.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — spiża fuq salarji u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-ispi¿a f'salarji u perkaċċi għas-segretarjat privat tiegħu u tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Tista’ tgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob – chairman

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2618 u jikkonferma jekk il-Gvern ġiex uffiċjalment mgħarraf li ċ-chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob ġie maħtur bħala konsulent għad-Direttur tal-Gaming Enforcement ta' New Jersey? Il-Gvern ħa parir legali jekk din il-ħatra tmurx kontra l-provvediment 9 (4) (ċ) tal-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li ngħata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzji tal-casinos — konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-ditti li ġew magħżula bħala konsulenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-casinos u għal proġett tal-maritime hub? X'esperjenza għandhom dawn id-ditti f'dan il-qasam? Jista' jgħid jekk dawn id-ditti tefgħux l-irħas offerta? Min għamel l-għażla tal-konsulenti? Jista' jispjega fuq liema bażi ntgħażlu l-konsulenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f'riklami mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu ta' din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' kif intefqu dawn il-flus għal kull gazzetta u stazzjon televiżiv u radju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ma' kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu ta' din is-sena? Dawn saru wara sejħa għall-impjieg? X'inhi l-ispiża globali ta' dawn l-impjiegi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

MIMCOL — chairman

Question

Jista’ l-Ministru jassigura din il-Kamra, li ċ-chairman il-ġdid tal-MIMCOL m'għandux konflitt ta' interess, minħabba l-fatt li hu partner ma' ditta ta' konsulenti? Jista' jassigura din il-Kamra li d-ditta tiegħu mhix sejra tagħmel xogħol għal MIMCOL jew għall-aġenziji konnessi mal-MIMCOL?

Response (CARDONA, CHRIS)

Bħalma kont għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2069, hija dejjem r-responsabbiltà ta’ kull uffiċjal pubbliku li jiddikjara kull kunflitt ta’ interess li jista’ jkollu. Min-naħa tiegħi għandi fiduċja sħiħa fiċ-Chairman il-ġdid tal-Mimcol u jiena ċert li m’hemmx każ ta’ xi kunflitt ta’ interess. Ta’ min wieħed jinnota li fil-każ tad-ditta in kwistjoni ċ-chairman l-ġdid tal-Mimcol huwa biss wieħed minn total ta’ sitt partners. Jien infurmat ukoll li din id-ditta fil-fatt qatt ma għamlet xogħol għal-Mimcol minn meta din ila tezisti. Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, bħal kull uffiċjal ieħor bħalu, ic-Chairman tal-Mimcol huwa marbut bil-kodiċi ta’ etika applikabbli għal dawk il-persuni li jkunu jokkupaw karigi fuq bord ta’ entitajiet governattivi. Jiena konvint li f’ każ ta’ xi potenzjal ta’ kunflitt ta’ interess, ic-Chairman ser ikun qiegħed jiddikjara dan il-kunflitt u ser ikun qed jieħu dawk il-passi meħtieġa sabiex jassigura bl-iktar mod trasparenti li ma jkunx hemm kunflitti.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-ispi¿a f'salarji u perkaċċi għas-segretarjat privat tiegħu u tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2691 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #2693 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Tista’ tgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivil — lista ta' bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Tista’ tgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji relatati mal-Mistoqsija Parlamentari magħmula mill-Onor Interpellant. Rigward Bordijiet li għadhom ma nbidlux, ninforma lill-Onor Interpellant li qed jiġu riveduti u se jiġu mħabbra fi żmien opportun jekk ikun il-każ.
Leg 12 PQ #2696 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2685 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Qed inpoġġi wkoll lista bit-tagħrif mitlub fit-tielet parti tal-mistoqsija. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, għad iridu jiġu kkonfermati ċerti karigi u għaldaqstant ma tistax tingħata tweġiba finali għalissa. (Ara dokument Nru. 705 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 34 tat-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2013)

Ministeru għall-Iżvilupp, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, il-lista tal-bordijiet preżenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u kull membru fuqhom u lista oħra tal-bordijiet bil-membri sad-9 ta' Marzu 2013 huma kif elenkati f’Tabella A u B rispettivament li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Mal-lista ta’ bordijiet għad iridu jiżdiedu oħrajn wara li jiġu approvati.