Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika ż-żmien li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjiegi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Tista’ tgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Tabella bl-informazzjoni mitluba:
Enitità
Kemm ingħataw
Għaliex
Direct Orders
Industrial Projects & Services Ltd
2
Konsulenza
Critical Infrastructure Protection Unit
1
Kull
direct order
li ngħatat kienet dejjem għall-irhas offerta li tilħaq ir-rekwiziti mitluba wara li ntalbu mill-inqas tliet
quotations
L-MEU, l-PACBU u lanqas l-EPRT ma taw l-ebda direct order.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — direct Orders
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlubha qed tiġi miġburha u r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-unika entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma tat l-ebda
direct order
mit-30 ta' Settembru 2013 sal-1 ta' Ottubru 2014.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika ż-żmien li għalih qed jitlob l-informazzjoni.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika ż-żmien li għalih qed jitlob din l-informazzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fid-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ġew impjegati 938 persuna. Infurmat ukoll li fid-dipartiment ma tinżammx l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Rigward l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru, infurmat li ġew impjegati 659 persuna.
Din it-tieni figura ma tinkludix il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES). Din il-Fondazzjoni impjegat 1,679 persuna li minnhom kien hemm 1,361 li ġew impjegati fuq kuntratt definit bejn l-1 ta’ Ġunju 2014 u t-30 ta’ Settembru 2014 sabiex jaħdmu fuq bażi part-time fiċ-ċentri tal-Klabb 3-16 u Skola Sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu ta żmien li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — impjiegi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ mpjegati fl-entitajiet (eskluż is-Segretarji Privati) li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru nkluż l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-Information Management, il-Corporate Services Directorate, l-Policy Development and Implementation Directorate, il-Planning and Priorities Co-Ordination Division, il-Funds and Programmes Division, l-EU Secretariat u r-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea kien ta’ 204 f’Mejju 2013 w llum jammonta għal 222. Id-differenza hija dovuta għal tisħiħ ta’ strutturi amministrattivi w funzjonijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi, impjegat ħaddiem wieħed wara d-9 ta' Mejju 2013. Dan intgħażel wara avviż fil-midja u wara intervista ma' kull kandidat/kandidata. Il-ħaddiem li ntgħażel kien qed ifittex ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali — impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika eżatt iż-żmien li għalih qed jitlob dina l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-uffiċjali tal-Pulizija li ġew appuntati mill-grad ta’ Spettur ‘l fuq, jiġifieri sal-grad tal-Kummissarju, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8902 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
· 1 Supretendent għal Kummisarju
· 3 Assistenti Kummisarji għal Deputati Kummisarji
· 7 Supretendenti għal Assistenti Kummisarji
Ministeru għall-Finanzi — top management positions
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7499, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management positions mid-9 ta’ Marzu s’issa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Top Management Positions
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8375, peress li huwa fatt magħruf li nbidel il-Kummissarju tal-Pulizija u nħatru numru ta’ uffiċjali fl-ogħla karigi fil-korp, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni sħiħa fir-rigward tal-ħatriet ġodda li saru kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 7730?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm xejn xi nżidu mat-tweġibiet li diġa ngħataw.