Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11733 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11529, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu ta’ bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 12073, ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew impjegati sebgħa u tmenin (87) ħaddiema mal-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi salv id-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Minnhom sitta u tletin (36) ġew impjegati minn entità pubblika, dsatax (19) minnhom ġew impjegati mill-privat u tnejn u tletin (32) minnhom kienu qiegħdin ifittxu xogħol. Fir-rigward tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġew impjegati wieħed u disgħin (91) persuna maqsumin kif ġej: Dipartiment Total ta’ Impjegati Minn entità pubblika Mill-Privat Ifittxu xogħol DGL Staff 17 15 2 / Staff Kumitat Reġjonali 9 / 9 / DGL Staff (sekondati mal-KL) 6 Not Available Not Available Not Available Local Council Administration Staff & Local Council Staff 59 Not Available Not Available Not Available
Leg 12 PQ #12647 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċelebrazzjonijiet — dwal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija ġiet inkarigata biex tieħu ħsieb id-dwal f’dawn l-attivitajiet imsemmija u kemm tħallset f’kull każ: a. Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju tal-Indipendenza; b. Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-10 Anniversarju tad-Dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea; u c. Il-Festival tal-Junior Eurovision Song Contest?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minhabba li kif jaf l-Onor Interpellant, b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet imsemmija minnu fil-mistoqsija parlamentari tiegħu, kien hemm numru t’attivitajiet, napprezza jekk jispeċifika għal liema minn dawn l-attivitajiet qiegħed jirreferi.

Attivitajiet pubbliċi — dwal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija ġiet inkarigata biex tieħu ħsieb id-dwal f’dawn l-attivitajiet imsemmija u kemm tħallset f’kull każ: a. Notte Bianca 2014; b. Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Ħamsin Anniversarju tal-Indipendenza c. Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-għaxar anniversarju tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea; d. Il-Festival tal-Junior Eurovision Song Contest; e. Il-Karnival 2014; f. Il-Jazz Festival; g. Il-Malta Arts Festival; u h. Il-Festival tal-Għana?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li tikkonċerna il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija rigward dawn l-attivitajiet: Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju tal-Indipendenza, Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-10 Anniversarju tad-Dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kif ukoll Il-Festival tal-Junior Eurovision Song Contest lill- Ministeri kkonċernati.
Leg 12 PQ #12497 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Dħul mid-dwana u sisa

Question

Skont it-tabella Abstract of Revenue ta’ paġna 7 tal-Estimi Finanzjarji tal-Budget 2015, fejn jidher li d-dħul tal-Gvern mid-dwana u sisa għall-2014 se jkun ta’ €347 miljun, li jfisser €81 miljun aktar milli kien bassar il-Gvern, jista’ l-Ministru jispjega x’wassal għal din iż-żieda ta’ 30% fid-dħul aktar milli kien previst?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istima riveduta ta’ dħul għall-2014, hekk kif murija fl-Estimi Finanzjarji tal-2015, tinkludi l-arretrati ta’ sisa fuq il-fuel dovut mill-Korporazzjoni Enemalta.

Dħul mill-Miżati tal-MATSEC

Question

B'referenza ghat-twegiba li ta l-Ministru ghall-mistoqsija parlamentari 12080, jista l-Ministru jaghti stima ta' kemm ser ikun id-dhul fi tnax il-xahar wara li gholew il-mizati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-dħul mill-eżamijiet tal-MATSEC fl-2014 kien ta’ €1.2m. B’riżultat taż-żidiet u abbażi n-numru tar-reġistrazzjonijiet li kien hemm fl-2014 (peress li l-figuri ta’ registrazzjonijiet għall-2015 għadhom mhux magħrufa) id-dħul mir-reġistrazzjonijiet tal-eżamijiet hu mistenni li jkun madwar €1.5m. Din iż-żieda fid-dħul ser tkun qed tagħmel tajjeb għaż-żidiet fl-ispejjeż biex jiġu organizzati dawn l-eżamijiet.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – kuntratti ta’ konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11561, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – kuntratti ta’ konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11562, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli l-WasteServ, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #12167 Sitting 202 2014-11-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kuntratti ta’ konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11563, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda kuntratt ta’ konsulenza mill-entità li tifforma parti mill-Ministeru għal Għawdex.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – kuntratti ta’ konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11564, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, l-ETC, fil-perjodu indikat fil-mistoqsija, tat tliet kuntratti ta' konsulenza dwar: proġetti tal-Unjoni Ewropea, Strategy Assessment tal-operat ta' taħriġ fl-ETC, u koordinatur tat-taħriġ fl-ITS. Fl-istess żmien l-ETC ingħatat konsulenza rigward il-Workshop tal-iMtarfa, Risk Assessment tal-Welding Workshop f'Ħal Far, konsulenza fuq Software, u konsulenza varja. Il-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada, għalkemm ma kellhiex kuntratti ta' konsulenza, ħatret Legal Advisor fil-perjodu msemmi. Fl-istess perjodu l-MCAST tat żewġ estensjonijiet ta' kuntratti eżistenti. It-tweġiba mill-entitajiet l-oħrajn fi ħdan id-dekasteru tiegħi kienet 'xejn'.
Leg 12 PQ #12169 Sitting 202 2014-11-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – kuntratti ta’ konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11565, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — kuntratti ta' konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11568, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — direct orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11547, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tad-direct orders li ngħataw u ċjoè lil min ingħataw dawn id-direct orders, x’kien is-servizz jew prodott mitlub u kemm kien l-ammont li tħallas mill-Gvern f’kull każ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli l-WasteServ, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali — kuntratti ta' konsulenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11559, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed impoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l- informazzjoni relattiva għall-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru de quo. Qed nieħu l-liberta' li ninkludi wkoll l-informazzjoni relattiva għall-Aġenzija Heritage.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kuntratti ta' konsulenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11558, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika jekk hux jirreferi ukoll għall-kuntratti ta’ konsulenza li ġew ingaġġati mill-amministrazzjoni preċedenti u aktar ‘l quddiem ġew imġedda.
Leg 12 PQ #12058 Sitting 201 2014-11-18 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti ta' konsulenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11554, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li fl-entitajiet fid-dekasteru tiegħi, hija l-IPSL biss li għandha kuntratti ta ‘konsulenza u dawn jammontaw għal tnejn li huma BT Consulting Ltd u s-Sur Anġlu Zahra. Il-proċedura li ntuzat biex jinhatru dawn il-konsulenti hija skond ir-regolamenti finanżjarji tal-gvern.

Dħul mill-Miżati tal-MATSEC

Question

Jista’ l-Ministru jagħti paragun ta’ kemm kien id-dħul totali tal-Gvern u l-Università mill-miżati tal-MATSEC f’sena sħiħ u kemm se jkun l-istess dħul f’perjodu ta’ sena issa li għolew il-miżati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-dħul mill-eżamijiet tal-Matsec li saru fl-2014, eskluż l-applikazzjonijiet ta’ Settembru, kien ta’ €963,086.49. Wieħed irid jistenna sal-aħħar ta’ Jannar 2015 biex ikun jista’ jgħid kemm ser ikun id-dħul li jkopri wkoll l-applikazzjonijiet li jidħlu tard. Id-dħul mill-eżamijiet tal-Matsec għall-2015 għadu mhux magħruf.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – kuntratti ta’ konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11560, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Kuntratti ta’ konsulenza ingħataw ‘l 2 minn nies u l-proċedura kif ntagħżlu hija l-istess waħda li kienet tintuża fi żmien l-Gvern preċidenti.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — impjiegi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11536, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 t'Ottubru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 17-il ħaddiem li ġew minn entitajiet pubbliċi u 157 ħaddiem li ġew mill-privat jew kienu qed ifittxu x-xogħol.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjiegi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal--mistoqsija parlamentari 11537, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 t'Ottubru 2014?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. KategorijaNumru t’impjegati Persuni Barranin6 Mill-privat46 Qed iffitxu xoghol208 Total260 Uħud minn dawn l-impjegati m’għadhomx jagħmlu parti minn dan id-dekasteru.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — direct orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11543, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tad-direct orders li ngħataw u ċjoè lil min ingħataw dawn id-direct orders, x’kien is-servizz jew prodott mitlub u kemm kien l-ammont li tħallas mill-Gvern f’kull każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba diġa’ ingħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11865.