Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hedging agreement – awtorizazzjoni ministerjali

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13706, jista’ l-Ministru jgħid jekk, bħala parti mill-proċess tad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kumitat tar-Risk tal-kumpanija Enemed li fuqha saret il-mistoqsija, intalbitx awtorizzazzjoni Ministerjali qabel ġie konkluż il-kuntratt ta’ hedging?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13706.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13702, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna rtiraw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-perjodu li rrefera għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm ser tiżdied in-nefqa fuq is-salarji u benefiċċji b’riżultat ta’ dan l-ingaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #13879 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità tat-Turiżmu – Events Operations Advisor

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-job description tal-Events Operations Advisor fl-Awtorità tat-Turiżmu? Jista’ jgħid jekk il-Bord tal-MTA ġiex infurmat u approvax il-ħatra tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f’din il-pożizzjoni? Jista’ jgħid fuq liema bażi din il-pożizzjoni ġiet ikkunsidrata bħala waħda ta’ fiduċja?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hux prassi tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) li jiġi nfurmat il-Bord fuq pożizzjonijiet fil-grad ta’ jew taħt dak ta’ Senior Managers. Il-kuntratt huwa wieħed ta’ fiduċja minħabba l-fatt li ġie mogħti responsabilitajiet diretti mis-CEO marbuta ma’ oġġettivi diretti. Fit-term tas-CEO, ġew allokati proġetti u oġġettivi – fost l-oħrajn, il-Kalendarju permanenti tal-attivitajiet u l-Conventions Bureau. Hemm proġetti oħra li huma ta’ natura temporanja, bħal Milan Expo, CHOGM, il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa u Valletta 18. Dawn huma kollha proġetti li huma definiti u wara li jgħaddu, wieħed jista’ jittermina l-kuntratt, jekk ikun jinħass il-bżonn. Għaldaqstant il-kuntratt ma ġiex mgħoti b’mod permanenti iżda b’terminu fiss. Finalment, nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal dak li jirrigwardja l-kejl ta’ kif pożizzjoni tiġi kkonsidrata bħala waħda ta’ fiduċja, qed jintuża l-istess kejl tal-Amministrazzjoni preċedenti mis-sena 2008 ‘il quddiem..
Leg 12 PQ #13708 Sitting 233 2015-01-28 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Taxxa fuq id-dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja, sena b’sena, ta’ nies jaħdmu u li d-dħul tagħhom ma kienx jaqbeż il-minimu stabbilit mil-liġi sabiex titħallas it-taxxa fuq id-dħul bejn l-2010 u l-2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li jaħdmu inkluż dawk li jaħdmu għall-rashom u li d-dħul tagħhom ma kienx jaqbeż il-minimu stabbilit mill-liġi sabiex titħallas it-taxxa bejn l-2010 u l-2013 kien kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Sena Bażi Numru ta' persuni 2010 39,642 2011 38,219 2012 35,109 2013 32,627 Persuni li kienu studenti u fejn l-uniku dħul tagħhom kien l-istipendju u pensjonanti li ma kienux jaħdmu mhux inklużi. L-informazzjoni għas-sena 2014 mhix disponibbli peress li l-informazzjoni neċessarja għad trid tinġabar.

Ħaddiema fil-qasam tal-Ilma, it-Trattament tad-drenaġġ u l-immaniġġar tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar x’wassal biex il-ħaddiema tas-settur pubbliku li jaħdmu fil-qasam tal-ilma, it-trattament tad-drenaġġ u l-immaniġġar tal-iskart jiżdied minn 1,078 f’Awwissu 2013 għal 1,145 f’Awwissu tal-2014, u dan skont l-aħħar statistika ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika fil-15 ta’ Jannar 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ ħaddiema fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Awwissu 2013 kien ta’ 896 (tminn mija, sitta u disgħin) u f’Awissu 2014 kien ta’ 962 (disa’ mija, tnejn u sittin). Din iż-żieda kienet arribwita għall-ħtieġa ta’ Multi Skilled Fitter Mason / Plasterers, IT personnel,u Lab Technicians.

Youth Employment Programme u Youth Guarantee Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-iskemi Youth Employment Programme u Youth Guarantee Programme? Jista’ jgħid jekk il-persuni li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u daħlu f’dawn l-iskemi, baqgħux jingħaddu mal-persuni jirreġistraw għax-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Youth Employment Programme ilu li spiċċa minn Diċembru 2012. Fir-rigward tal-Garanzija għaż-Żgażagħ s’issa ġew offruti opportunità ta’ edukazzjoni taħriġ u/jew xogħol lil madwar 165 żgħażagħ li qed jirreġistraw u 169 żgħażagħ li kienu inattivi. Fil-ġimgħat li ġejjin dawn l-opportunitajiet ser jiġu offruti lil madwar 412-il żagħżugħ ieħor. Persuna ma tibqax tiġi kkunsidrata għall-fini ta’ statistika tal-qgħad hekk kif tali persuna tidħol fl-edukazzjoni jew tiġi offruta kuntratt u ingaġġata f’impjieg.
Leg 12 PQ #13704 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Kuntratt ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratt li ngħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jerġa’ jiġi mġedded ġaladarba jiskadi wara sena? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju ma jistax jiġi kkonfermat jekk il-kuntratt tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament hux se jiġi mġedded jew le. Nixtieq nikkonferma li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu m’hijiex ser tagħmel bhal ma sar fl-Amministrazzjoni preċedenti, proprju tlettax-il jum biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, billi taqleb impjegati li kienu ġew ingaġġati bħala manager u clerk b’kuntratt definit abbażi ta’ ‘position of trust’ għall-impjieg b’kuntratt indefinit mingħajr ma tinħareġ l-ebda’ Sejha ta’ Applikazzjoni u mingħajr ma jsir l-ebda proċess ta’ għażla. Dan ġja’ ġie żvelat fit-tweġiba ghall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 12256.

Hedging Agreement – prezz tax-xiri taż-żejt

Question

Issa li l-Ministru qal li l-prezzijiet għoljin li qed inħalsu għall-petrol u d-diesel huma kaw¿a tal-hedging agreement, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-prezz li bih Malta qed tixtri ż-żejt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika tal-Gvern tiffavorixxi stabilita’ fil-prezzijiet. Decizjonijiet dwar il-ftehim tal-hedging jittieħdu mal-Risk Committee tal-kumpanija Enemed.

Hedging Agreement – awtorizzazzjoni ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalbitx awtorizzazzjoni ministerjali qabel ġie konkluż il-ftehim attwali tal-hedging taż-żejt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika tal-Gvern tiffavorixxi stabilita’ fil-prezzijiet. Decizjonijiet dwar il-ftehim tal-hedging jittieħdu mal-Risk Committee tal-kumpanija Enemed.
Leg 12 PQ #13707 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

bordijiet tal-għażla – ħatriet f’entitajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux qed ikun hemm persuni indikati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’bordijiet tal-għażla għal ħatriet f’entitajiet pubbliċi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #12917 Sitting 220 2014-12-09 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċelebrazzjonijiet — dwal

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12647, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni għal kull attività li saret taħt il-kappa tat-tliet attivitajiet imsemmija fid-domanda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ispejjeż tad-dawl għar-rigward taċ-ċelebrazzjonijiet b’rabta mal-10 anniversarju mis-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, kienu jagħmlu parti minn pakkett ikbar ta’ spejjez li kienu jkopru l-elementi kollha meħtiega biex isiru l-istess attivitajiet. Għaldaqstant it-tagħrif mogħti f’din it-twegiba dwar l-ispejjez għar-rigward tal-10 anniversarju mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, ikopri dawn l-elementi kollha u mhux id-dawl biss. B’rabta ma’ dan l-anniversarju, kien hemm erba attivitajiet li fihom kien hemm bzonn li jintuża d-dawl, fil-5 t’April, fis-26 t’April, fit-30 t’April u fl-1 ta’ Mejju. L-ispiża totali fuq kull attivita kienet ta’ €94,400, €41,300, €47,200 u €171,100, b’mod separat. Ix-xogħol fuq dawn l-attivitajiet sar minn Jugs @ Malta Limited u National Events Ltd, wara li kienu osservati r-regoli finanzjarji tal-gvern. Għar-rigward taċ-ċelebrazzjonijiet b’rabta mal-50 anniversarju tal-Indipendenza, l-attivita li fiha kien hemm bzonn li jintuza d-dawl saret fl-20 ta’ Settembru. L-ispiza relatata ma’ dawl kienet ta’ €110,309. Ix-xogħol sar minn Honey Comb Ltd u Nexos Manufacturing Ltd, wara li kienu osservati r-regoli finanzjarji tal-gvern. Għar-rigward tal-Junior Eurovision Song Contest, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjiegi

Question

B'referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 11732, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni fir-rigward ta' kull impjegat ġdid, jiġifieri li beda jaħdem u/jew jitħallas mill-Ministeru jew mill-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru fil-perjodu ta’ bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 ta' Ottubru 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 94 impjieg ġdid mid-dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħi.
Leg 12 PQ #12751 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjiegi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11524 jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 ta' Ottubru 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Dipartiment/Entità Total ta' haddiema Entitajiet Pubbliċi Privati Jfittxu Xogħol Uffiċċju tal-Prim Ministru Public Administration Human Resources Office 5 3 2 Centre for Development, Research & Training 2 1 1 Finance & Administration Directorate 5 1 3 1 Information Management Unit 1 1 Commonwealth Heads of Government Meeting 10 4 5 Management Efficiency Unit 3 1 2 Industrial Projects & Services Ltd 90 89 1 Malta Environment and Planning Authority 35 5 5 25 Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku 2 1 1 Dipartiment tal-Informazzjoni 1 1 Stamperija tal-Gvern 1 1 Propjeta' tal-Gvern 6 3 3

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjiegi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11538 tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 ta' Ottubru 2014? Tista’ tgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — impjiegi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11530 jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 ta' Ottubru 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #12754 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — impjiegi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11527 jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 ta' Ottubru 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #12699 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11752 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11533, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 7422. Mid-29 ta’ Jannar 2014 sa l-1 ta’ Ottubru 2014, ġiet impjegata persuna waħda li kienet minn barra is-settur pubbliku.
Leg 12 PQ #12700 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11753 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11535, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra. Din l-informazzjoni ma tinkludix lill-Bank Ċentrali.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11751 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11532, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ każi fejn ġew impjegati ħaddiema direttament taħti jammonta għal 60 li 4 minnhom ġew minn xi entita pubblika u 56 ġew mill-privat jew kienu qed ifittxu xogħol, fosthom numru b'kuntratt definit u mhux impieg permaanenti. Filwaqt li n-numri korrespondenti fejn ħaddiema ġodda jaqgħu direttament taħt is-Segretariat Parlamentari kien ta’ 34, li kollha ġew mill-privat jew kienu qed ifittxu xogħol, fosthom numru b'kuntratt definit u mhux impieg permanenti. Barra min hekk mgħarraf ukoll li kien hemm 86 impjegati li spiccaw l-impieġ, 51 li kienu direttament taħti u 35 li kienu jagħmlu parti mis-Segretariat Parlamentari.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11750 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11531, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.