Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hi tmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13707 u jikkonferma jekk hux qed ikun hemm persuni indikati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’bordijiet tal-għażla għal ħatriet f’entitajiet pubbliċi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Le ma nikkonfermax. F’okkażjonijiet rari, meta ssir talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar ħatriet f’bordijiet tal-għazla, tkun ipprovduta lista apposta approvata mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Ħafna minn nies fuq din il-lista huma uffiċjali rtirati tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13878 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13702, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna rtiraw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-perjodu li rrefera għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm ser tiżdied in-nefqa fuq is-salarji u benefiċċji b’riżultat ta’ dan l-ingaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali– persuni inġaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'
position of trust
mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi min naħa tal-Ministeru għall-Finanzi ma hemm l-ebda persuna f’din il-kategorija fid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet.
Uffiċju tal-Prim Ministru – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-PrimMinistru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Ministeru għat-Turiżmu — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-persuni li huma fis-Segretarjat tiegħi huma kollha Persons of Trust li l-kuntratt ta’ impjieg tagħhom huwa bbażat fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013. Rigward Persons of Trust oħra fi ħdan il-Ministeru tiegħi, l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.
Bank Ċentrali – impjegati li jservu fuq Bordijiet Governattivi
Question
Jista’ l-Ministru jinnega jew jikkonferma li numru ta’ impjegati tal-Bank Ċentrali ġew magħżula mill-Gvern biex iservu fuq Bordijiet Governattivi? Jekk dan hu minnu, jista’ jispeċfika min huma dawn l-impjegati, x’funżjoni u rwol għandhom f’dawn il-bordijiet u f’liema bordijiet qed iservu? Jista’ jikkwantifika r-remunerazzjoni ta’ dawn il-persuni fuq dawn il-bordijiet u jispeċifika jekk ix-xogħol li qed jagħmlu fuq dawn il-bordijiet humiex qed jagħmluh waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom tal-Bank jew le? Jista’ jelenka l-konsulenti li għandu ngaġġati miegħu l-Bank Ċentrali kif ukoll jgħid xi rwol għandhom fil-Bank u t-terminu tal-perjodu li għalih huma ngaġġati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni miltuba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti f’pajjiżna f’istituzzjonijiet u skejjel pubbliċi tal-Gvern fil-livell primarju, sekondarju u terzjarju sena b’sena matul l-aħħar għaxar snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. L-istatistika mogħtija ma tinkludix l-Institute for Tourism Studies (ITS) li jaqa' taħt il-Ministeru għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jillimita l-Monti f’biċċa minn Triq l-Ordinanza u b’hekk jevita li l-Monti jkun armat fil-viċinanzi tal-bini tal-Parlament u d-daħla ta’ Bieb il-Belt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rilokazzjoni tal-Monti tal-Belt se sseħħ kif imħabbar fil-Budget 2014.
Il-Gvern jisħaq li din mhux se tkun sempliċi rilokazzjoni ta’ Monti imma wkoll riorganizazzjoni ta’ Monti, b’barkarelli uniformi, indafa u sensiela ta’ standards li l-bejjiegħa se jkollhom josservaw.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex inħasset il-ħtieġa li fil-Bank Ċentrali għandu jitwaqqaf Bord tal-Grievances għal ċerti snin biss? Jista’ jispeċifika min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord u jispjega kif intgħażlu dawn il-persuni u kemm hi r-remunerazzjoni tagħhom? Jista’ jikkonferma li dan il-bord diġà wasal għal ċerti deċiżjonijiet u jekk iva kemm kienu l-każijiet li ġew indirizzati u li dan il-bord ħass li kienu ġustifikati? Jista’ jikkonferma li diġà kien hemm ħlasijiet ta’ kumpens u jekk iva, jista’ jispeċifika l-ammonti li ġew imqassma?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tajjeb li wieħed jinnota li l-Bank Ċentrali ta’ Malta hija istituzzjoni awtonoma. Din ir-risposta ġiet provduta mill-Bank Ċentrali.
Il-Bord tal-Grievances ġie mwaqqaf mill-Bord tal-Bank Ċentrali ta’ Malta wara talba tal-house union. Twaqqaf fuq l-istess bażi li Bordijiet simili ġew imwaqqfin fis-settur pubbliku skont iċ-Ċirkulari OPM Nru 4/2014. Din iċ-Ċirkulari stabbiliet li l-allegati inġustizzji li allegatament ikunu seħħew fil-konfront ta’ min ressaq it-talba kienu seħħew tul is-seba’ snin ta’ qabel tkun tressqet it-talba.
Il-persuni fuq il-Bord tal-Grievances huma:
Is-Sur Charles Cassar – Chairman
Is-Sur Eric Saliba
Is-Sinjorina Gemma Debono
Is-Sinjura Daniela Grech hija is-segretarja tal-Bord.
Il-membri tal-Bord ġew magħzula mill-Bank Ċentrali. Ic-Chairman ġie magħżul minħabba l-esperjenza tiegħu fit-Tribunal Industrijali kif ukoll fil-qasam trejdunjonistiku u maniġerjali. Is-segretarja tal-Bord ġiet magħżula mill-Bord stess. Ir-remunerazzjoni hija Eur500 fix-xahar għaċ-Ċhairman; Eur300 fix-xahar għal kull membru; u Eur300 fix-xahar għas-segretarja.
Il-Bord diġà għalaq 36 każ. F’disa’ każijiet il-Bord ħass li l-ilment kien ġustifikat u irrikomanda kumpens finanzjarju ta’ Eur49,510. F’każ ieħor il-Bord irrikomanda kumpens ta’ Eur500 minħabba l-inkonvenjent li sofra l-impjegat.
Il-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali laqa’ kull rikomandazzjoni għall-kumpens imressqa mill-Bord tal-Grievances.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għall-ingaġġ ta’ messaġġiera fil-Bank Ċentrali? Jista’ jagħti spjegazzjoni għaliex dan il-proċess ħa daqshekk fit-tul u kemm-il messaġġier ġdid se jkun qed jiġi ingaġġat fil-bank?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tajjeb li wieħed jinnota li l-Bank Ċentrali ta’ Malta huwa istituzzjoni awtonoma. Din ir-risposta ġiet provduta mill-Bank Ċentrali.
Il-proċess għall-ingaġġ ta’ messaġġiera fil-Bank Ċentrali wasal fil-fażi finali tal-intervisti mal-kandidati wieħed wieħed. Dawn l-intervisti saru fis-26, 27 u 28 ta’ Jannar, 2015. Il-proċess ħa fit-tul minħabba n-numru kbir ta’ kandidati riferuti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kif jidher fit-tabella hawn taħt. Barra minhekk, il-Bank Ċentrali ta aktar prijorità lill-ingaġġ ta’ gradwati li kien qiegħed isir fl-istess ħin. Il-Bank għandu bżonn jingaġġa żewġ messaġġiera.
DeskrizzjoniNru ta’ applikanti
Kandidati riferuti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ367
Applikazzjonijiet sottometti lill-Bank221
Applikazzjonijiet milqugħa u mistiedna jattendu għall-eżami bil-miktub208
Kandidati li qagħdu ghall-eżami bil-miktub122
Kandidati mistiedna għall-intervista b’ordni tal-mertu50