Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-ingaġġ u għal mili ta' pożizzjoni nħarġet mill-Awtorità għat-Turiżmu matul l-2014? Jista' jgħid f'kull każ, kif intgħażlet il-persuna biex timla l-post vakanti jekk hux permezz ta' bord tal-għażla jew b'direct appointment? F'każ li kien hemm bord tal-għażla, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li kienu jiffurmaw il-bord tal-għażla?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14118 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, għall-perjodu msemmi, mall-Ministeru hemm 17-il persuna ingaġġati bħala persons of trust. Tliet persuni minn dawn qegħdin fi ħdan il-Ministeru, tnejn qegħdin il-PARKS, tnejn oħra qegħdin il-WasteServ u għaxra taħt l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, biex jaqdu dmirijiethom skond il-ħtieġa. Flimkien ma’ dawn hemm 14-il persuna oħra ngaġġati taħt ir-responsabbilita` tas-Segretarju Parlamentari fejn tlieta minnhom qegħdin jagħmlu xogħol fl-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, tlieta qegħdin fid-Dipartiment tal-Agrikoltura, tnejn qegħdin il-Biċċerija, tnejn qegħdin fid-Dipartiment tas-Sajd, tnejn fid-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, persuna waħda fid-Dipartiment tal-Veterinarji u persuna oħra mal-Aġenzija tal-Pagamenti.
Barra minn dawn kien hemm ħames persuni oħra li kienu ngaġġati bħala
persons of trust
tul il-perjodu msemmi, li m’għadhomx fil-kariga.
Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14119 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14120, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-persuni u l-konsulenti li huma fis-Segretarjat tiegħi huma kollha Persons of Trust li ġew ingaġġati skont ir-regolamenti meħtieġa.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14110, jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14111, jista’ d-Deputat Prim Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'riferenza ghalll-mistoqsija parlamentari 14112, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015 huma
3 Advisors
3 Secretariat Officers
2 Coordinators
1 Communication Coordinator
1 Assistant Private Secretary
1 Private Secretary
1 Chief of Staff
1 Head Customer Care
3 Messengers
2 Drivers
1 Charwoman
L-Onor Interpellant jifhem li s-sittax-il impjegat tas-Segretarjat Privat huma awtomatikament persons of trust, kif kienu taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Tmienja minn dawn huma mpjegati tas-servizz pubbliku.
Jista l-Ministru jgħid kemm ikkontribwixxa, f'termini perċentwali, il-konsum tal-Gvern lejn it-tkabbir ekonomiku bejn, l-2008 u l-2014? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-kull kwart tas-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14122 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14122 (erbatax-il elf, mija, tnejn u għoxrin).
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14124 tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hi tmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14123 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Entity / Dept
Position
FSWS
Customer Care
FSWS
PA to CEO
FSWS
Driver
Housing Authority
CEO
International Relations Unit
Administrative Support Officer
MFSS
Assistant Project leader - LEAP
MFSS
Maintenance Officer
Office of the Permanent Secretary
Administration Officer
NCUDA
Technical Expert on drugs, alcohol & other dependencies
Office of the Permanent Secretary
Policy & Operations Coordinator
Office of the Permanent Secretary
Policy & Operations Coordinator
Office of the Permanent Secretary
Research & Policy Officer
Social Security Department
Administration Officer
SVPR
PA to CEO's Office
SVPR
Public Procurement Assistant
Kuntratti li m’għadhomx fis-sehh
Strategic & Priorities Unit - MFSS
Advisor-SPU
MFSS
Coordinator (unaccompanied minors under care order)
MFSS
Advisor (Domestic Violence & Substance Abuse)
MFSS
Expert on EU funds & Projects
FSWS
Consultant
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuni li huma fis-Segretarjat tiegħi huma kollha Persons of Trust li l-kuntratt ta’ impjieg tagħhom huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14116, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14117, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bank Ċentrali – impjegati li jservu fuq Bordijiet Governattivi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14037, ġaladarba l-Ministru qed jikkonferma li l-impjegati tal-Bank Ċentrali qed iservu fuq bordijiet governattivi u li ‘xi drabi’ jieħdu leave minn tagħhom sabiex jattendu għal dawn il-laqgħat, jista’ l-Ministru jikkonferma li jkun hemm drabi fejn dawn l-impjegati jkunu preżenti waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom tal-Bank ukoll?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bank Ċentrali jipprova jkun flessibbli u jaġixxi b’mod prattiku hekk kif dejjem għamel f’dan ir-rigward.
Reġistrazzjoni tal-karozzi – refund ta’ taxxa tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ kif u meta se jitkompla l-ħlas tar-refund tat-taxxa tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi? Minħabba li dan il-Gvern tela’ bl-għajta li se jnaqqas il-burokrazzija, beħsiebu jikkunsidra li jħallas l-ammonti dovuti mwiegħda lill-pubbliku mingħajr ma joħloq iżjed sistemi burokratiċi u jipproċessa l-ħlasijiet fuq l-applikazzjonijiet li ġew irreġistrati s-sena li għaddiet? Qed jikkunsidra l-Gvern li ma joqgħodx jobbliga lil min applika diġà milli jerġa’ joqgħod jimla iżjed formolarji? Ma jaħsibx il-Ministru li jekk applikanti jerġgħu jintalbu jimlew iżjed formularji, dawn ser ikunu skoraġġuti milli jsegwu t-talba tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien imħabbar fil-baġit li għadda se tinħareġ skema għal dawk li irreġistraw vettura bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Diċembru 2004 fejn min ikun eliġibbli issa se tingħata r-rifuzjoni kollha li minnu jitnaqqas xi rifuzzjoni li tkun diġà tħġallset taht xi skema simili. Il-proċess se jkun wieħed sempliċi fejn din is-sena Transport Malta se tavża lil min irreġistra vettura f’dan il-perjodu sabiex jikkonferma l-partecipazzjoni tiegħu. Wieħed iżid li l-proċess magħżul jrid ikun konformi mar-regoli tal-Kummissjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jelabora fuq liema stajdu waslu t-tħejjijiet sabiex jiġi varat il-Bank ta’ Żvilupp li hu ħabbar fil-baġit? Għandu data speċifika ta’ meta dan il-bank se jkun inawgurat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14468, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entitajiet talbu lill-uffiċċju tal-Prim Ministru biex tintbagħtilhom din il-lista, kif approvata mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, u jgħid f’kull każ, x’kienet il-pożizzjoni li għaliha kienet qed issir sejħa għall-applikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Saret talba mill-MEPA u dan biex b’rabta mat-tqassim tal-workforce in konnessjoni mad-demerger.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 14468, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-lista approvata mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
La kienet u lanqas hija issa prassi tal-Gvern li jippubblika dettalji personali ta’ nies li jistgħu jintalbu jpoġġu fuq bordijiet tal-għażla, sew jekk huma uffiċjali pubbliċi u sew jekk mhumiex. L-ismijiet tal-membri ta’ bordijiet tal-għażla jiġu ppubblikati meta jitlesta l-proċess u jkun ippubblikat ir-riżultat tal-bord ta’ għażla konċernat.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'seduta oħra.