Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat fis-settur pubbliku ġie sospiż jew imkeċċi mix-xogħol bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-8 ta’ Marzu 2015 minħabba li qed jaffaċjaw akkużi ta’ natura kriminali fil-Qrati ta’ pajjiżna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-8 ta’ Marzu 2015 ġew sospiżi temporanjament minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom 31 Uffiċjal Pubbliku minħabba li kienu qed jiffaċjaw akkużi ta’ natura kriminali fil-Qrati ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat fis-settur pubbliku ġie sospiż jew imkeċċi mix-xogħol bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-8 ta’ Marzu 2015 għaliex instabu ħatja mill-Qorti ta’ reat kriminali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-8 ta’ Marzu 2015 ġew imkeċċija 12-il Uffiċjal Pubbliku minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom wara li nstabu ħatja ta’ reat kriminali mill-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fin-nefqa tal-pagi ta’ impjegati fis-settur pubbliku fl-aħħar għaxar snin? Jista’ jipprovdi l-informazzjoni billi jgħid kemm minn din iż-żieda f’kull sena kienet dovuta għal żieda fl-għoli tal-ħajja, ftehim kollettiv u żieda fin-numru ta’ impjegati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, din l-informazzjoni mhux disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdied id-dejn nazzjonali sena b’sena bejn l-2012 u l-2014? Jista’ jgħid kemm qed jistma li jkun id-dejn nazzjonali sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella mehmuza:
SenaDejn Bħala Persentaġġ tal- GDPŻieda tad-Dejn Nazzjonali f’€’000
201267.462,916
201369.2369,320
201468.5215,996
201567.5177,057
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15314, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-għażla peress li dawn tħallew barra mir-risposta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm huwa possibbli jiena nipprova ma nippubblikax ismijiet ta’ persuni, huma min huma, f’risposti Parlamentari sakemm dan ma jkunx assolutament meħtieg fl-interess pubbliku. Huwa għalhekk li jien ma tajtx dawn l-ismijiet u nappella lill-Oppożizzjoni tuża prudenza massima f’dan ir-rigward.
Biss, ladarba l-Onor. Interpellant issottometta dina d-domanda u skans kull ekwivoku, nirrispondi li l-persuni msemmija hawn taħt servew f’diversi bordijiet tal-għażla biex jimtlew il-postijiet msemmija fil-mistoqsija parlamentari 15091:
Kenneth Gambin
Alan M Sant
Anthony De Giovanni
Anthony Zammit
David Zahra
Frederick Fearne
Godwin Vella
Ivan Barbara
Joseph Caruana
Joseph Grech
Katya Stroud
Keith Camilleri
Maria Elena Zammit
Noel Zammit
Olivianne Briffa
Paul Debattista
Pierre Bonello
Raymond Jones
Ruben Abela
Sharon Sultana
Sue Ellen Farrugia Gregory
Victor Laiviera
Malta Council for Science and Technology – China Liaison Officer
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentri 14942, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-China Liaison Officer li ġie impjegat mill-Malta Council for Science and Technology? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki li għandha l-persuna li ntgħażlet li jagħmluha idonea għal din il-pożizzjoni? Jista’ jgħid għal-liema raġuni ġie deċiż li ma ssirx sejħa pubblika għal din il-pożizzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni ta’ China Expert Liaison Consultant ġiet approvata fuq bażi ta’ Position of Trust. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tal-kuntratt kif ukoll informazzjoni dwar il-kwalifiki li għandha l-persuna li tokkupa din il-pożizzjoni.
L-esperjenza tax-xogħol barra minn Malta f’diversi oqsma kif ukoll komunikazzjoni u xogħol ta’ konsulenza ma’ imprendituri Ċiniżi anke ġewwa ċ-Ċina stess kienu ta’ potenzjal għal din il-persuna, li timmeritalu l-pożizzjoni li għandu mal-MCST. Il-fatt li din il-persuna tivvjaġġa b’mod regolari għaċ-Ċina għal raġunijiet personali jfisser li l-MCST sab persuna mill-aktar adatta biex jinvestiga kull opportunità li tista’ tinħoloq għal kollaborazzjoni fis-settur tar-Riċerka u Innovazzjoni mingħajr il-ħtieġa li jiġi ffinanzjat l-ivjaġġar b’mod regolari.
L-isem tal-persuna f'din il-pożizzjoni qiegħed jingħata lill-Onor. Interpellant separatament.
Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 13876 li oriġinarjament saret fit-2 ta’ Frar, jiġifieri aktar minn xahar ilu, u jgħid jekk hemmx kwota ta’ kemm jista’ jiġi mtella’ ilma kuljum minn kull borehole u jekk m’hemmx kwota, hemmx il-ħsieb illi tidħol fis-seħħ? Jekk hemm il-ħsieb li tidħol fis-seħħ, jista’ jgħid jew jagħti indikazzjoni ta’ meta ser tidħol fis-seħħ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ambitu tal-iżvilupp tal-pjan nazzjonali għall-immaniġjar tal-ilma, bħalissa għaddejjin konsultazzjonijiet mas-settur agrikolu dwar l-użu tal-ilma mis-settur.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14938, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-ingaġġ tad-dog handler? jista' jispjega għalfejn f'dan il-każ ġie deċiż li l-ingaġġ isir fuq bażi ta' position of trust?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li ġiet ngaġġata fuq bażi ta’ Person of Trust bħala Dog Handler, saret minħabba l-professjoni tagħha f’dan il-qasam, kif ukoll esperjenza ta’ snin twal f’dan ix-xogħol. Ir-rwol tagħha bħala K9 Technical Instructor jikkonsisti f’taħriġ tal-klieb kif ukoll tad-dog handlers tat-taqsima tal-Faċilità Korretiva ta’ Kordin għal detenzjoni ta’ droga kif ukoll dawk tat-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta tiftix u salvataġġ ta’ persuni.
Is-salarju huwa ekwivalenti għall massimu ta’ skala 11.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14937, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex ġew ingaġġati l-persuni fil-positions of trust? Jista' jgħid f'kull każ min għamel ir-rakkmandazzjoni sabiex tintgħażel il-persuna li ġiet ingaġġata u x'raġuni ngħatat biex tiġġustifika dan l-ingaġġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza marbuta ma' dawn il-ħatriet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ili ntużaw l-istess kriterji bħal tal-amministrazzjoni preċedenti. Dwar persuni fis-segretarjat il-kuntratt tal-impieg tagħhom huwa bbażat fuq id-dokument “engagement of staff for ministers secretariat” li tqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta' April 2013.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14935 u 14122 u ċjoe: Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 20 persuna ingaġġati bħala persons of trust.
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15091, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-Għażla? Billi jidher li hemm ġew appuntati esperti minbarra l-aġenzija, jista' jgħid xi proċedura ntużat biex ntagħżlu dawn l-esperti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15091, l-għażla tal-esperti msemmija saret fuq l-istess kriterji hekk kif stabbiliti mill-amministrazzjoni preċedenti.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14947, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex ġew ingaġġati l-persuni fil-positions of trust? Jista' jgħid f'kull każ min għamel ir-rakkmandazzjoni sabiex tintgħażel il-persuna li ġiet ingaġġata u x'raġuni ngħatat biex tiġġustifika dan l-ingaġġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza marbuta ma' dawn il-ħatriet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li ġew ingaġġati fuq bażi ta’ position of trust fil-Ministeru tiegħi, ġew ingaġġati skont il-proċeduri stabbiliti mill-Gvern. F’kull każ ir-rakkomandazzjoni saret miċ- Chairman tal-Awtorità jew mis-Segretarju Permanenti. Dawn il-persuni ġew ingaġġati b’dan il-mod minħabba s-sensittività tal-pożizzjoni tagħhom.
Ministeru għat-Turiżmu — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14946, jista' l-Ministru jgħid x'position of trust ingħataw il-persuni indikati fir-risposta tiegħu? Jista' jgħid xi proċedura ntużat sabiex ġew ingaġġati l-persuni fil-positions of trust? Jista' jgħid f'kull każ min għamel ir-rakkmandazzjoni sabiex tintgħażel il-persuna li ġiet ingaġġata u x'raġuni ngħatat biex tiġġustifika dan l-ingaġġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza marbuta ma' dawn il-ħatriet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt ta’ impjieg tal-persuni msemmija huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013. Filwaqt, li dawk li jaqgħu taħt l-entitajiet u d-dipartimenti msemmija f’ din il-Mistoqsija Parlamentari, l-informazzjoni dwarhom għadha qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14941, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex ġew ingaġġati l-persuni fil-positions of trust? Jista' jgħid f'kull każ min għamel ir-rakkmandazzjoni sabiex tintgħażel il-persuna li ġiet ingaġġata u x'raġuni ngħatat biex tiġġustifika dan l-ingaġġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza marbuta ma' dawn il-ħatriet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġ tal persuni fil-positions of trust sar skont ic-cirkulari Nru 21/2011 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14940, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-ingaġġ tal-persuni li rrefera għalihom fit-tweġiba?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li l-ingaġġi inkwistjoni saru kollha skond in-normi stabbiliti u għandhom l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Sadanittant l-Onor. Interpellant japprezza li d-dettalji l-oħra li jimtlew fuq dan il-qafas ta’ kuntratt huma ta’ natura kunfidenzjali, protetti mid-Data Protection Act.
Ministeru għat-Turiżmu — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14113 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li ġew ingaġġati f’position of trust bejn id-9 ta’ Marzu, 2013 u l-31 ta’ Jannar, 2015 huwa ta’ żewg persuni mill-Ministeru għat-Turiżmu, tlett persuni mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u persuna waħda minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Nagħrraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li huma fis-Segretarjat tiegħi huma kollha Persons of Trust li l-kuntratt ta’ mpjieġ tagħhom huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 t’April 2013.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14114, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ persuni li ġew ingaġġati f’position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jien immexxi, bejn id- 9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Jannar 2015 hija kif ġej :-
· CEO - MELP
· Chairman & CEO – BICC*
· Chairman – GHRC
· Co-Ordinator of Works – Cleansing Directorate
· Co-Ordinator of Works (Public Convenience) – Cleansing Directorate
· Driver to Chairman – BICC*
· Personal Assitant to Chairman – BICC*
· Head of PDCU / Project Leader – GHRC
· Project Draughtsman – GHRC
· Co-Ordinator of Works (Northern Region) – Cleansing Directorate
· Senior Operating Officer – TM
· Acting Chief Information Officer – TM
· Executive Assistant to the Chairman – TM
· Driver to the Chairman – TM
· Manager (Media & Communications) – TM
Nota : Preżentament il - BICC m’għadux jagħmel parti mid-dekasteru tal- MTI
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14115 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Intant, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuni li huma fis-Segretarjat tiegħi huma kollha
Persons of Trust
li l-kuntratt ta’ mpjieg tagħhom huma kollha bbażati fuq id-dokument
Engagement of Staff for Ministers Secretariat
li kien ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-ingaġġ u għal mili ta' pożizzjoni nħarġet minn Heritage Malta matul l-2014? Jista' jgħid f'kull każ, kif intgħażlet il-persuna biex timla l-post vakanti jekk hux permezz ta' bord tal-għażla jew b'direct appointment? F'każ li kien hemm bord tal-għażla, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li kienu jiffurmaw il-bord tal-għażla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul l-2014 l-Aġenzija Ħeritage għamlet sejħa għall-ingaġġ tal-pożizzjonijiet kif ġej:
Acting HR Manager
Archivist
Coordinator Curatorial Support (Gozo)
Coordinator Exhibitions & design
Coordinator ICT
Coordinator ICT (Fort St. Elmo)
Coordinator Stores
Curator (Fort St. Elmo)
Executive Finance
Executive V/Services (Gozo)
Gallery Site Officer
Gallery Site Officer (Gozo)
Head ICT & Corporate Services
Head Projects
Mastru (Fort St. Elmo)
Operative
Principal Conservator (Paintings)
Project Manager Hypogeum
Senior Clerks (Fort St. Elmo) x 10
Senior Curator Ethnography
Senior Executive Finance
Senior Executive Health & Safety
Senior Executive Projects
Site Manager (Fort St. Elmo)
Skilled Tradesman (Carpenter)
Skilled Tradesman Electrical (Fort St. Elmo)
Skilled Tradesman Electrical (Ggantija)
Ninsab infurmat li kull persuna ntgħażlet permezz ta’ bord tal-għażla. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm diversi bordijiet tal-għażla, bord differenti għal kull pożizzjoni. Intant, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet tal-għażla kienu magħmula mill-management tal-Aġenzija Ħeritage u esperti oħra fil-qasam.